European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2913

6.5.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2023 – Staatsanwaltschaft Berlin vs M.R.

(Kawża C-675/23, Staatsanwaltschaft Berlin II)

(C/2024/2913)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Berlin

Konvenut: M.R.

Domandi preliminari

1)   Rigward l-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1)

L-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41 jipprekludi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“OIE”) intiża għat-trażmissjoni ta’ data ta’ telekomunikazzjonijiet li diġà tinsab fl-Istat ta’ eżekuzzjoni (Franza), meta l-miżura ta’ interċettazzjoni nazzjonali komparabbli kienet tkun inammissibbli skont id-dritt nazzjonali tal-Istat emittenti (il-Ġermanja) u li, għal din ir-raġuni, id-data hekk miksuba ma għandhiex tintuża f’proċeduri kriminali f’kawża oħra?

2)   Rigward l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2014/41

a)

L-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2014/41 jipprekludi OIE intiża għat-trażmissjoni ta’ data li diġà tinsab fl-Istat ta’ eżekuzzjoni (Franza), miksuba bl-interċettazzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari data ta’ traffiku u ta’ lokalizzazzjoni kif ukoll reġistrazzjonijiet tal-kontenut ta’ komunikazzjonijiet, meta

l-interċettazzjoni imwettqa mill-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun kopriet l-utenti kollha tal-konnessjoni ta’ servizz ta’ kommunikazzjoni,

l-OIE tkun talbet it-trażmissjoni tad-data li tikkonċerna l-konnessjonijiet kollha użati fit-territorju tal-Istat emittenti,

ma kienx hemm indikazzjonijiet konkreti ta’ twettiq ta’ reati serji ta’ natura determinabbli min-naħa ta’ dawn l-utenti individwali, la meta ġiet ordnata u twettqet il-miżura ta’ interċettazzjoni u lanqas meta nħarġet l-OIE, u

għalhekk, f’kuntest ta’ bbilanċjar, ma hemm l-ebda ċirkustanza relatata mal-każ individwali li tista’ tiġi evalwata biss mill-awtorità nazzjonali emittenti jew mill-qorti nazzjonali responsabbli?

b)

L-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2014/41 jipprekludi tali OIE jekk l-integrità tad-data miġbura permezz tal-miżura ta’ interċettazzjoni ma tistax tiġi vverifikata mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni minħabba kunfidenzjalità totali?

3)   Konsegwenzi legali tal-ksib ta’ provi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni

Mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-prinċipju ta’ effettività, jirriżulta li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-ġbir ta’ provi fi proċeduri kriminali nazzjonali ma jistax jibqa’ kompletament mingħajr konsegwenza, anki fil-każ ta’ reati serji, u għalhekk għandu jittieħed inkunsiderazzjoni favur l-imputat jew bħala ostaklu għall-użu tal-provi jew fl-evalwazzjoni tal-provi jew fl-iffissar tal-piena?


(1)   ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2913/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)