|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2813 |
19.4.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11508 — ARAMCO DIGITAL / LTIMINDTREE / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2813)
1.
Fl-10 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Digital Integrated Solutions Company (“Aramco Digital”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata mill-Arabja Sawdija (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija), |
|
— |
LTIMindtree Limited (“LTIMindtree”, l-Indja), ikkontrollata minn Larsen & Toubro Limited (l-Indja), |
|
— |
Kumpanija ġdida (“L-Impriża Konġunta”, l-Arabja Sawdija). |
Aramco Digital u LTIMindtree se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Aramco Digital huwa negozju ta’ servizzi diġitali li jibni infrastruttura tal-cloud intelliġenti u joffri servizzi bbażati fuq il-cloud, minn applikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà u tal-IA sa soluzzjonijiet ta’ impjanti intelliġenti fuq skala sħiħa. Aramco Digital hija involuta fit-trasformazzjoni diġitali ta’ diversi setturi industrijali fl-Arabja Sawdija, bħall-enerġija, il-petrokimika u l-manifattura, |
|
— |
LTIMindtree tipprovdi diversi servizzi ta’ IT, konsulenza u esternalizzazzjoni madwar id-dinja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta huma li ġejjin: tikkummerċjalizza u tipprovdi servizzi tal-IT ġestiti, żvilupp tal-applikazzjonijiet, integrazzjoni tas-sistema, u servizzi ta’ konsulenza tal-IT primarjament fl-Arabja Sawdija u, fi stadju aktar tard, fir-Reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11508 — ARAMCO DIGITAL / LTIMINDTREE / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2813/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)