|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2756 |
29.4.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – Mostovdrev vs Il-Kunsill
(Kawża T-259/22) (1)
(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni, ix-xiri, it-trasport u l-provvista ta’ prodotti u servizzi fis-settur tal-prodotti tal-injam mill-Bjelorussja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ impriża)
(C/2024/2756)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mostovdrev AAT (Mosty, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u A. Boggio Tomasaz, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus Carcea u J. Norris, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta’ Marzu 2022, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 67, p. 103), u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 67, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 189, p. 24), sa fejn jikkonċernawha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
AAT Mostovdrev hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2756/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)