European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2753

29.4.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – QN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/21)  (1)

(Servizz publiku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2020 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà)

(C/2024/2753)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QN (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ismu ma jiġix inkluż fil-lista, ippubblikata fit-12 ta’ Novembru 2020, tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2020 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa kien issubixxa wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

QN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 462, 15.11.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2753/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)