European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2621

22.4.2024

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2024 – SBK Art vs Il-Kunsill

(Kawża T-102/23 R)

(Miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

(C/2024/2621)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SBK Art OOO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky u P. Goeth, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz, aġent, assistit minn B. Maingain, avukat)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentant: G. Vidović Mesarek, aġent), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, A. Hanje u C. S. Schillemans, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus Carcea, C. Georgieva u L. Puccio, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 104), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 3), sa fejn dawn l-atti jipprekluduha milli teżerċita d-drittijiet tagħha bħala parti kkonċernata f’Fortenova Group STAK Stichting u milli tivvota fil-kuntest tal-bejgħ u tat-trasferiment ta’ azzjonijiet ta’ Fortenova Group MidCo BV minn Fortenova Group TopCo BV.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2621/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)