European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2599

22.4.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fil-15 ta’ Frar 2024 – AA vs Allmänna ombudet hos Tullverket

(Kawża C-125/24, Palmstråle  (1) )

(C/2024/2599)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AA

Konvenut: Allmänna ombudet hos Tullverket

Domanda preliminari

L-Artikolu 143(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT (2) u l-Artikoli 86(6) u 203 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet kemm sostantivi kif ukoll proċedurali previsti f’dan l-Artikolu 203 għandhom jiġu ssodisfatti sabiex eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni – u għalhekk eżenzjoni mill-VAT – tkun tista’ tingħata mal-importazzjoni mill-ġdid meta jiġi sostnut dejn doganali skont l-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ preżentazzjoni previst fl-Artikolu 139(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).

(3)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2599/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)