|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2593 |
22.4.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Jannar 2024 – VšĮ “Vilniaus tarptautinė mokykla” vs Valstybinė kalbos inspekcija
(Kawża C-48/24, Vilniaus tarptautinė mokykla)
(C/2024/2593)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VšĮ “Vilniaus tarptautinė mokykla”
Konvenut: Valstybinė kalbos inspekcija
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu rekwiżit ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali impost mid-dritt nazzjonali u applikabbli għall-persunal amministrattiv u għall-għalliema ta’ stabbiliment ta’ tagħlim stabbilit minn persuna fiżika privata u li jsegwi programm internazzjonali ta’ edukazzjoni sekondarja kif ukoll programmi ta’ edukazzjoni primarja u intermedjarja tal-baċellerat internazzjonali? |
|
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li r-rekwiżit ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali huwa applikabbli, mingħajr l-ebda eċċezzjoni, minn naħa, għall-għalliema li jaħdmu fi stabbiliment ta’ tagħlim stabbilit minn persuna fiżika privata u li jsegwi programm internazzjonali ta’ edukazzjoni sekondarja kif ukoll programmi ta’ edukazzjoni primarja u intermedjarja tal-baċellerat internazzjonali u, min-naħa l-oħra, għall-persunal amministrattiv ta’ dan l-istabbiliment ta’ tagħlim, mingħajr l-ebda teħid inkunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-istabbiliment ta’ tagħlim ikkonċernat? |
|
3) |
L-Artikolu 53 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali tas-7 ta’ Settembru 2005 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li r-rekwiżit ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali huwa applikabbli, mingħajr l-ebda eċċezzjoni għall-għalliema li jaħdmu fi stabbiliment ta’ tagħlim stabbilit minn persuna fiżika privata u li jsegwi programm internazzjonali ta’ edukazzjoni sekondarja kif ukoll programmi ta’ edukazzjoni primarja u intermedjarja tal-baċċellerat internazzjonali, mingħajr l-ebda teħid inkunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-istabbiliment ta’ tagħlim ikkonċernat? |
(1) ĠU 2005, L 255, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2593/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)