European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2579

22.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n.o1 de Palma de Mallorca - Spanja) – Eventmedia Soluciones SL vs Air Europa Líneas Aéreas SAU

(Kawża C-11/23  (1) , Eventmedia Soluciones)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1) u (3) - Artikolu 7(1) - Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ tal-kanċellazzjoni ta’ titjira - Natura u bażi tad-dritt għal kumpens - Trasferiment lil kumpannija kummerċjali tal-kreditu tal-passiġġieri fir-rigward tat-trasportatur tal-ajru - Klawżola kuntrattwali li tipprojbixxi tali trasferiment - Artikolu 15 - Inammissibbiltà ta’ derogi)

(C/2024/2579)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil n.o1 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eventmedia Soluciones SL

Konvenut: Air Europa Líneas Aéreas SAU

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 5(1)(ċ) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

għandhom jiġi interpretat fis-sens li:

fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, id-dritt tal-passiġġieri tal-ajru li jiksbu l-kumpens imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet fil-konfront tat-trasportatur tal-ajru li jopera u l-obbligu korrelattiv ta’ dan tal-aħħar li jħallas dan il-kumpens jirriżultaw direttament minn dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 261/2004

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi l-inklużjoni, f’kuntratt ta’ trasport, ta’ klawżola li tipprojbixxi t-trasferiment tad-drittijiet li jgawdi l-passiġġier tal-ajru fir-rigward tat-trasportatur tal-ajru li jopera skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.


(1)   ĠU C 155, 2.5.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2579/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)