European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2473

27.3.2024

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2024/2473)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Italja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-250 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Guardia di Finanza

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri, fiċ-ċentru, verżjoni stilizzata tas-simbolu araldiku tal-Korp tal-Guardia di Finanza: dan juri l-kunċett tas-sigurtà u jipprovdi viżjoni futura tar-rwol tal-Korp li, billi jiċċelebra l-passat, huwa lest għas-snin li ġejjin u l-isfidi li se jkompli jiffaċċja. Din l-emblema tinkludi elementi differenti: il-muntanji, il-baħar u s-sema, li huma l-ambjenti naturali fejn jopera l-Korp; l-avoltun, annimal mitoloġiku li, skont il-leġġenda, jissorvelja l-protezzjoni tat-Teżor, irrappreżentat mill-kaxxaforti tal-Istat, u l-kuruna. Fuq nett, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “GUARDIA DI FINANZA”. Taħt, “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana u d-dati “1774-2024”, is-sena tal-istabbiliment tal-Korp tal-Guardia di Finanza u s-sena tal-ħruġ tal-munita rispettivament; fuq il-lemin, “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma, u “MB”, l-inizjali tad-disinjatur Marta Bonifacio.fuq il-lemin, “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma, u “MB”, l-inizjali tad-disinjatur Marta Bonifacio.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 3 000 000

Id-data tal-ħruġ: Jannar 2024


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha maħruġa fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2473/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)