|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2431 |
8.4.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Azalee Cosmetics vs EUIPO – L’Oréal (UK) (LA CRÈME LIBRE)
(Kawża T-765/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LA CRÈME LIBRE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LIBRE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(C/2024/2431)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Azalee Cosmetics (Pariġi, Franza) (rappreżentant: I. Tribouillet, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L’Oréal (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Ortiz López u M. Polo Carreño, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 229/2022-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Azalee Cosmetics hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2431/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)