European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2388

8.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Frar 2024 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid – Spanja) – MP (C-59/22), IP (C-110/22), IK (C-159/22) vs Consejería de Presidencia, Justicia e Interior de la Comunidad de Madrid(C-59/22), Universidad Nacional de Educación a Distancia (UNED) (C-110/22), Agencia Madrileña de Atención Social de la Comunidad de Madrid (C-159/22)

(Kawżi Magħquda C-59/22, C-110/22 et C-159/22 (1), Consejería de Presidencia, Justicia e Interior de la Comunidad de Madrid et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti - Klawżoli 2 u 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Klawżola 5 - Miżuri intiżi li jipprevjenu u jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi - Miżuri legali ekwivalenti)

(C/2024/2388)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MP (C-59/22), IP (C-110/22), IK (C-159/22)

Konvenuti: Consejería de Presidencia, Justicia e Interior de la Comunidad de Madrid (C-59/22), Universidad Nacional de Educación a Distancia (UNED) (C-110/22), Agencia Madrileña de Atención Social de la Comunidad de Madrid (C-159/22)

Dispożittiv

1)

Il-klawżoli 2 u 3 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti għandu jitqies li huwa ħaddiem għal żmien determinat, fis-sens ta’ dan il-ftehim qafas, u, għaldaqstant, bħala li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandu jiġu interpretati fis-sens li:

l-espressjoni “użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss [żmien determinat]”, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, tkopri sitwazzjoni li fiha, fin-nuqqas tal-amministrazzjoni kkonċernata li tkun organizzat, fit-terminu stabbilit, proċedura ta’ selezzjoni intiża sabiex timtela, b’mod definittiv, il-pożizzjoni okkupata minn ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti, il-kuntratt għal żmien determinat li jorbot lil dan il-ħaddiem ma’ din l-amministrazzjoni ġie estiż ipso jure.

3)

Il-punt 1(a) u (ċ) tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandu jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda waħda mill-miżuri msemmija f’din id-dispożizzjoni u lanqas “miżuri legali ekwivalenti”, fis-sens tagħha, sabiex tipprevjeni l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti.

4)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa, ugwali għal 20 jum ta’ salarju għal kull sena ta’ xogħol, limitat għal sena salarju, lil kull ħaddiem li l-persuna li timpjegah irrikorriet għal użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti estiżi b’mod suċċessiv, meta l-ħlas ta’ dan il-kumpens ta’ tmiem il-kuntratt ikun indipendenti minn kull kunsiderazzjoni relatata man-natura leġittima jew abbużiva tal-użu ta’ dawn il-kuntratti.

5)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li l-“atti irregolari” jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi “skont ir-regoli fis-seħħ f’kull waħda minn dawn l-amministrazzjonijiet pubbliċi”, meta dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jkunux ta’ natura effettiva u dissważiva sabiex jiggarantixxu l-effettività sħiħa tar-regoli adottati skont din il-klawżola.

6)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ proċeduri għas-sostenibbiltà ta’ impjiegi temporanji permezz ta’ sejħiet għal kandidaturi sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet okkupati mill-ħaddiema temporanji, fosthom il-ħaddiema għal żmien indeterminat mhux permanenti, meta din l-organizzazzjoni tkun indipendenti minn kull kunsiderazzjoni dwar in-natura abbużiva tal-użu ta’ dawn il-kuntratti għal żmien determinat.

7)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

fin-nuqqas ta’ eżistenza ta’ miżuri adegwati fid-dritt nazzjonali għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni, skont din il-klawżola 5, tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, inklużi kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti estiżi b’mod suċċessiv, it-trasformazzjoni ta’ dawn il-kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat tista’ tikkostitwixxi tali miżura. Jekk ikun il-każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha temenda l-ġurisprudenza nazzjonali stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, inkluża dik kostituzzjonali, inkompatibbli mal-għanijiet tad-Direttiva 1999/70, u, b’mod partikolari, tal-imsemmija klawżola 5.


(1)   ĠU C 359, 19.09.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2388/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)