|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2311 |
2.4.2024 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2024 – Ferreira de Macedo Silva vs Frontex
(Kawża T-595/22) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-Frontex - Tkeċċija qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Inkapaċità manifesta - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(C/2024/2311)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Miguel Ferreira de Macedo Silva (Cercal do Alentejo, il-Portugall) (rappreżentant: L. Cosme Nunes Rolo, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: S. Karkala u W. Szmidt, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tad-29 ta’ Awwissu 2022 li tirrigwarda x-xoljiment tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa jidher li ġġarrab minn dan il-fatt.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
|
2) |
Carlos Miguel Ferreira de Macedo Silva huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2311/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)