|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2309 |
2.4.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – J&B vs EUIPO – Ergün (J&B BRO)
(Kawża T-318/23) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea J&B BRO - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti 4BRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(C/2024/2309)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: J&B Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Ringelhann, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Engin Ergün (Dortmund, il-Ġermanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ April 2023 (Każ R 2012/2022-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
J&B Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2309/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)