European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2297

2.4.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/22) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Awstrija - Koeffiċjent tat-tnaqqis - Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Artikolu 30(7)(b) tar-Regolament Nru 1307/2013 - Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(C/2024/2297)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: J. Schmoll u A. Kögl aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika tal-Awstrija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2022, L 157, p. 15), sa fejn din eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni l-infiq iddikjarat skont il-FAEG mir-Repubblika tal-Awstrija li jammonta għal EUR 146 449,98.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandha tiġi annullata sa fejn, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja identifikata fit-tabella annessa għal din id-deċiżjoni bit-titolu “allokazzjoni tad-drittijet ta’ konverġenza”, li tirrigwarda s-snin finanzjarji 2016 sal-2020, din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-infiq imwettaq mir-Repubblika tal-Awstrija taħt il-FAEG qabel is-27 ta’ Novembru 2016.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)   ĠU C 389, 10.10.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2297/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)