|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2267 |
22.3.2024 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tieġħu fl-20.12.2023 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT. 40735 distribuzzjoni tal-biljetti ferrovjarji online fi Spanja – Laqgħa bil-vidjokonferenza – permezz ta’ “Skype for Business”
Relatur: L-Irlanda
(C/2024/2267)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni espress fl-Abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 10 Stati Membri.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), kif deskritt fl-abbozz ta’ Deċiżjoni. Disa’ Stati Membru jaqblu. Stat Membru wieħed jastjeni.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti huma xierqa, neċessarji u proporzjonali u jenħtieġ li jkunu legalment vinkolanti, kif stipulat fl-Abbozz ta’ deċiżjoni. 10 Stati Membri.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Disa’ Stati Membru jaqblu. Stat Membru wieħed jastjeni.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 10 Stati Membri.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 04.01.03, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2267/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)