|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2219 |
22.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Marzu 2024
dwar il-festi pubbliċi fl-2025 għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea li jservu fi Brussell u l-Lussemburgu
(C/2024/2219)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (Conditions of Employment of Other Servants, CEOS), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Persunal u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS,
Wara li kkunsidrat ir-regoli komuni li jistabbilixxu l-lista ta’ festi pubbliċi tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tagħhom,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tal-Persunal,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kapijiet ta’ Amministrazzjoni,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 61 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS, jenħtieġ li tiġi adottata l-lista ta’ festi pubbliċi fl-2025 għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea li jservu fi Brussell u l-Lussemburgu. |
|
(2) |
Fl-2025, Ħadd il-Għid ġej fl-20 ta’ April. |
|
(3) |
Fl-2025, l-24 ta’ Diċembru se jkun l-Erbgħa. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-festi pubbliċi fl-2025 għall-persunal li jservi fi Brussell u l-Lussemburgu, huma kif ġej:
|
L-1 ta’ Jannar |
L-Ewwel tas-Sena |
||
|
It-2 ta’ Jannar |
L-għada tal-Ewwel tas-Sena |
||
|
Is-17 ta’ April |
Ħamis ix-Xirka |
||
|
It-18 ta’ April |
Il-Ġimgħa l-Kbira |
||
|
Il-21 ta’ April |
It-Tnejn ta’ wara l-Għid |
||
|
L-1 ta’ Mejju |
Jum il-Ħaddiem |
||
|
Id-9 ta’ Mejju |
L-Anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Robert Schuman fl-1950 |
||
|
Id-29 ta’ Mejju |
Jum Lapsi |
||
|
It-30 ta’ Mejju |
L-għada ta’ Lapsi |
||
|
Id-9 ta’ Ġunju |
It-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin |
||
|
It-23 ta’ Ġunju* |
Festa Nazzjonali tal-Lussemburgu
|
||
|
Il-21 ta’ Lulju** |
Festa Nazzjonali tal-Belġju
|
||
|
Il-15 ta’ Awwissu |
Jum l-Assunzjoni |
||
|
Mill-24 ta’ Diċembru sal- 31 ta’ Diċembru |
6 ijiem ta’ tmiem is-sena |
||
|
TOTAL 2025 |
18-il jum |
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-Kummissarju
Johannes HAHN
(2) SEC(66) 3621.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2219/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)