European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2208

18.3.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11446 - TÖNNIES HOLDING / CERTAIN VION BUSINESSES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2208)

1.   

Fit-8 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tönnies Holding ApS & ampCo. KG (“Tönnies”, il-Ġermanja),

ċerti assi li bħalissa huma miżmuma minn Vion Beef Süd GmbH, Vion Altenburg GmbH, Vion Convenience GmbH, u Ahlener Fleischhandel GmbH (“Assi fil-Mira”, il-Ġermanja).

Tönnies se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Assi fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Tönnies hija attiva prinċipalment fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, speċjalment fir-rigward tal-qtil u t-tnaqqix tal-laħam kif ukoll il-manifattura ta’ prodotti tal-laħam ġewwa u barra miż-ŻEE,

l-Assi fil-Mira huma prinċipalment attivi fil-qatla tal-bhejjem tal-ifrat u l-bejgħ taċ-ċanga, l-irfinar tal-perżut kif ukoll il-manifattura ta’ prodotti tal-laħam fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11446 - TÖNNIES HOLDING / CERTAIN VION BUSINESSES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2208/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)