European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2182

14.3.2024

SENTENZA TAL-QORTI

tal-19 ta’ Ottubru 2023

fil-Kawża E-12/22

Dr Maximilian Maier

(Libertà ta’ stabbiliment tal-avukati - Għajnuna legali - Avukat Ewropew stabbilit - Protezzjoni tal-konsumaturi - Amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja - Armonizzazzjoni eżawrjenti - Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva 98/5/KE)

(C/2024/2182)

Fil-Kawża E-12/22, Dr Maximilian Maier - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Amministrattiva tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (Verwaltungsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 biex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru għajr dak li fih inkisbet il-kwalifika, kif adattata għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea , il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Bernd Hammermann (Imħallef-Relatur) u Siri Teigum (ad hoc), Imħallfin, tat is-sentenza fid-19 ta’ Ottubru 2023, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 biex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru għajr dak li fih tkun inkisbet il-kwalifika għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi avukat, li fuq bażi permanenti jipprattika l-professjoni taħt it-titolu professjonali tal-pajjiż ta’ oriġini tal-avukat fi Stat taż-ŻEE ospitanti għajr dak li fih l-avukat kiseb il-kwalifika, milli jinħatar bħala avukat tal-għajnuna legali, konsulent tad-difiża tal-għajnuna legali jew difensur pubbliku u li b’hekk tmur lil hinn mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u 5(3) tad-Direttiva.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2182/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)