European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2164

25.3.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

(Kawża T-188/23) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali IU International University of Applied Sciences - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(C/2024/2164)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IU Internationale Hochschule GmbH (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Heise, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Frar 2023 (Każ R 1951/2022-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IU Internationale Hochschule GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)   ĠU C 189, 30.5.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2164/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)