|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2160 |
25.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – U. I. Lapp vs EUIPO – Labkable Asia (labkable Solutions for cables)
(Kawża T-636/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea labkable Solutions for cables - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea LAPP KABEL STUTTGART u LAPP KABEL u trade mark verbali preċedenti LAPP - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(C/2024/2160)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: U. I. Lapp GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ringer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Labkable Asia Ltd (Kowloon, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. Ciullo, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2022 (Każ R 1894/2021-2).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2022 (Każ R 1894/2021-2) hija annullata. |
|
2) |
L-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LABKABLE SOLUTIONS FOR CABLES imressqa fit-3 ta’ Jannar 2020 hija milqugħa. |
|
3) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn U. I. Lapp GmbH. |
|
4) |
Labkable Asia Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2160/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)