|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2053 |
18.3.2024 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2024 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)
(Kawża T-46/24)
(C/2024/2053)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Coinbase, Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Maier u A. Nordemann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bitFlyer Inc. (Tokjo, il-Ġappun)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “coinbase” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 248 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1751/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2053/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)