European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2049

18.3.2024

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2024 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/24)

(C/2024/2049)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Fodda, B. Travard u S. Royon, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/411/23, Amministraturi (AD 7) fl-oqsma tal-ispetturi ta’ salvagwardji nukleari u tal-uffiċjali tal-politika fil-qasam tal-enerġija nukleari;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2049/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)