|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2019 |
18.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/21) (1)
(“Prodotti bijoċidali - Oġġetti ttrattati - Sustanza attiva carbendazim - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Direttiva 98/8/KE - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 - Approvazzjoni - Tul tal-approvazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Regoli tranżitorji”)
(C/2024/2019)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi), Troy Corp. (Florham Park, New Jersey, l-Istati Uniti)) (rappreżentanti: D. Abrahams u Z. Romata, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley u R. Lindenthal, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. Bain, aġent), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, C. Buchanan u T. Zbihlej, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/348 de tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 u 10 (ĠU 2021, L 68, p. 174).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Troy Chemical Company BV u Troy Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji rreġistrati bin-numru T-297/21 R. |
|
3) |
Ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2019/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)