|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1997 |
18.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Agentsia “Patna infrastruktura” vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Transport” 2007-2013 i direktor na direktsia “Koordinatsia na programi i proekti” v Ministerstvo na transporta (RUO)
(Kawża C-471/22 (1), Agentsia “Patna infrastruktura” (Finanzjament Ewropew tal-infrastruttura tat-toroq))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Il-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Artikoli 99 u 101 - Korrezzjonijiet finanzjarji relatati ma’ irregolaritajiet misjuba - Regolament (UE) 2021/1060 - Artikolu 104 - Korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tannulla parzjalment kontribuzzjoni minn dan il-fond - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 41 - Dritt għal amministrazzjoni tajba - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti)
(C/2024/1997)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agentsia “Patna infrastruktura”
Konvenut: Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Transport” 2007-2013 i direktor na direktsia “Koordinatsia na programi i proekti” v Ministerstvo na transporta (RUO)
Dispożittiv
|
1) |
L-eżami konġunt tal-ewwel u tat-tieni domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2021) 5739 final, tas-27 ta’ Lulju 2021, li tannulla parti mill-kontribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-programm operattiv “Trasport” 2007–2013 skont l-għan “Konverġenza” fil-Bulgarija. |
|
2) |
L-Artikolu 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament 1260/1999, moqri flimkien mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ amministrazzjoni tajba, tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, għandu jiġi interpretat fis-sens li: meta f’deċiżjoni, adottata abbażi tal-Artikolu 99 tal-imsemmi regolament, il-Kummissjoni tikkonstata irregolarità, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2, tal-imsemmi regolament, u tapplika, konsegwentement, korrezzjoni finanzjarja għal Stat Membru, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, bħala prinċipju, jipproċedu għall-irkupru tas-somom imħallsa indebitament, billi japplikaw korrezzjoni finanzjarja lill-benefiċjarju tal-fondi, wara proċedura amministrattiva awtonoma li matulha dan il-benefiċjarju seta’ jgħarraf b’mod utli u effettiv l-osservazzjonijiet tiegħu. |
|
3) |
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li qorti nazzjonali tkun marbuta b’deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni li tannulla kompletament jew parzjalment, minħabba irregolarità, il-kontribuzzjoni ta’ fond tal-Unjoni Ewropea, meta din il-qorti tiġi adita b’rikors kontra l-att nazzjonali li japplika, b’eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, korrezzjoni finanzjarja għall-benefiċjarju ta’ dan il-fond, peress li hija għandha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità tal-imsemmija deċiżjoni, jekk ikollha dubji dwar il-validità ta’ din tal-aħħar. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1997/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)