European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1951

4.3.2024

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(C/2024/1951)

Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

L-AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

IL-KROAZJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12 .

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar ir-Reġim tal-Viża (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja Nru 92/2021) ċittadin ta’ pajjiż terz huwa obbligat li jipprovdi prova ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti biex ikopri s-sussistenza tiegħu/tagħha matul is-soġġorn qasir fir-Repubblika tal-Kroazja u r-ritorn tiegħu/tagħha lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew it-tranżitu lejn pajjiż terz.

Meta ċittadin ta’ pajjiż terz jidħol fir-Repubblika tal-Kroazja, l-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri tal-istat huma awtorizzati li jitolbuh prova ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti biex ikopru s-sussistenza tiegħu/tagħha matul is-soġġorn fir-Repubblika tal-Kroazja u r-ritorn tiegħu/tagħha lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew it-tranżitu lejn pajjiż terz.

L-ammont ta’ mezzi finanzjarji huwa stabbilit għall-ekwivalenti ta’ EUR 70 (sebgħin euro) għal kull jum tas-soġġorn previst fir-Repubblika tal-Kroazja.

Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu fil-pussess tiegħu ittra ta’ garanzija ċċertifikata minn persuna fiżika jew ġuridika mir-Repubblika tal-Kroazja, prova ta’ prenotazzjoni turistika jew dokument simili, huwa meħtieġ li jipprovdi prova li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont ekwivalenti għal EUR 30 (tletin euro) għal kull jum tas-soġġorn previst fir-Repubblika tal-Kroazja.

Bħala eċċezzjoni, jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikun fil-pussess ta’ ittra ta’ garanzija ċċertifikata minn persuna fiżika jew ġuridika mir-Repubblika tal-Kroazja li minnha jkun evidenti li l-garanti jassumi bis-sħiħ il-kostijiet kollha relatati mas-soġġorn tiegħu/tagħha fir-Repubblika tal-Kroazja u t-tluq minnha, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa eżentat mill-obbligu li jipprovdi prova tal-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar ir-Reġim tal-Viża.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 33, 10.2.2009, p. 1.

ĠU C 36, 13.2.2009, p. 100.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

ĠU C 98, 29.4.2009, p. 11.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13.

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3.

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13.

ĠU C 98, 5.04.2013, p. 3.

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 2.

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32.

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20.

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

ĠU C 264, 26.07.2018, p. 6.

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 38.

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3.

ĠU C 102, 24.3.2021, p. 8.

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.

ĠU C 139, 29.3.2022, p. 3.

ĠU C 143, 31.3.2022, p. 6.

ĠU C 258, 5.7.2022, p. 13.

ĠU C 281, 22.7.2022, p. 4.

ĠU C 107, 23.3.2023, p. 63.

ĠU C, C/2023/266, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/266/oj.

ĠU C, C/2023/793, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/793/oj.

ĠU C, C/2024/1120, 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1120/oj.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)   ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1951/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)