![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1807 |
28.2.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11454 — KKR / VERITAS / COTIVITI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1807)
1.
Fil-15 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
— |
Veritas Capital Fund Management, L.L.C. (“Veritas”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Veritas Manager Holdings, L.P. (l-Istati Uniti). |
— |
Cotiviti Intermediate Holding Corp., (“Cotiviti”, l-Istati Uniti), attwalment ikkontrollata unikament minn Veritas. |
KKR u Veritas jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Cotiviti.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. |
— |
Veritas hija ditta tal-investiment b’enfasi fuq kumpaniji li joperaw f’attivitajiet bejn it-teknoloġija u l-gvern. |
— |
Cotiviti huwa fornitur ta’ servizzi ta’ analitika tad-data, li għandhom l-għan li jidentifikaw il-ħlas xieraq u l-kodifikazzjoni klinika kif ukoll il-monitoraġġ tal-għoti tal-kwalità tal-kura, fl-industriji tal-kura tas-saħħa u tal-bejgħ bl-imnut. L-attivitajiet ta’ Cotiviti huma prinċipalment iffukati fuq l-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11454 — KKR / VERITAS / COTIVITI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1807/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)