|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1805 |
1.3.2024 |
Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AD/410/23 — Amministraturi (AD 7) fil-qasam tat-trasport
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2023/4, il-5 ta’ Ottubru 2023)
(C/2024/1805)
Mill-2024, l-EPSO se jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu għall-multilingwiżmu u se jwettaq kompetizzjonijiet miftuħa taħt “reġim ta’ 24 lingwa”. Dan ifisser li skont l-istruzzjonijiet ipprovduti f’avviż ta’ kompetizzjoni partikolari, il-kandidati se jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu liberament kwalunkwe tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex jagħmlu t-testijiet.
Din il-bidla fl-approċċ tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-kandidati f’kompetizzjonijiet miftuħa u tiżgura n-nuqqas ta’ kwalunkwe differenza fit-trattament ibbażata fuq il-lingwa, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni (1). Għalhekk huwa opportun li dan jiġi implimentat mhux biss fil-kompetizzjonijiet li ġejjin, iżda wkoll fil-kompetizzjonijiet li għalihom diġà nħarġu avviżi iżda li għadhom ma sarux testijiet, bħall-kompetizzjoni EPSO/AD/410/23.
It-tranżizzjoni għar-“reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ fil-kompetizzjoni EPSO/AD/410/23 teħtieġ aġġustament għall-portafoll tat-testijiet. B’mod partikolari, l-istudju tal-każ previst f’dan il-kuntest jikkawża diffikultajiet prattiċi. Għalhekk huwa xieraq li jinbidel b’test bil-miktub fejn l-assenjament ikun ibbażat fuq materjali/dokumenti diġà disponibbli għall-pubbliku f’24 lingwa. Il-valutazzjoni tiffoka fuq il-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub. Il-kriterji li jifdal — punteġġ u durata — se jinżammu u jiġu ċċarati aktar fl-avviż emendatorju.
Il-bidliet l-oħrajn kollha deskritti fl-avviż emendatorju jappartjenu għall-proċeduri tal-ittestjar. Lejn l-aħħar tal-2023, l-EPSO ħabbar li se jissospendi t-testijiet ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għal raġunijiet tekniċi. Dan affettwa wkoll il-kompetizzjoni EPSO/AD/410/23. L-EPSO qed jeżamina l-għażliet għal sistema ta’ testijiet reżiljenti li se żżomm l-integrità filwaqt li tiżgura l-aħjar esperjenza tal-utent. Ladarba l-modalitajiet għat-twettiq tat-test għall-kompetizzjoni EPSO/AD/410/23 jiġu kkonfermati, il-kandidati jiġu nnotifikati individwalment mill-EPSO.
Sabiex kemm il-kandidati attwali kif ukoll dawk potenzjalment ġodda jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-flessibbiltà pprovduta mir-“reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ, u biex potenzjalment jagħżlu lingwi oħrajn għat-testijiet, il-kompetizzjoni terġa’ tinfetaħ. Konsegwentement, il-kandidati li diġà ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom iridu jirrieżaminaw u jivvalidaw mill-ġdid l-applikazzjoni tagħhom biex ikomplu jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni. Il-kandidati individwali jingħataw aktar informazzjoni permezz tal-kontijiet tal-EPSO tagħhom.
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/410/23 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-paġna 1 id-data ta’ skadenza għall-applikazzjoni għandha taqra: “ Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: id-9 ta’ April 2024 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell ”; |
|
(2) |
Fil-paġna 3, it-Taqsima 4 “Kif se tiġi organizzata l-kompetizzjoni?” għandha taqra: “4. KIF TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI? 4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni Din il-kompetizzjoni tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:
4.2. Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni Ir-Regolamenti tal-Persunal (2) jistipulaw li uffiċjal jista’ jkun appuntat biss bil-kundizzjoni li jipproduċi evidenza ta’ għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu. Għaldaqstant, f’din il-kompetizzjoni, kandidat irid ikollu għarfien komplut (livell minimu C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ lingwa differenti li trid tintgħażel minn fost it-23 lingwa uffiċjali li jifdal tal-UE. Il-livelli minimi indikati hawn japplikaw għal kull kapaċità lingwistika (għad-diskors, il-kitba, il-qari u s-smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (3). Għall-prattiċità dawk il-lingwi se jissejħu ‘lingwa 1’ u ‘lingwa 2’. Il-lingwi jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif ġej:
Il-kandidati jkollhom jindikaw l-għażla tagħhom tal-lingwi tat-test fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u ma jkunux jistgħu jbiddluha wara li jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom. 4.3. Il-fażijiet tal-kompetizzjoni 4.3.1. Applikazzjoni
4.3.2. Ittestjar Il-kandidati kollha li vvalidaw kif suppost il-formola ta’ applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata fit-Taqsima 4.3.1(a) ta’ dan l-avviż u li segwew l-istruzzjonijiet skont it-Taqsima 4.3.1 jiġu mistiedna jagħmlu sensiela ta’ testijiet. L-EPSO jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar mhux aktar tard mill-istedina għat-testijiet. (a) It-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament tal-kandidati jiġu organizzati kif ġej:
Biex kandidat jirnexxi fit-testijiet tar-raġunament, jeħtieġ li jikseb kemm punteġġ minimu ta’ mill-inqas 10/20 fit-test ta’ raġunament verbali kif ukoll punteġġ minimu ta’ mill-inqas 10/20 fit-testijiet ta’ raġunament numeriku u astratt. Il-kandidati li ma jilħqux il-punteġġi minimi meħtieġa fit-testijiet ta’ raġunament ma jkollhomx ir-riżultati tat-test MCQ tagħhom relatat mal-qasam ipproċessati. (b) It-test MCQ relatat mal-qasam se jiġi organizzat kif ġej:
Kandidat irid jikseb punteġġ minimu ta’ 20/30 u jkun fost il-kandidati li jġibu l-ogħla punteġġ. Il-kandidati li jiksbu l-punteġġ meħtieġ jiġu kklassifikati f’ordni dekrexxenti tal-punteġġi miksuba. Din il-klassifikazzjoni tintuża (i) biex jiġu ddeterminati l-kandidati li t-test bil-miktub tagħhom jingħata marka u l-eliġibbiltà tagħhom tiġi kkontrollata (ara t-Taqsima 4.3.3 taħt) u (ii) għall-fini tal-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva skont il-proċedura definita fit-Taqsima 4.3.4. Il-kandidati li ma jilħqux il-punteġġ minimu f’dan it-test mhux se jinħadmulhom aktar ir-riżultati tat-testijiet tagħhom u mhux se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ikkontrollata. (c) It-test bil-miktub għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub ta’ kandidat. Dan jiġi organizzat kif ġej:
Il-kandidati se jkunu meħtieġa jwieġbu għall-kompitu/i tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta relatata mal-qasam tal-kompetizzjoni. It-test bil-miktub mhuwiex test tal-lingwa. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-ankri speċifiċi ppubblikati fis-sit web tal-EPSO. 4.3.3. Punteġġ tat-test bil-miktub u verifika tal-eliġibbiltà Il-punteġġ tat-test bil-miktub u l-verifika tal-eliġibbiltà jsiru b’mod parallel. Dan isir f’ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni msemmija fit-Taqsima 4.3.2(b). Il-Bord tas-Selezzjoni jagħti punteġġ biss għall-kitbiet tat-test bil-miktub u jivverifika l-eliġibbiltà ta’ għadd limitat ta’ kandidati (mhux aktar minn darba u nofs l-għadd ta’ kandidati li jirnexxu mfittxija). Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli?”) ta’ dan l-avviż. Il-Bord tas-Selezzjoni jieħu d-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati billi jqabbel (a) id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni u (b) id-dokumenti mtellgħin fil-kont tal-EPSO tal-kandidati biex jappoġġaw dawk id-dikjarazzjonijiet. 4.3.4. Il-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva Il-Bord tas-Selezzjoni se jinkludi fil-lista ta’ riżerva l-ismijiet tal-kandidati li (i) jkunu kisbu l-punteġġi minimi kollha meħtieġa u wieħed mill-ogħla punteġġi fit-test MCQ relatat mal-qasam u (ii) instabu li kienu eliġibbli. Dan se jitwettaq f’ordni dixxendenti fil-klassifikazzjoni msemmija fit-Taqsima 4.3.2(b) sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati li jirnexxu mfittxija. Il-kandidati li jġibu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva se jiżdiedu wkoll mal-lista ta’ riżerva. L-ismijiet fil-lista ta’ riżerva jiġu elenkati b’mod alfabetiku. Il-lista ta’ riżerva tkun disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. Il-kandidati jiġu mgħarrfa bir-riżultati tagħhom (ir-riżultati tat-testijiet u/jew riżultati tal-verifika tal-eliġibbiltà) ħlief jekk għar-raġunijiet indikati f’dan l-avviż, dawn ir-riżultati ma jinħadmulhomx. L-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ. (2) Ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62). Test konsolidat: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101." (3) https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb52." (4) https://epso.europa.eu/mt/job-opportunities/open-for-application." (5) https://epso.europa.eu/mt/help/faq/competitions-published-after-january-2023.”;" |
|
(3) |
Fil-paġna 9, l-Anness I, it-Taqsima 5 “Ittestjar” għandha taqra: “5. Ittestjar
(7) https://eu-careers.europa.eu/mt”;" |
|
(4) |
Fil-paġna 10, l-Anness I, it-Taqsima 7.1 “Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi” għandha taqra: “7.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
(8) https://eu-careers.europa.eu/mt/help/faq/complaints." (9) https://eu-careers.europa.eu/mt/help/faq/complaints”." |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2019, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew, C-377/16, ECLI:EU:C:2019:249, il-punt 66.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1805/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)