|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1783 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0311
Il-Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00013/2023 – C9-0319/2023 – 2023/0900(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2024/1783)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (00013/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 14(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C9-0319/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-proposta tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0265/2023), |
1.
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
(1) Testi adottati, P9_TA(2023)0243.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew
l-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew huwa mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja annwali u l-Premessa 5 ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni tikkonċerna kwistjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 15(1) TUE u l-bażi ġuridika tal-Artikolu 14(2) TUE. Huma biss il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li għandhom jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-baġit tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1783/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)