European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1759

22.3.2024

P9_TA(2023)0308

Qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D090110/03 – 2023/2760(RSP))

(C/2024/1759)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D090110/03),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-1 ta’ Ġunju 2023, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tas-6 ta’ Lulju 2023, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-30 ta’ Novembru 2022, u ppubblikata fis-27 ta’ Jannar 2023  (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi fil-31 ta’ Ottubru 2016, Syngenta Crop Protection S.A./N.V, ibbażata fil-Belġju, f’isem Syngenta Crop Protection AG, ibbażata fl-Iżvizzera, ressqet applikazzjoni quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Ġermanja għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 (il-“qamħirrum ġenetikament modifikat”), jew li jikkonsistu jew huma prodotti minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-“applikazzjoni”); billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, fit-30 ta’ Novembru 2022, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat, li ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Jannar 2023;

C.

billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat ġie żviluppat biex jagħti lill-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat u għall-erbiċidi tal-glufosinat-ammonju;

Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-erbiċida komplementari

D.

billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ġenetikament modifikata, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (5);

E.

billi l-għelejjel ġenetikament modifikat tolleranti għall-erbiċidi jwaħħlu lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ġenetikament modifikati li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żerriegħa jbexxu wkoll l-erbiċida komplementari; billi d-dipendenza akbar mill-erbiċidi fl-azjendi agrikoli li jkabbru għelejjel tolleranti għall-erbiċidi taċċellera l-ħolqien u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għall-erbiċidi, u b’hekk twassal għall-ħtieġa ta’ użu saħansitra akbar ta’ erbiċidi; billi, bħala konsegwenza, l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva mill-erbiċidi se jaggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ taħt u ta’ fuq l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi ta’ erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf;

F.

billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018 (7);

G.

billi f’Novembru 2015 l-EFSA kkonkludiet li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u f’Marzu 2017 l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat (8);

H.

billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u l-metaboliti misjuba fi pjanti ġenetikament modifikati hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ġenetikament modifikata kkonċernata, u l-kompożizzjoni u għaldaqstant it-tossiċità tal-metaboliti, jistgħu jiġu affettwati mill-modifika ġenetika stess (9);

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

I.

billi l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal (“Qafas ta’ Kunming-Montreal”), miftiehem fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB tan-NU) ta’ Diċembru 2022, jinkludi mira globali biex sal-2030 ir-riskju tal-pestiċidi jitnaqqas b’mill-inqas 50 % (10);

J.

billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (11); billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (“SDG”) tan-NU għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (12);

K.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ġenetikament modifikat ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

L.

billi l-votazzjoni fl-1 ta’ Ġunju 2023 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anke l-votazzjoni tas-6 ta’ Lulju 2023 tal-Kumitat ta’ Appell ma tat ebda opinjoni;

M.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u l-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 32 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM; billi l-ebda wieħed minn dawk l-OĠM ma kellu maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur l-awtorizzazzjoni tiegħu; billi r-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu n-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju;

N.

billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;

O.

billi mhija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell (13);

1.

Iqis li dan l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tressaq abbozz ġdid lill-kumitat;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta’ għelejjel ġenetikament modifikati, li huma tolleranti għall-erbiċidi, minħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta’ erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-ħaddiema;

5.

Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għall-użi tal-ikel jew tal-għalf ta’ kwalunkwe pjanta ġenetikament modifikata li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkoerenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU, inkluż il-Qafas ta’ Kunming-Montreal adottat dan l-aħħar (15);

6.

Jistenna li l-Kummissjoni, b’urġenza, u fil-ħin għall-konklużjoni taħt din il-leġiżlatura, twettaq l-impenn tagħha (16) li tressaq proposta biex tiżgura li kimiċi perikolużi pprojbiti fl-Unjoni ma jiġux prodotti għall-esportazzjoni;

7.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra datata l-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM (17); jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” (18);

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-“Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 × T25 għall-ikel u l-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2016-137)”, EFSA Journal 2023; 21(1):7729 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7729.

(4)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa’ mandat tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom qamħirrun ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 × MIR162 × NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), jikkonsistu minnha, jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 22).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5), jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 29).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom qoton ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 48).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 55).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 434, 15.11.2022, p. 42).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 6).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/797 tad-19 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 × DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjoni tiegħu T25 × DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 14).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat A5547-127 (ACS-GMØØ6-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 177, 17.5.2023, p. 2).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom lift taż-żrieragħ żejtnija ġenetikament modifikat MON 94100 (MON-941ØØ-2), li jikkonsistu minnu jew magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0063).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2023)0202).

(5)  Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact”, Environmental Management (Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (L-impatti ta’ għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(7)  https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances

(8)  Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, u https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/.

(9)  Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-EFSA “Review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005” (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263.

(10)  ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834.

(11)  https://www.ohchr.org/en/documents/thematic-reports/ahrc3448-report-special-rapporteur-right-food

(12)  https://indicators.report/targets/3-9/

(13)  Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(15)  F’Diċembru 2022, ġie miftiehem qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_22_7834).

(16)  Kif deskritt fl-Anness tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” (COM(2020)0667), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A667%3AFIN#document2.

(17)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(18)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1759/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)