European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1690

4.3.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Banca Popolare di Bari vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/21) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Banca Tercas - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Preskrizzjoni - Dannu kontinwu - Inammissibbiltà parzjali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi - Rabta kawżali”)

(C/2024/1690)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Banca Popolare di Bari SpA (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: A. Zoppini, G. M. Roberti, I. Perego, G. Parisi u D. Gallo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, I. Barcew, A. Bouchagiar u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni li hija allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Italja favur Banca Tercas (ĠU 2016, L 203, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banca Popolare di Bari SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 401, 4.10.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1690/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)