|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1682 |
4.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Stadtwerke Hameln Weserbergland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/21) (1)
(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni unika’ - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għal smigħ - Delimitazzjoni tas-suq - Perijodu ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Impenji - Obbligu ta’ diliġenza”)
(C/2024/1682)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stadtwerke Hameln Weserbergland GmbH, li kienet GWS Stadtwerke Hameln GmbH (Hameln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti, assistiti minn T. Funke u A. Dlouhy, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali, tas-17 ta’ Settembru 2019, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Stadtwerke Hameln Weserbergland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E. ON SE u minn RWE AG. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1682/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)