|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1658 |
4.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – RTL Nederland BV, RTL Nieuws BV
(Kawża C-451/22 (1), RTL Nederland u RTL Nieuws)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament Nru 376/2014 - Segwitu tal-okkorrenzi li jipperikolaw is-sikurezza tal-avjazzjoni - Artikolu 15 - Kunfidenzjalità tad-dettalji ta’ dawn l-okkorrenzi - Portata ta’ din il-kunfidenzjalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11 - Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni - Libertà tal-media - Talba għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qerda ta’ inġenju tal-ajru li jtir fuq il-Lvant tal-Ukraina, magħmul minn kumpaniji li joperaw fis-settur tal-midja tal-informazzjoni - Artikolu 52(1) - Limitazzjoni - Kundizzjonijiet)
(C/2024/1658)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RTL Nederland BV, RTL Nieuws BV
Fil-preżenza ta’: Minister van Infrastructuur en Waterstaat
Dispożittiv
l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 moqri fid-dawl tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u tal-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat li jfisser li:
l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar “avveniment” relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 376/2014, kif emendat, hija suġġetta għal sistema ta’ kunfidenzjalità li għandha bħala konsegwenza li la l-pubbliku u lanqas impriża ta’ mezzi ta’ informazzjoni, ma għandhom dritt jaċċedu għaliha taħt kwalunkwe forma.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1658/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)