European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1645

22.2.2024

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni

(C/2024/1645)

Werrej

1.

INTRODUZZJONI 3

1.1.

L-iskop ta’ dan l-Avviż 3

1.2.

Ir-rwol tad-definizzjoni tas-suq 4

1.3.

Prinċipji ġenerali tad-definizzjoni tas-suq 6

2.

IL-METODOLOĠIJA ĠENERALI 10

2.1.

Il-metodoloġija ġenerali għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodotti 11

2.1.1.

Sostituzzjoni tad-domanda 11

2.1.2.

Is-sostituzzjoni tal-provvista 13

2.2.

Il-metodoloġija ġenerali għad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi 15

3.

IL-PROĊESS TAD-DEFINIZZJONI TAS-SWIEQ 17

3.1.

Approċċ ġenerali għad-definizzjoni tas-suq fil-prattika 17

3.2.

Evidenza għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodotti 17

3.2.1.

Evidenza rilevanti għas-sostituzzjoni tad-domanda 17

3.2.1.1.

Il-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet, l-użu maħsub u l-preferenzi ġenerali tal-klijenti. 17

3.2.1.2.

Evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat. 18

3.2.1.3.

Evidenza dwar sostituzzjoni ipotetika. 19

3.2.1.4.

Evidenza ta’ restrizzjonijiet kompetittivi msejsa fuq il-fehmiet tal-industrija. 19

3.2.1.5.

Ostakoli u spejjeż assoċjati ma’ bidla fid-domanda għal sostituti potenzali. 20

3.2.1.6.

L-implimentazzjonijiet tat-test tal-SSNIP. 20

3.2.2.

Evidenza rilevanti għas-sostituzzjoni tal-provvista 20

3.2.2.1.

Evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat. 20

3.2.2.2.

L-ostakli u l-ispejjeż assoċjati mal-bdil tal-provvista. 21

3.3.

Evidenza għad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi 21

3.3.1.

Kategoriji ta’ evidenza rilevanti għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti 21

3.3.1.1.

L-identità tal-fornituri disponibbli, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet. 21

3.3.1.2.

Preferenzi tal-klijenti u mġiba tax-xiri. 22

3.3.1.3.

Ostakli u spejjeż assoċjati mal-forniment lill-klijenti f’żoni differenti. 23

3.3.1.4.

Fatturi relatati mad-distanza, spejjeż tat-trasport u żoni ta’ klijentela. 23

3.3.1.5.

Flussi kummerċjali u x-xejra tal-vjeġġi. 24

3.4.

Ġbir u evalwazzjoni tal-evidenza 24

4.

ID-DEFINIZZJONI TAS-SUQ F’ĊIRKOSTANZI SPEĊIFIĊI 26

4.1.

Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ divrenzjar sinifikanti 27

4.2.

Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ diskriminazzjoni bejn klijenti jew gruppi ta’ klijenti 28

4.3.

Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ R&Ż sinifikanti 28

4.4.

Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ pjattaformi b’diversi naħat 30

4.5.

Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ suq sekondarju, pakketti u ekosistemi (diġitali) 31

5.

ISHMA MIS-SUQ 32

6.

KONKLUŻJONIJIET 35

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   L-iskop ta’ dan l-Avviż

1.

Il-Kummissjoni tuża l-kunċett ta’ definizzjoni tas-suq fl-infurzar tagħha tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

l-infurzar tagħha tar-regoli dwar l-antitrust skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1);

(b)

il-kontroll dwar l-amalgamazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (“ir-Regolament dwar l-amalgamazzjonijiet”);

(c)

l-infurzar ta’ dispożizzjonijiet ekwivalenti stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”).

2.

Il-Kummissjoni ġeneralment tiddefinixxi s-suq rilevanti f’dawk il-każijiet (4) fejn huwa importanti li tiġi vvalutata s-saħħa kompetittiva relattiva tal-impriżi (5).

3.

L-iskop ta’ dan l-Avviż huwa li jipprovdi gwida dwar kif il-Kummissjoni tapplika l-kunċett ta’ suq rilevanti fl-infurzar tagħha tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Il-politika tal-kompetizzjoni tippreserva swieq li jiffunzjonaw sew u tindirizza l-fallimenti tas-suq, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u għar-reżiljenza tas-suq uniku (6). Hija għandha l-għan li tiżgura li s-swieq jibqgħu kompetittivi, miftuħin u dinamiċi. Għaldaqstant, il-politika tal-kompetizzjoni tista’ tikkontribwixxi favur il-prevenzjoni tad-dipendenza eċċessiva u ż-żieda fir-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni billi tippermetti li jkun hemm ktajjen tal-provvista b’saħħithom u diversifikati (7), u tista’ tikkomplementa l-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà ambjentali billi tqis il-fatturi ta’ sostenibbiltà sal-punt rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompetizzjoni, inkluż bħala parti mid-definizzjoni tas-suq. F’dak l-isfond, il-gwida aġġornata pprovduti f’dan l-Avviż tqis l-iżviluppi sinifikanti tal-aħħar għoxrin sena. Dawn jinkludu d-diġitalizzazzjoni u modi ġodda ta’ kif jiġu offruti oġġetti u servizzi kif ukoll in-natura dejjem aktar interkonnessa u globalizzata tal-iskambji kummerċjali.

4.

Billi tippubblika l-metodoloġija li ssegwi u billi tindika l-kriterji u l-evidenza ewlenin li tiddependi fuqhom meta tiddefinixxi swieq rilevanti, il-Kummissjoni għandha l-għan li żżid it-trasparenza tal-politika u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha meta tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tnaqqas il-piż fuq ir-riżorsi tas-servizzi tagħha stess u fuq dawk tal-partijiet esterni ikkonċernati, biex b’hekk tagħmel il-valutazzjonijiet tal-kompetizzjoni aktar effiċjenti.

5.

Aktar trasparenza u konsegwentement aktar prevedibbiltà tal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni se jżidu ċ-ċertezza legali għall-impriżi u għall-konsulenti tagħhom. Se jkunu jistgħu jivvalutaw aħjar l-ambitu tas-swieq rilevanti u l-probabbiltà li l-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika tħassib dwar il-kompetizzjoni f’każ individwali. Se jkunu jistgħu jikkunsidraw dawn il-fatturi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet interni tagħhom meta jikkunsidraw, pereżempju, l-akkwist ta’ impriżi oħrajn, il-ħolqien ta’ impriżi konġunti, il-konklużjoni ta’ ċerti ftehimiet jew involviment f’ċerta mġiba b’mod unilaterali. Il-gwida pprovduta f’dan l-Avviż se tgħin ukoll lill-impriżi sabiex jantiċipaw it-tip ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni tqis rilevanti għall-finijiet tad-definizzjoni tas-suq.

1.2.   Ir-rwol tad-definizzjoni tas-suq

6.

Id-definizzjoni tas-suq hija għodda li l-Kummissjoni tuża sabiex tidentifika u tiddefinixxi l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi. L-iskop ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li jiġu identifikati b’mod sistematiku r-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati li l-impriżi involuti (8) jkollhom quddiemhom meta joffru ċerti prodotti (9) f’żona partikolari. Id-definizzjoni tas-suq twassal għall-identifikazzjoni tal-kompetituri rilevanti tal-impriża/i involuta/i meta joffru dawk il-prodotti kif ukoll tal-klijenti rilevanti. Huma biss il-prodotti li jeżerċitaw restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti li jiffurmaw parti mill-istess suq rilevanti bħal dawk tal-impriża/i involuta/i, filwaqt li restrizzjonijiet oħra inqas effettivi, jew sempliċiment potenzjali, jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva.

7.

L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw meta jiġu definiti s-swieq rilevanti għax-xiri ta’ prodotti partikolari f’qasam partikolari (“swieq tax-xiri”) (10). F’dak il-każ, l-iskop ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li jiġu identifikati b’mod sistematiku r-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati li l-impriżi involuti jkollhom quddiemhom meta jixtru dawk il-prodotti (11). Għaldaqstant, id-definizzjoni tas-suq twassal għall-identifikazzjoni tal-kompetituri rilevanti tal-impriża/i involuta/i meta jixtru l-prodotti kif ukoll tal-klijenti rilevanti. Il-bqija ta’ dan l-Avviż ma huwiex se jiddiskuti ulterjorment is-swieq tax-xiri, iżda l-gwida stabbilita f’dan l-Avviż tapplika wkoll għas-swieq tax-xiri, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċificitajiet tagħhom (12), u tal-fatti tal-każ in kwistjoni.

8.

Il-Kummissjoni ġeneralment tuża d-definizzjoni tas-suq fejn ikun hemm il-ħtieġa li tivvaluta s-saħħa kompetittiva relattiva tal-impriżi bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva (13) u, b’mod partikolari, biex tivvaluta jekk impriża għandhiex setgħa fis-suq (14). Id-definizzjoni tas-suq hija għaldaqstant għodda intermedjarja biex tiġi strutturata u ffaċilitata l-valutazzjoni kompetittiva f’każijiet xierqa u mhijiex pass obbligatorju fil-valutazzjonijiet kollha skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Meta sussegwentement il-Kummissjoni tkun qed tagħmel l-analiżi kompetittiva u tal-qawwa tas-suq, hija tagħmel valutazzjoni kumplessiva tar-restrizzjoniojiet kollha relevanti fuq l-impriża/i involuta/i fil-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti, li tista’ tinkludi valutazzjoni tal-ostakoli għad-dħul jew għall-espansjoni, l-impatt tal-ekonomiji tal-iskala (li jistgħu jinkludu dawk li jistgħu jkunu kkawżatu minn attivitajiet barra mis-suq) jew effetti ta’ netwerk, aċċess għal assi u inputs speċifiċi, kif ukoll differenzzjazzjoni fil-prodott (15). Dik il-valutazzjoni tista’ wkoll tinkludi tibdil biżżejjed prevedibbli f’tali restrizzjonijiet meta l-każ ikun jitlob valutazzjoni li tħares ’l quddiem. Bħala pass intermedjarju fil-proċess kumplessiv tal-valutazzjoni, huwa neċessarju li d-definizzjoni tas-suq tkun aġġornata fil-mument tal-imġieba jew konċentrazzjoni relevanti u tkun ibbażata fuq il-fatti, kif jiġi spjegat aktar fil-paragrafu 14.

9.

L-użu mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tas-suq huwa relatat mill-qrib mal-objettivi segwiti mill-istrumenti varji tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni:

(a)

fil-valutazzjonijiet skont l-Artikolu 102 TFUE, il-Kummissjoni ġeneralment tiddefinixxi s-suq rilevanti meta tevalwa l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti (16);

(b)

fil-valutazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni tiddefinixxi regolarment is-suq rilevanti meta tivvaluta l-effetti ta’ konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni (17);

(c)

fil-valutazzjonijiet skont l-Artikolu 101 tat-TFUE, il-Kummissjoni tuża definizzjoni tas-suq b’mod partikolari sabiex tiddetermina jekk teżistix restrizzjoni sinifikattiva tal-kompetizzjoni jew sabiex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni skont l-Artikolu 101(3)(b) tat-TFUE għal eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE hijiex issodisfata (18). Fil-prattika, il-Kummissjoni għandha t-tendenza li tuża d-definizzjoni tas-suq meta tivvaluta ftehimiet (19) li għandhom bħala effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’kuntrast, il-Kummissjoni normalment ma tiddefinixxix is-suq rilevanti, u ma għandha l-ebda obbligu fir-rigward, meta tivvaluta ftehimiet li l-għan tagħhom ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, bħall-akkordji (20).

10.

Permezz tad-definizzjoni tas-suq huwa possibbli li jiġu kkalkolati l-ishma mis-suq, li l-Kummissjoni tista’ tuża, fost elementi oħra, biex tivvaluta s-saħħa kompetittiva ta’ impriża għall-iskopijiet tal-valutazzjoni kompetittiva. Meta tkun qed tanalizza l-qawwa tas-suq il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħti ħarsa lejn ix-xejriet li x’aktarx li jkomplu jew lejn żviluppi prevedibbli f’rabta ma’ tali ishma tas-suq, kif ukoll lejn restrizzjonijiet li jistgħu ma jkunux evidenti biss mill-ishma tas-suq, kif spjegat aktar fil-paragrafi 106 u 113. Il-Kummissjoni tista’ tuża wkoll l-ishma tas-suq bħala l-ewwel għodda ta’ skrinjar biex tivvaluta jekk jistax jinqala’ tħassib dwar il-kompetizzjoni. Il-limiti tas-sehem mis-suq huma wieħed mill-parametri użati biex jiġi determinat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija li japplikaw l-Artikolu 101(3) TFUE għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet (21); biex jiġi vvalutat jekk jistax ikun hemm effett fuq il-kummerċ skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (22) u biex jiġu identifikati konċentrazzjonijiet meqjusa mill-bidu nett li ma jqajmux tħassib dwar il-kompetizzjoni skont ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet fir-rigward ta’ kwalunkwe suq jew fir-rigward ta’ ċerti swieq (23).

1.3.   Prinċipji ġenerali tad-definizzjoni tas-suq

11.

Il-Kummissjoni tapplika għadd ta’ prinċipji meta tiddefinixxi s-swieq rilevanti għall-iskopijiet tal-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Dawk il-prinċipji huma deskritti fil-paragrafi 12 sa 21.

12.

L-ewwel nett, f’konformità mal-ġuriżprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (il-“Qrati tal-Unjoni”) u mal-prattika tal-Kummissjoni, is-suq rilevanti li fih il-Kummissjoni tivvaluta d-dinamiċi tal-kompetizzjoni tipikament jinkorpora prodott kif ukoll dimensjoni ġeografika (24).

(a)

Is-suq tal-prodott rilevanti jinkludi dawk il-prodotti kollha li l-klijenti jqisu bħala interkambjabbli jew li jistgħu jissostitwixxu l-prodott(i) tal-impriża(i) involuta(i), fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-istruttura tal-provvista u d-domanda fis-suq (25).

(b)

Is-suq ġeografiku rilevanti jinkorpora ż-żona ġeografika li fiha l-impriżi involuti jissupplixxu jew jiksbu prodotti rilevanti, fejn il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed li l-effetti tal-imġieba jew l-amalgamazzjoni li jkunu qed jiġu investigati jkunu jistgħu jiġu evalwati, u li jistgħu jiġu distinti minn żoni ġeografiċi oħra, b’mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu kemxejn differenti f’dawk iż-żoni (26).

13.

F’ċerti każijiet, il-kunsiderazzjonijiet temporali jistgħu jkunu rilevanti wkoll meta jiġi definit is-suq rilevanti, pereżempju fejn fatturi bħall-istaġjonalità jew kunsiderazzjonijiet tal-ħin massimu/kwiet jaffettwaw il-preferenzi tal-klijenti jew l-istruttura tal-provvista (27).

14.

It-tieni, id-definizzjoni tas-suq hija bbażata fuq il-fatti tal-każ (28). Is-swieq rilevanti skont it-tifsira tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jvarjaw minn settur għal ieħor, f’livelli differenti tal-katina tal-provvista u xi kultant minn żona ġeografika għal oħra. Meta jkun hemm deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar suq speċifiku, il-Kummissjoni tista’ tibda l-analiżi tagħha minn dawk id-deċiżjonijiet preċedenti u tivverifika jekk id-definizzjoni tas-suq rilevanti użata f’dawk id-deċiżjonijiet preċedenti tistax tiġi applikata fil-każ inkwistjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tapplika d-definizzjoni ta’ suq rilevanti mid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha f’każijiet futuri (29) u se tkun dejjem attenta xi għal tibdil possibbli li jkun misjuq minn xejriet usa’ bħad-diġitalizzazzjoni, it-tibdil fil-ktajjen tal-valuri jew fit-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista mill-klijenti, jew żviluppi fil-grad tal-globalizzazzjoni tal-iskambji kummerċjali.

15.

It-tielet, meta tiddefinixxi s-suq rilevanti, il-Kummissjoni tqis id-diversi parametri tal-kompetizzjoni li l-klijenti jqisuhom bħala rilevanti fiż-żona u fil-perjodu vvalutati. Dawk il-parametri jistgħu jinkludu l-prezz tal-prodott, iżda wkoll il-grad ta’ innovazzjoni tiegħu u l-kwalità tiegħu f’diversi aspetti – bħas-sostenibbiltà, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, id-durabbiltà, il-valur u l-varjetà ta’ użi offruti mill-prodott, il-possibbiltà ta’ integrazzjoni tal-prodott ma’ prodotti oħra, l-immaġni mogħtija jew il-protezzjoni tas-sigurtà u tal-privatezza mogħtija, kif ukoll id-disponibbiltà tiegħu, inkluż f’termini ta’ żmien meħtieġ, ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, l-affidabbiltà tal-provvista u l-ispejjeż tat-trasport. L-importanza relattiva ta’ dawn il-parametri għall-klijenti tista’ tinbidel biż-żmien

16.

Ir-raba’, id-definizzjoni tas-suq, fejn meħtieġ, hija biss pass wieħed fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiddeċiedi biss dwar jekk hemmx tħassib dwar il-kompetizzjoni wara li tkun wettqet valutazzjoni kompetittiva (30). Id-definizzjoni tas-suq hija għalhekk pass intermedjarju fil-valutazzjoni u ma tippreġudikax l-eżitu tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

17.

Il-ħames, id-definizzjoni tas-suq tippermetti li ssir distinzjoni bejn ir-restrizzjonijiet kompetittivi minn ġewwa u minn barra s-suq, billi tinkludi biss ir-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati fis-suq rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni tqis ir-restrizzjonijiet kompetittivi kollha (kemm jekk effettivi kif ukoll immedjati jew le) fil-valutazzjoni kompetittiva, filwaqt li żżomm f’moħħha li r-restrizzjonijiet barra mis-suq huma restrizzjonijiet aktar remoti fuq l-impriża/i involuta/i. Għal aktar dettalji dwar ir-relazzjoni mal-valutazzjoni kompetittiva, ara wkoll il-paragrafu 8 aktar ’l fuq.

18.

Is-sitta, is-swieq definiti spiss ikunu l-istess fost il-każijiet u l-valutazzjonijiet meta tkun ikkonċernata l-istess attività ekonomika f’termini ta’ prodotti u ġeografija (31). Madankollu, peress li d-definizzjoni tas-suq tfittex li tidentifika r-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati li huma rilevanti għall-valutazzjoni kompetittiva ta’ mġiba jew konċentrazzjoni speċifika, l-eżitu tad-definizzjoni tas-suq jista’ jvarja skont:

(a)

l-impriża/i ikkonċernata/i Peress li l-attivitajiet tal-impriża/i involuta/i jiddeterminaw il-punt tat-tluq għall-analiżi tas-sostituzzjoni, is-swieq jistgħu jiġu ddefiniti b’mod differenti skont l-impriża/i involuta/i. Dan jista’ jirriżulta, pereżempju, meta r-restrizzjonijiet kompetittivi li l-impriżi jimponu fuq xulxin ikunu asimmetriċi, jiġifieri impriża partikolari tista’ tirrestrinġi impriża oħra, filwaqt li l-istess ma japplikax viċi versa (32). F’dak il-każ, jekk jittieħdu l-prodotti ta’ impriżi differenti bħala punt tat-tluq għall-analiżi tas-sostituzzjoni – pereżempju minħabba li l-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu differenti jew minħabba li l-imġiba ta’ impriża differenti qed tiġi investigata – jista’ jwassal għal riżultati differenti f’termini ta’ definizzjoni tas-suq.

(b)

il-perjodu ta’ żmien meqjus Il-Kummissjoni tqis ċ-ċirkostanzi kompetittivi fiż-żmien tal-imġiba jew tal-konċentrazzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata (li jistgħu jinkludu żviluppi biżżejjed prevedibbli meta l-każ ikun jitlob valutazzjoni li tħares ’l quddiem, kif imfisser fil-paragrafu 21). Għaldaqstant, ir-riżultati tad-definizzjoni tas-suq jistgħu jvarjaw maż-żmien jekk id-dinamika tal-kompetizzjoni tinbidel. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta l-kundizzjonijiet kompetittivi f’żoni ġeografiċi distinti jikkonverġu maż-żmien u jsiru omoġenji biżżejjed sabiex iż-żoni li inizjalment kienu parti minn swieq ġeografiċi distinti jiġu inklużi aktar tard fl-istess suq ġeografiku (33), jew meta jseħħu żviluppi tas-suq mbassra li qabel kienu kkunsidrati bħala remoti jew inċerti.

(c)

it-tħassib dwar il-kompetizzjoni li qed jiġi kkunsidrat. Ir-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati rilevanti f’każ speċifiku jistgħu jiddependu fuq it-tħassib kompetittiv li jkun qed jiġi kkunsidrat. Pereżempju, dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jiddependu fuq jekk it-tħassib li qed jiġi esplorat huwiex li l-amalgamazzjoni twassal għal żidiet fil-prezzijiet ta’ prodotti eżistenti, jew li l-istess amalgamazzjoni tnaqqas l-investimenti fl-iżvilupp tal-prodott (34). Barra minn hekk, l-approċċ tas-soltu għad-definizzjoni tas-suq jista’ jeħtieġ li jiġi adattat fejn is-saħħa eżistenti fis-suq tista’ tfixkel l-analiżi (pereżempju fir-rigward ta’ teorija ta’ ħsara skont l-Artikolu 102 TFUE) (35).

19.

Is-seba’, il-kunċett ta’ “suq rilevanti” fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa differenti mill-użu tat-terminu “suq” f’kuntesti oħrajn, b’mod partikolari f’kuntesti kummerċjali. L-impriżi spiss jużaw it-terminu “suq” sabiex jirreferu għaż-żona jew għall-post fejn ibigħu l-prodotti tagħhom jew sabiex jirreferu b’mod wiesa’ għall-industrija jew għas-settur li tiegħu jagħmlu parti. Pereżempju, l-impriżi jistgħu jgħidu li huma attivi f’suq globali fejn iqisu li jikkompetu globalment għad-dħul kontra impriżi mill-kontinenti kollha. Madankollu, dan ma jfissirx li l-prodotti tal-impriżi kollha attivi globalment huma sostitwibbli għall-klijenti fiż-ŻEE jew li l-klijenti jiffaċċjaw globalment kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni omoġenji biżżejjed, li huma l-kriterji rilevanti għad-definizzjoni tas-suq tal-Kummissjoni skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni kif spjegat aktar fit-Taqsima 2. Dinamiċi usa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ swieq rilevanti definiti għal finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni, bħal ekonomiji ta’ skala differenzjati li jgawdu minnhom impriżi differenti mill-attivitajiet globali tagħhom fuq diversi prodotti jew swieq ġeografiċi, mhumiex rilevanti għall-pass intermedjarju fejn is-swieq huma definiti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni, iżda jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni kompetittiva u, jekk ikun hekk, jittieħdu dovutament f’kunsiderazzjoni f’dak il-kuntest. Barra minn hekk, il-kunċett jew id-definizzjoni ta’ “suq” użat f’oqsma tal-liġi għajr fil-liġi tal-kompetizzjoni, bħal pereżempju fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (36), ma huwiex deċiżiv għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

20.

It-tmienja, il-Kummissjoni mhix obbligata tasal għal konklużjoni definittiva dwar l-ambitu preċiż tas-suq fejn l-eżitu tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma jinbidilx taħt definizzjonijiet tas-suq plawżibbli varji. Il-Kummissjoni tista’ tħalli d-definizzjoni tas-suq miftuħa (37) kemm f’każi fejn jinqala’ tħassib dwar il-kompetizzjoni irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq applikata (38) kif ukoll fejn ma jinqala’ l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq applikata (39). Meta tħalli d-definizzjoni tas-suq miftuħa, il-Kummissjoni normalment twettaq valutazzjoni kompetittiva għad-definizzjonijiet alternattivi plawżibbli kollha tas-suq, għalkemm il-profondità tal-analiżi kompetittiva tagħha tista’ tvarja bejn is-swieq alternattivi vvalutati (40).

21.

Id-disa’, il-Kummissjoni tista’ tqis it-tranżizzjonijiet mistennija fl-istruttura ta’ suq meta l-każ jitlob valutazzjoni li tħares ’il quddiem. It-tranżizzjonijiet strutturali tas-suq ivarjaw minn kunsiderazzjonijiet relatati mad-dħul fis-suq ta’ kompetituri potenzjali (“kompetizzjoni potenzjali”) (41) fis-sens li jaffettwaw id-dinamika ġenerali tal-provvista u d-domanda u għalhekk ir-reazzjonijiet ġenerali għall-bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista. Tranżizzjonijiet strutturali tas-suq bħal dawk jeħtieġ li jiġu distinti minn bidliet li jaffettwaw biss impriżi individwali jew konsumaturi li joffru jew jitolbu prodotti fis-swieq rilevanti. It-tranżizzjonijiet strutturali tas-suq jistgħu jaffettwaw id-definizzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti, pereżempju fejn ikun hemm probabbiltà suffiċjenti li tipi ġodda ta’ prodotti jkunu waslu biex joħorġu fis-suq (42), jew id-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti, pereżempju fejn ikun hemm bidliet teknoloġiċi imminenti jew bidliet imminenti fil-qafas regolatorju (43). Il-Kummissjoni tqis it-tranżizzjonijiet strutturali tas-suq mistennija fuq terminu qasir jew medju meta jwasslu għal bidliet effettivi fid-dinamika ġenerali tal-provvista u d-domanda fil-perjodu li huwa rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni (44). Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis it-tranżizzjonijiet strutturali tas-suq mistennija, irid ikun hemm evidenza afiddabbli (45) li jkun hemm probabbiltà suffiċjenti li l-bidliet strutturali mistennjia se jseħħu. Tali evidenza jeħtieġ li tmur lil hinn minn sempliċi suppożizzjonijiet li x-xejriet osservati se jkomplu jew li ċerti impriżi jbiddlu l-imġiba tagħhom.

2.   IL-METODOLOĠIJA ĠENERALI

22.

Kif spjegat fit-Taqsima 1.2, l-iskop ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li tipprovdi, f’pass intermedjarju, qafas għall-istrutturar u l-iffaċilitar tal-valutazzjoni kompetittiva billi tidentifika b’mod sistematiku r-restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati li tiffaċċja/jiffaċċjaw l-impriża/i involuta/i meta toffri/joffru ċerti prodotti lil klijenti f’żona partikolari.

23.

L-impriżi huma soġġetti għal tliet sorsi ewlenin ta’ restrizzjonijiet kompetittivi, jiġifieri s-sostituzzjoni tad-domanda, is-sostituzzjoni tal-provvista u l-kompetizzjoni potenzjali:

(a)

is-sostituzzjoni tad-domanda tikkostitwixxi l-aktar forza dixxiplinarja immedjata u effettiva fuq il-fornituri ta’ prodott partikolari (46). L-influwenza ta’ impriża fuq il-kundizzjonijiet prevalenti tal-bejgħ – bħall-prezzijiet, il-livell ta’ innovazzjoni jew il-kwalità offruta – tiddependi fuq kemm il-klijenti tagħha jistgħu jaqilbu faċilment għal prodotti disponibbli li l-klijenti jqisu bħala sostituti (47). Is-sostituzzjoni tad-domanda hija għalhekk il-kunsiderazzjoni ewlenija meta jiġi definit is-suq tal-prodott rilevanti.

(b)

Is-sostituzzjoni tal-provvista tista’ tkun rilevanti wkoll għad-definizzjoni tas-suq rilevanti f’xi każijiet, jiġifieri meta tkun immedjata u effettiva daqs is-sostituzzjoni tad-domanda u meta twassal għal kundizzjonijiet kompetittivi simili fost il-prodotti kkonċernati. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, is-sostituzzjoni tal-provvista hija rilevanti biss għad-definizzjoni tas-suq f’każijiet speċifiċi.

(c)

B’kuntrast, il-kompetizzjoni potenzjali tinkludi restrizzjonijiet kompetittivi aktar remoti u kontinġenti li ma jissodisfawx il-kriterji tal-effettività u l-immedjatezza tas-sostituzzjoni (48). Għalhekk, il-kompetizzjoni potenzjali mhijiex rilevanti għad-definizzjoni tas-suq rilevanti u mhuwiex xieraq li jiġi inkluż fis-suq tal-prodott rilevanti l-bejgħ kurrenti minn kompetitur potenzjali ta’ prodotti li, mill-perspettiva tal-klijenti, mhumiex sostitwibbli mal-prodott(i) tal-impriża/i involuta/i (49), jew li s-suq ġeografiku jiġi estiż biex jinkludi ż-żoni fejn il-kompetitur potenzjali ikun diġà attiv bil-prodotti tiegħu (50). L-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali teħtieġ analiżi ta’ fatturi addizzjonali, inklużi l-probabbiltà, il-perjodu ta’ żmien u d-daqs ta’ kwalunkwe dħul fis-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ xi kompetizzjoni potenzjali tirrekjedi analiżi ta’ kif din taffettwa jew tista’ taffettwa l-imġieba tal-impriża/i involuta/i. Dan huwa analizzat fil-valutazzjoni kompetittiva.

24.

Il-valutazzjoni tas-sostituzzjoni tad-domanda u tal-provvista tgħin sabiex jiġu identifikati l-prodotti fis-suq rilevanti, u għalhekk il-fornituri attivi fis-suq. L-identifikazzjoni tal-klijenti li x’aktarx jiffaċċjaw effetti simili tal-imġiba jew tal-konċentrazzjoni ikkonċernati tista’ tkun ukoll element importanti għad-definizzjoni tas-suq rilevanti, biex tipprovdi qafas utli għall-valutazzjoni kompetittiva. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tiffoka fuq il-grad sa fejn il-klijenti jiffaċċjaw kundizzjonijiet simili jew differenti ta’ kompetizzjoni. Valutazzjoni bħal dik spiss tkun rilevanti għad-definizzjoni tal-prodott rilevanti u tas-suq ġeografiku meta l-fornituri jinnegozjaw ma’ klijenti individwali jew meta jkunu jistgħu jiddiskriminaw bejn klijenti jew gruppi ta’ klijenti (51).

2.1.   Il-metodoloġija ġenerali għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodotti

2.1.1.   Sostituzzjoni tad-domanda

25.

Kif stabbilit fil-paragrafu 23, l-approċċ ewlieni użat mill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi s-suq tal-prodott rilevanti huwa dak tal-valutazzjoni tas-sostitwibbiltà tal-prodotti mill-perspettiva tal-klijent (sostituzzjoni tad-domanda). Jirriżultaw sitwazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tad-domanda b’saħħitha biżżejjed meta l-klijenti jaqilbu faċilment mill-prodotti tal-impriża/i involuta/i għal prodotti alternattivi disponibbli faċilment. Il-Kummissjoni tinkludi dawk il-prodotti fl-istess suq tal-prodott rilevanti peress li jikkostitwixxu restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati.

26.

Il-Kummissjoni tiddetermina l-firxa ta’ prodotti li l-klijenti tal-impriża/i involuta/i jqisu bħala sostituti effettivi u immedjati kif ukoll il-grad ta’ sostitwibbiltà mal-prodotti tal-impriża/i involuta/i billi teżamina varjetà ta’ evidenza. Dik l-evidenza tinkludi, skont ir-rekwiżiti u l-partikolaritajiet ta’ kull każ, indikaturi għar-raġunijiet għala l-klijenti jissostitwixxu prodott wieħed ma’ ieħor jew le, bħall-preferenzi tal-klijenti relatati mal-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet, il-funzjonalitajiet, l-użu intenzjonat, l-ostakli għall-bdil u l-ispejjeż tal-bdil. Dan jinkludi wkoll indikaturi diretti tas-sostituzzjoni, bħal evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat jew ipotetika. Fit-Taqsima 3.2 hemm aktar dettalji dwar l-evidenza li fuqha tistrieħ il-Kummissjoni meta tivvaluta s-sostituzzjoni tad-domanda.

27.

Il-mistoqsija ewlenija li għandha titwieġeb meta tiġi eżaminata dik l-evidenza hija sa liema punt u sa liema prodotti sostituttivi faċilment disponibbli (jekk ikun hemm) il-klijenti tal-impriża/i involuti jkunu lesti jaqilbu b’reazzjoni għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tal-provvista tal-prodotti tal-impriża/i involuta/i meta mqabbla ma’ prodotti oħra (52). Għal skopijiet operazzjonali u prattiċi, dik il-valutazzjoni normalment tiffoka fuq ir-reazzjonijiet għaż-żidiet fil-prezzijiet, iżda tista’ tikkunsidra wkoll bidliet f’parametri kompetittivi oħrajn, bħall-kwalità tal-prodott jew il-livell ta’ innovazzjoni tiegħu, kif stabbilit fil-paragrafu 15.

28.

Kunċettwalment, dan l-approċċ ifisser li, billi jibda minn suq kandidat li inizjalment ikun fih il-prodott(i) jew it-tipi ta’ prodotti tal-impriża/i involuta/i li hija/huma l-punt fokali tal-valutazzjoni kompetittiva, prodotti sostituti faċilment disponibbli (jekk ikun hemm) jiżdiedu mas-suq kandidat sakemm il-prodotti identifikati jikkostitwixxu suq tal-prodott rilevanti.

29.

Il-kriterju teoretiku spiss użat sabiex jiġi ddeterminat jekk is-suq kandidat jikkostitwixxix suq tal-prodott rilevanti huwa jekk xi monopolista ipotetiku fis-suq kandidat jistax jeżerċita s-saħħa fis-suq. Din il-kwistjoni tista’ tiġi vvalutata billi jiġi mistoqsi jekk monopolista ipotetiku fis-suq kandidat iqisx li jkun profittabbli li jimplimenta żieda żgħira iżda sinifikanti mhux tranżitorja fil-prezz (it- “test SSNIP”) (53).

30.

Meta l-impriżi jikkompetu fuq parametri oħra minbarra l-prezz, bħall-kwalità jew il-livell ta’ innovazzjoni, l-applikazzjoni tat-test SSNIP issir diffiċli, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ prodotti bi prezz monetarju żero (54) u industriji innovattivi ħafna. Jinqalgħu aktar diffikultajiet skont it-teorija tal-ħsara applikata fl-investigazzjoni. Meta l-valutazzjoni tiffoka fuq il-bidla fis-saħħa fis-suq tal-impriża/i involuta/i, bħal fil-każ tal-analiżi ta’ jekk konċentrazzjoni orizzontali twassalx għal effetti mhux koordinati, it-test tal-SSNIP ġeneralment jista’ jiġi applikat bil-prezz prevalenti tas-suq. Madankollu, dan jista’ ma jkunx il-każ meta l-enfasi tkun fuq il-valutazzjoni tas-saħħa eżistenti fis-suq tal-impriża/i involuta/i, bħal meta jiġu definiti s-swieq bl-iskop li ssir valutazzjoni tal-preżenza ta’ dominanza skont l-Artikolu 102 TFUE (55). Barra minn hekk, minħabba r-restrizzjonijiet prattiċi jista’ jkun diffiċli li jiġi applikat it-test tal-SSNIP b’mod empiriku meta jiġi ddefinit is-suq tal-prodotti rilevanti f’każijiet ta’ ħajja reali. Pereżempju, jista’ ma jkunx possibbli li tinġabar informazzjoni affidabbli dwar l-ammont ta’ telf li monopolista ipotetiku jġarrab meta jimplimenta SSNIP.

31.

Għalhekk, filwaqt li l-Kummissjoni tista’ sserraħ fuq il-prinċipji tat-test SSNIP fil-valutazzjoni tagħha tas-suq rilevanti, ma hemm l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni li tapplika t-test SSNIP empirikament, u tipi oħra ta’ evidenza huma ugwalment validi biex jinfurmaw id-definizzjoni tas-suq, kif deskritt ulterjorment fit-Taqsima 3 (56). Fil-fatt, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-test tal-SSNIP iservi biss bħala qafas kunċettwali għall-interpretazzjoni tal-evidenza disponibbli.

2.1.2.   Is-sostituzzjoni tal-provvista

32.

Is-sostitwibbiltà ta’ prodotti mill-perspettiva tal-fornituri (sostituzjoni tal-provvista) tista’ tkun rilevanti għall-iskopijiet tad-definizzjoni tas-suq fejn il-fornituri jużaw l-istess assi u proċessi biex jipproduċu prodotti relatati li mhumiex sostituti għall-klijenti, u fejn dan iwassal għal kundizzjonijiet simili ta’ kompetizzjoni fil-firxa kollha ta’ prodotti relatati bħal dawk. F’dawk il-każijiet, jista’ jkun xieraq li dawk il-prodotti relatati jiġu inklużi fis-suq tal-prodotti rilevanti, sakemm l-effett ta’ restrizzjoni tas-sostituzzjoni tal-provvista fil-firxa kollha ta’ prodotti jkun ekwivalenti għal dak tas-sostituzzjoni tad-domanda f’termini ta’ effettività u immedjatezza.

33.

Il-kundizzjonijiet meħtieġa biex is-suq jitwessa’ abbażi tas-sostituzzjoni tal-provvista huma li l-biċċa l-kbira tal-fornituri, jekk mhux kollha, ikunu jistgħu jaqilbu l-produzzjoni bejn prodotti fil-firxa ta’ prodotti relatati (57); li l-fornituri jġarrbu biss spejjeż mitlufa jew riskji addizzjonali insinifikanti meta jibdlu l-produzzjoni; li l-fornituri għandhom l-inċentiv li jaqilbu u li jaqilbu meta jinbidlu l-prezzijiet relattivi jew il-kundizzjonijiet tad-domanda; u li jistgħu joffru l-prodotti kollha fil-firxa b’mod effettiv fuq perjodu qasir (58).

34.

Jistgħu tipikament jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tal-provvista b’saħħitha biżżejjed meta l-impriżi jqiegħdu fis-suq firxa ta’ kwalitajiet jew gradi ta’ prodott partikolari. Pereżempju, f’każ marbut mal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli (59), il-Kummissjoni sabet li, mill-perspettiva tad-domanda, il-klijenti ma setgħux jużaw gradi differenti ta’ azzar inossidabbli jew familji ta’ gradi għall-istess skop. Madankollu, kien possibbli li l-manifatturi jaqilbu mill-produzzjoni ta’ grad wieħed għall-ieħor fuq perjodu ta’ żmien qasir u li jużaw l-istess tagħmir, bi spejjeż addizzjonali limitati. Fin-nuqqas ta’ diffikultajiet partikolari fid-distribuzzjoni, il-manifatturi tal-azzar inossidabbli setgħu, għalhekk, jikkompetu għal ordnijiet tad-diversi gradi. Għalhekk, il-Kummissjoni inkludiet id-diversi gradi ta’ azzar inossidabbli fl-istess suq rilevanti.

35.

Is-sostituzzjoni tal-provvista tista’ tkun rilevanti wkoll għad-definizzjoni tas-suq meta l-konsumaturi jixtru prodotti personalizzati, pereżempju, meta l-konsumaturi joħorġu offerti għal proġetti ta’ kostruzzjoni jew l-akkwist ta’ ferroviji jew turbini tal-gass. F’dawk il-każijiet, jista’ ma jkun hemm l-ebda sostituzzjoni tad-domanda jew jista’ jkun hemm waħda limitata bejn il-prodotti personalizzati għal klijenti differenti. Mill-perspettiva tas-sostituzzjoni tad-domanda, kull prodott personalizzat bħal dak jista’ mbagħad jikkostitwixxi s-suq rilevanti tiegħu stess. Madankollu, meta r-restrizzjoni kompetittiva fuq l-impriża/i involuta/i f’każijiet bħal dawn tirriżulta mill-abbiltà ta’ fornituri oħra li jipproduċu l-prodott speċifiku personalizzat, il-kundizzjonijiet kompetittivi jistgħu madankollu jkunu simili fost klijenti differenti. Għalhekk, meta l-istess fornituri jkunu jistgħu u ġeneralment iwieġbu b’offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ klijenti differenti, pereżempju f’offerti differenti, il-prodotti personalizzati differenti jistgħu jiġu inklużi fl-istess suq tal-prodott rilevanti.

36.

Fejn xi wħud biss mill-fornituri ikollhom il-kapaċità u l-inċentiv li jibdlu l-produzzjoni u joffru l-prodotti b’mod effettiv fi żmien qasir u jkunu lesti li jibdlu l-produzzjoni, mhuwiex xieraq li tiġi inkluża l-firxa ta’ prodotti fl-istess suq rilevanti (60). Meta twettaq il-valutazzjoni kompetittiva, il-Kummissjoni madankollu tqis ir-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata minn dawk il-fornituri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet, inkluż jekk huwhiex probabbli li jespandu l-bejgħ tagħhom tal-prodotti rilevanti fil-futur meta l-każ jitlob valutazzjoni li tħares ’il quddiem. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għas-suq tal-azzar miksija bil-metall (61) hija eżempju ta’ dan l-approċċ. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-provvista fir-rigward tal-pjanċa stanjata u azzar tal-kromu miksi elettrolitikament ma kinux ġew issodisfati minħabba li f’dak il-każ fornitur wieħed biss li jikkompeti seta’ jipproduċi dawk il-prodotti fuq l-istess linja ta’ produzzjoni u minħabba li l-produzzjoni taż-żewġ prodotti fuq “self kummerċjali għal perjodu ta’ żmien qasir” b’kapaċità ta’ bdil ma kellhiex rwol materjali fis-suq. Madankollu, il-Kummissjoni qieset ir-restrizzjoni eżerċitata mill-fornitur li seta’ jipproduċi l-pjanċa stanjata u l-azzar tal-kromu miksi elettrolitikament fuq “self kummerċjali għal perjodu ta’ żmien qasir” fil-valutazzjoni kompetittiva tagħha.

37.

Bl-istess mod, fejn is-sostituzzjoni tal-provvista tkun tinvolvi l-ħtieġa li jiġu aġġustati b’mod sinifikanti l-assi tanġibbli u intanġibbli eżistenti barra mill-kors regolari tan-negozju; li jiġġarbu aktar minn investimenti addizzjonali insinifikanti, spejjeż mitlufa jew riskji; li jittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi ta’ natura dejjiema, jew li jiġġarrab dewmien, il-Kummissjoni ma twessax is-suq rilevanti fuq il-bażi tas-sostituzzjoni tal-provvista. Il-Kummissjoni ma tistax twessa’ s-suq rilevanti fuq il-bażi tas-sostituzzjoni tal-provvista anki jekk il-produtturi jkunu diġà involuti fil-produzzjoni fil-firxa kollha ta’ prodotti relatati. Pereżempju, għalkemm ċerti produtturi tal-ġobon jkunu jistgħu jipproduċu diversi tipi ta’ ġobon, jista’ jkun hemm spejjeż sinifikanti u żminijiet ta’ tħejjija involuti qabel ma produttur ta’ tip wieħed ta’ ġobon ikun jista’ jibdel il-produzzjoni u jibda jbigħ tip differenti ta’ ġobon (62). F’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni teżamina l-effetti ta’ dik il-bidla fil-valutazzjoni kompetittiva bħala restrizzjonijiet eżerċitata minn kompetizzjoni potenzjali.

2.2.   Il-metodoloġija ġenerali għad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi

38.

Is-swieq ġeografiċi jistgħu jvarjaw minn lokali għal dinjija, skont il-fatti tal-każ. Kif stabbilit fil-paragrafu 12(b), l-approċċ li tuża l-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi s-suq ġeografiku rilevanti huwa dak fejn tagħmel valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni. L-identifikazzjon taż-żoni fejn l-imġiba jew il-konċentrazzjoni rilevanti x’aktarx li jkollha effetti, billi jiġi identifikat il-post tal-impriża/i involuta/i u tal-klijenti tagħhom, huwa punt ta’ tluq komuni. Sussegwentement, il-Kummissjoni tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni f’ċerta żona humiex omoġenji biżżejjed (63) sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-effetti tal-imġieba jew tal-konċentrazzjoni u jekk dik iż-żona tistax tiġi distinta minn żoni oħra, peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni.

39.

Il-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni tagħha tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni billi teżamina varjetà ta’ evidenza. Dik l-evidenza tinkludi, skont ir-rekwiżiti u l-partikolaritajiet ta’ kull każ: il-preżenza tal-istess fornituri, jew ta’ fornituri differenti fiż-żoni ġeografiċi kollha; similaritajiet jew differenzi fl-ishma u l-prezzijiet tas-suq tagħhom; similaritajiet jew differenzi fil-preferenzi tal-klijenti u fl-imġiba tax-xiri; l-ostakli u l-ispejjeż assoċjati mal-forniment lill-klijenti f’żona differenti; fatturi relatati mad-distanza li jaffettwaw l-ispejjeż, il-kwantitajiet disponibbli jew l-affidabbiltà tal-provvista, u l-flussi kummerċjali u x-xejriet tal-vjeġġi. Fit-Taqsima 3.3. hemm ktar dettalji dwar l-evidenza li l-Kummissjoni tibbaża fuqha meta tivvaluta s-swieq ġeografiċi.

40.

Il-Kummissjoni normalment tanalizza wkoll is-sostituzzjoni tad-domanda bejn fornituri li jinsabu f’postijiet jew żoni ġeografiċi differenti. Dak huwa partikolarment importanti f’każijiet fejn il-post fejn ikun jinsab il-klijent ma jimpurtax għall-kundizzjonijiet li fihom jiġu offruti l-prodotti, jiġifieri fejn il-fornituri ma jinnegozjawx ma’ klijenti individwali jew ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tal-post fejn ikun jinsab il-klijent jew taż-żona ġeografika. F’dak il-każ, is-suq ġeografiku rilevanti normalment jiġi definit fuq il-bażi tal-post fejn ikun jinsab il-fornitur (64) u l-Kummissjoni tista’ tagħmel enfasi partikolari biex tistabbilixxi liema fornituri f’liema żoni huma sostituti qrib tal-impriża/i involuta/i, f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fit-Taqsima 2.1.1. Id-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-swieq rilevanti għas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri skont l-approċċ ta’ ajruport b’ajruport f’każijiet tal-passat fis-settur tat-trasport bl-ajru, huwa eżempju. L-analiżi tal-Kummissjoni ffukat biex tistabbilixxi jekk uħud mill-ajruporti rilevanti kinux sostitwibbli ma’ ajruporti oħra mill-perspettiva tal-passiġġieri (65).

41.

F’każijiet fejn il-fornituri jinnegozjaw ma’ klijenti individwali jew jistgħu jiddiskriminaw fuq il-bażi tal-post fejn ikun jinsab il-klijent jew taż-żona ġeografika, il-Kummissjoni normalment tiddefinixxi s-suq ġeografiku rilevanti fuq il-bażi tal-post fejn ikun jinsab il-klijent (66). Is-sostituzzjoni tad-domanda bejn żoni ġeografiċi differenti – bħall-bidla għal importazzjonijiet addizzjonali – tista’ tkun rilevanti wkoll f’dawk il-każijiet. Meta l-klijenti f’żewġ oqsma jqisu l-aktar l-istess fornituri bħala alternattivi u jistgħu jaqilbu faċilment il-volumi tax-xiri bejniethom, dak jista’ jindika, flimkien ma’ fatturi oħrajn, li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn iż-żewġ oqsma huma omoġenji biżżejjed u li l-effetti tal-imġieba jew tal-konċentrazzjoni ikunu biżżejjed simili li ż-żewġ oqsma ikunu parti mill-istess suq ġeografiku rilevanti. Min-naħa l-oħra, meta l-klijenti f’żewġ oqsma jqisu fornituri differenti bħala alternattivi jew meta l-volumi li jistgħu u jiġu mibdula jkunu limitati, pereżempju minħabba l-preferenzi tal-klijenti jew minħabba l-limiti fil-volumi tal-importazzjoni disponibbli, dak jindika li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fiż-żewġ żoni ma jkunux omoġenji biżżejjed (67).

42.

B’riżultat ta’ dan, is-sempliċi eżistenza ta’ importazzjonijiet jew il-possibbiltà ta’ bidla għall-importazzjonijiet f’żona ġeografika partikolari ma jwasslux neċessarjament għal twessigħ tas-suq ġeografiku biex jinkludi ż-żona li minnha l-oġġetti kienu jew setgħu jiġu esportati. Il-klijenti li jinsabu fiż-żona minn fejn il-prodotti kienu jew jistgħu jiġu esportati jistgħu jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni differenti meta mqabbla ma’ klijenti li jinsabu fiż-żona fejn jiġu kkonsenjati l-importazzjonijiet. F’dawk iċ-ċirkostanzi, jekk is-swieq ġeografiċi jiġu ddefiniti b’mod wiesa’ sabiex jinkludu ż-żoni tal-esportazzjoni u twassil ta’ prodotti importati, dak jista’ bi żball jinkludihom fiż-żoni tas-suq rilevanti fejn il-klijenti x’aktarx ikunu affettwati b’mod differenti mill-imġiba jew mill-konċentrazzjoni rilevanti. Dak ifixkel aktar milli jiffaċilita l-valutazzjoni kompetittiva.

43.

Għalhekk, f’każijiet fejn ikun hemmn importazzjonijiet sinifikanti, iżda l-kummerċ bejn ċerti żoni ġeografiċi jew kunsiderazzjonijiet oħrajn ta’ provvista u domanda ma jkunx biżżejjed sabiex iwasslu għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni omoġenji biżżejjed, il-Kummissjoni ma testendix is-suq ġeografiku rilevanti sabiex ikun jinkludi l-post minn fejn il-prodotti jkunu ġew esportati. Madankollu, bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva u meta s-swieq ġeografiċi jkunu definiti fuq il-bażi tal-post fejn ikun jinsab il-klijent, il-Kummissjoni tikkalkula l-ishma mis-suq fuq il-bażi tal-bejgħ kollu lill-klijenti fis-suq ġeografiku rilevanti, inkluż il-bejgħ kemm mill-fornituri lokali kif ukoll mill-importaturi. Il-Kummissjoni tqis ukoll bis-sħiħ ir-restrizzjoni kompetittiva mill-importazzjonijiet fis-suq rilevanti b’modi oħra fil-valutazzjoni kompetittiva, pereżempju billi teżamina jekk huwiex probabbli li l-importazzjonijiet jespandu fil-futur meta l-każ jitlob valutazzjoni li tħares ’il quddiem (68).

44.

Eżempju ta’ kif il-Kummissjoni tqis il-flussi tal-kummerċ meta tiddefinixxi s-suq ġeografiku rilevanti u twettaq il-valutazzjoni kompetittiva tagħha hija l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-suq għall-prodotti ċatti lesti tal-azzar tal-karbonju (69). Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-swieq ġeografiċi rilevanti għal diversi tipi ta’ prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju lesti ma kinux usa’ miż-ŻEE minħabba li l-istrutturi tas-suq kienu jvarjaw bejn ir-reġjuni tad-dinja; l-akkwist seħħ fil-biċċa l-kbira tiegħu fil-livell reġjonali, u l-ipprezzar tal-prodotti varja b’mod sinifikanti bejn ir-reġjuni tad-dinja. Madankollu, ir-restrizzjoni kompetittiva mill-importazzjonijiet ġiet ivvalutata fid-dettall bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva.

3.   IL-PROĊESS TAD-DEFINIZZJONI TAS-SWIEQ

3.1.   Approċċ ġenerali għad-definizzjoni tas-suq fil-prattika

45.

Fil-prattika, il-Kummissjoni normalment tkun f’pożizzjoni li tidentifika b’mod preliminari s-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi rilevanti l-aktar plawżibbli li fihom għandha tiġi vvalutata mġiba jew konċentrazzjoni partikolari. Dan jista’ jkun ibbażat fuq informazzjoni faċilment disponibbli, is-swieq rilevanti definiti f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fl-istess industriji jew industriji simili, jew informazzjoni sottomessa mill-impriża/i involuta/i. Ħafna drabi jkun hemm numru limitat ta’ swieq rilevanti alternattivi plawżibbli. Il-Kummissjoni mbagħad taġġusta l-ipoteżijiet ta’ ħidma inizjali tagħha dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u dawk ġeografiċi fid-dawl tal-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tagħha, jekk ikun meħtieġ. F’ħafna każijiet, ikun biżżejjed eżami superfiċjali tad-definizzjonijiet tas-suq alternattivi plawżibbli biex tiġi strutturata l-valutazzjoni kompetittiva fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, mingħajr il-ħtieġa li titwettaq analiżi dettaljata biex tintlaħaq konklużjoni dwar id-definizzjoni ta’ kull suq rilevanti. Fid-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi u tikkunsidra definizzjonijiet alternattivi tas-suq, billi tibda bi swieq potenzjalment usa’ jew aktar stretti, skont l-ispeċifiċitajiet tal-każ.

46.

It-Taqsimiet li ġejjin 3.2 u 3.3 jiddeskrivu diversi fatturi li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġu definiti s-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi rilevanti. It-Taqsima 3.4 tiddeskrivi kif il-Kummissjoni tiġbor u tevalwa l-evidenza dwar dawk il-fatturi differenti. Dan ma jimplikax li f’kull każ individwali, il-Kummissjoni teħtieġ tikseb evidenza tal-fatturi kollha msemmija u tivvalutahom. Fil-prattika, l-evidenza relatata ma’ subsett ta’ dawk il-fatturi spiss tkun biżżejjed sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tasal għal konklużjoni dwar is-suq rilevanti.

3.2.   Evidenza għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodotti

47.

F’konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2, meta tkun qed tiddefinixxi s-suq tal-prodott rilevanti, il-Kummissjoni tiffoka primarjament fuq l-evidenza marbuta mas-sostituzzjoni tad-domanda, iżda tista’ tqis ukoll evidenza relatata mas-sostituzzjoni tal-provvista jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Taqsima 2.1.2. Il-kategoriji ta’ evidenza mfissra fit-Taqsimiet 3.2.1 u 3.2.2 jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista għall-iskopijiet tad-definizzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti.

3.2.1.   Evidenza rilevanti għas-sostituzzjoni tad-domanda

3.2.1.1.   Il-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet, l-użu maħsub u l-preferenzi ġenerali tal-klijenti.

48.

L-evidenza dwar fatturi bħall-karatteristiċi tal-prodott (inklużi wkoll il-kwalità tal-prodott jew il-livell ta’ innovazzjoni), il-prezzijiet u l-użu maħsub, li ħafna drabi tkun faċilment disponibbli, hija ġeneralment utli biex tiġi identifikata l-firxa ta’ sostituti possibbli li huma disponibbli għall-klijenti tal-impriża/i involuta/i.

49.

Madankollu, valutazzjoni ta’ jekk il-prodotti humiex simili tul karatteristiċi osservabbli, jekk il-prezzijiet u x-xejrit tal-prezzijiet tagħhom humiex komparabbli (70) jew jekk il-prodotti għandhomx l-istess użu maħsub (71) tista’ ma tkunx biżżejjed biex jiġi ddeterminat jekk żewġ prodotti humiex sostituti tad-domanda. Min-naħa l-oħra, id-differenzi fil-karatteristiċi tal-prodott, fil-prezzijiet u fl-użu intenzjonat mhux dejjem jistgħu, fihom infushom, ikunu biżżejjed biex jiġi ddeterminat li żewġ prodotti jappartjenu fi swieq ta’ prodotti differenti (72). Dan għaliex kunsiderazzjonijiet bħal dawk jistgħu ma jirriflettux b’mod preċiż kif il-klijenti jivvalutaw l-attributi differenti tal-prodott u kif il-klijenti jirreaġixxu għall-bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista bħal żieda fil-prezz.

50.

Għalhekk, il-Kummissjoni tivvaluta r-raġunijiet sottostanti għaliex il-klijenti jissostitwixxu, jew ma jissostitwixxux, prodott wieħed ma’ ieħor billi tfittex li tidentifika l-parametri li huma l-aktar rilevanti għall-għażliet tal-klijenti. L-għażliet tal-klijenti jistgħu jiġu xprunati minn varjetà ta’ parametri oħra minbarra l-prezz tal-prodott, bħall-livell ta’ innovazzjoni tiegħu jew il-kwalità tiegħu b’diversi aspetti, kif stabbilit fil-paragrafu 15. Pereżempju, il-klijenti jistgħu jqisu jekk prodott huwiex manifatturat bl-użu ta’ teknoloġija bejn wieħed u ieħor sostenibbli (73). Id-differenzi bejn il-kanali ta’ distribuzzjoni, inklużi l-kanali online u offline (74), jew il-qafas regolatorju (75) jistgħu jkunu rilevanti wkoll. Barra minn hekk, l-għażliet tal-klijenti jistgħu jkunu soġġetti għal preġudizzji fl-imġiba, bħal tendenza li tintgħażel l-għażla prestabbilita pprovduta. L-identifikazzjoni ta’ dawk il-parametri li huma l-aktar rilevanti għall-għażla tal-klijenti tippermetti lill-Kummissjoni li tqabbel il-prodotti skont dawk il-parametri, li hija informattiva sabiex jiġi vvalutat il-grad ta’ sostitwibbiltà bejniethom.

3.2.1.2.   Evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat.

51.

F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm evidenza ta’ sostituzzjoni bejn prodotti differenti wara bidliet strutturali, avvenimenti jew xokkijiet fil-passat fis-suq. Dik l-evidenza tista’ tkun partikolarment informattiva għas-sostituzzjoni tad-domanda, b’mod partikolari meta s-sostituzzjoni tkun ikkawżata minn bidla eżoġena (76) fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista tal-prodotti tal-impriża/i involuta/i, bħal xokk ta’ spiża mhux mistenni, jew minn avveniment simili ieħor. Il-ħruġ ta’ prodotti ġodda jista’ joffri wkoll informazzjoni bżonnjuża, meta jkun possibbli illi issir analiżi preċiża ta’ liema prodotti jkunu naqqsu fil-bejgħ minħabba l-prodott il-ġdid (77). Bl-istess mod, bidliet fil-kwantitajiet b’reazzjoni għall-ħruġ ta’ fornitur mis-suq, jew li jirriżultaw minn nuqqas (temporanju) ta’ ċerti prodotti (pereżempju minħabba qtugħ fil-produzzjoni jew tfixkil fil-katina tal-provvista), jistgħu jkunu informattivi għal xejriet ta’ sostituzzjoni (78). Madankollu, ir-reazzjonijiet b’konsegwenza ta’ bidla sinifikanti, bħan-nuqqas totali ta’ disponibbiltà ta’ prodott jew l-introduzzjoni ta’ prodott ġdid, mhux dejjem jistgħu jindikaw kif il-klijenti jirreaġixxu għal bidliet aktar limitati fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista.

52.

F’xi każijiet, l-impriżi jistgħu jiġbru wkoll informazzjoni rilevanti dwar is-sostituti tad-domanda matul l-andament normali tan-negozju. Pereżempju, impriża jista’ jkollha data dwar il-klijenti li tkun rebħet u tilfet u l-identità tal-kompetituri li jkunu rebħu jew tilfu dawk il-klijenti. B’kuntrast, l-evidenza li l-klijenti jitbiegħdu minn prodott bħala riżultat ta’ fatturi mhux relatati ma’ bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista, bħal bidla fil-preferenzi jew fix-xejriet tal-konsum maż-żmien, hija inqas informattiva għas-sostituzzjoni tad-domanda (79).

53.

Meta jkun hemm biżżejjed data dwar is-sostituzzjoni fil-passat, jista’ jkun possibbli li jiġu derivati miżuri kwantitattivi dwar is-sostitwibbiltà ta’ prodotti differenti. Pereżempju, jista’ jkun possibbli li jinkisbu proporzjonijiet ta’ devjazzjoni bejn prodotti sostituti kandidati. Il-proporzjonijiet ta’ devjazzjoni jistmaw is-sehem tal-volumi tal-bejgħ mitlufa mill-prodott ta’ interess li jiġi ddevjat lejn kull prodott sostitut kandidat b’reazzjoni għall-bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista. Barra minn hekk, jista’ jkun possibbli li jiġu stmati l-elastiċitajiet tal-prezzijiet proprji u l-elastiċitajiet bejn il-prezzijiet (80) għad-domanda ta’ prodott bl-użu ta’ tekniki ekonometriċi (81) (82) Sabiex tkun affidabbli, dik l-evidenza kwantitattiva trid tkun robusta biżżejjed.

3.2.1.3.   Evidenza dwar sostituzzjoni ipotetika.

54.

Il-Kummissjoni tista’ tistrieħ wkoll fuq informazzjoni dwar kif il-klijenti x’aktarx jirreaġixxu għal bidliet ipotetiċi fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista (“sostituzzjoni ipotetika”). It-tweġibiet motivati tal-klijenti u tal-kompetituri rigward dik is-sostituzzjoni ipotetika jistgħu jkunu informattivi għall-identifikazzjoni ta’ prodotti sostituti. F’xi każijiet, l-evidenza ta’ sostituzzjoni ipotetika tista’ tkun disponibbli wkoll minn stħarriġ ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ klijenti. L-evidenza ta’ sostituzzjoni ipotetika tista’ tikkostitwixxi l-unika evidenza diretta (kwantitattiva) disponibbli tas-sostituzzjoni tad-domanda u tista’ tkun informattiva għall-valutazzjoni. Madankollu, l-evidenza ta’ sostituzzjoni ipotetika tista’ tkun anqas affidabbli minn evidenza ta’ sostituzzjoni attwali, minħabba li s-sostituzzjoni ipotetika tad-domanda ma jkollha l-ebda konsegwenza reali għall-klijenti jew minħabba xaqlib ieħor ta’ mġieba. B’mod partikolari, il-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq relatati mal-probabbiltà jew il-kobor ta’ bidla ipotetiku lejn prodott alternattiv jistgħu ma jkunux affidabbli, kompluti jew preċiżi biżżejjed biex jippermettu li l-Kummissjoni tistma l-elastiċitajiet proprji tad-domanda. Madankollu, din hija valutazzjoni każ b’każ u tiddependi fuq is-saħħa tal-evidenza disponibbli.

55.

F’industriji li qed jevolvu malajr, speċjalment dawk ikkaratterizzati minn progress teknoloġiku mgħaġġel (pereżempju fis-settur diġitali), l-introduzzjoni ta’ prodotti jew proċessi ġodda jew żviluppati reċentement kif ukoll bidliet teknoloġiċi jew regolatorji jistgħu jwasslu għal tranżizzjonijiet strutturali tas-suq li jaffettwaw id-dinamika kompetittiva eżistenti u r-reazzjonijiet ġenerali għall-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista. F’każijiet bħal dawk, il-Kummissjoni tista’ tqis il-bidliet mistennija fil-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni li jirriżultaw mill-bidla fid-dinamika kompetittiva, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 21.

3.2.1.4.   Evidenza ta’ restrizzjonijiet kompetittivi msejsa fuq il-fehmiet tal-industrija.

56.

L-impriżi tipikament jimmonitorjaw il-kompetizzjoni fl-andament normali tan-negozju. Jista’ jkun hemm ukoll assoċjazzjonijiet tal-industrija jew esperti li jimmonitorjaw il-kompetizzjoni. Filwaqt li l-fehmiet tal-industrija dwar il-konfini tas-suq mhux neċessarjament jikkorrispondu mal-kunċett tas-suq rilevanti skont it-tifsira tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar liema impriżi jqisu lil xulxin bħala kompetituri (mill-qrib), kif ukoll il-fehmiet ta’ parteċipanti oħra fis-suq u esperti tal-industrija dwar restrizzjonijiet kompetittivi, jistgħu jipprovdu informazzjoni utli għall-valutazzjoni tas-sostituzzjoni tad-domanda. Dak japplika b’mod partikolari meta r-raġunijiet sottostanti mogħtija bħala evidenza li twassal għall-konklużjoni li ċerti impriżi jkunu kompetituri (mill-qrib) jikkorrispondu għall-qafas ta’ definizzjoni tas-suq tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-prodotti tal-impriżi jitqiesu mill-klijenti bħala sostituti.

3.2.1.5.   Ostakoli u spejjeż assoċjati ma’ bidla fid-domanda għal sostituti potenzali.

57.

Hemm diversi ostakli potenzjali għall-ispejjeż tas-sostituzzjoni u tal-bdil. L-oriġini ta’ dawk l-ostakli u spejjeż tista’ tkun wiesgħa, bħal obbligi kuntrattwali, spejjeż tat-tiftix għal prodotti alternattivi, inċertezza dwar il-kwalità u r-reputazzjoni ta’ prodotti alternattivi, l-ispejjeż marbuta mat-tagħlim dwar l-użu ta’ prodotti oħra jew mal-adattament tal-proċessi tal-produzzjoni proprja, ir-rikonoxximent tal-marka kummerċjali, l-ostakli regolatorji jew forom oħra ta’ intervent mill-Istat, l-eżistenza ta’ effetti tan-netwerks (83), l-ispejjeż tal-portabbiltà tad-data, il-grad ta’ interoperabbiltà (84) ma’ prodotti oħra, jew dipendenzi oħra f’rabta mad-data, l-integrazzjoni tal-prodott jew kumplimentaritajiet tal-użu.

58.

L-ostakli għall-bdil jistgħu jirriżultaw ukoll meta ma jkunx possibbli għall-klijenti li jaqilbu bejn kanali tal-bejgħ differenti. Pereżempju, ir-restrizzjonijiet kompetittivi fil-provvista tal-komponenti tal-karozzi għas-suq tat-tagħmir oriġinali jistgħu jvarjaw minn dawk fil-provvista ta’ dawk il-komponenti għall-parts tal-bdil, fejn il-klijenti għall-parts tal-bdil ma jkunux jistgħu jiksbu l-komponenti bil-kundizzjonijiet offruti lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali. Dan jista’ jwassal għad-definizzjoni ta’ żewġ swieq tal-prodotti rilevanti distinti.

3.2.1.6.   L-implimentazzjonijiet tat-test tal-SSNIP.

59.

F’xi każijiet, jista’ wkoll ikun possibbli li jiġu ddeterminati l-limiti tas-suq rilevanti billi jiġi vvalutat b’mod kwantitattiv jekk SSNIP ikunx profittabbli għal monopolista ipotetiku (85). Eżempju ta’ implimentazzjoni tat-test SSNIP huwa “analiżi tat-telf kritiku” (86). L-analiżi kritika tat-telf normalment tinvolvi d-determinazzjoni tat-telf massimu tal-volum tal-bejgħ li jista’ jiġġarrab biex SSNIP jibqa’ profittabbli għal monopolista ipotetiku. Dak it-“telf kritiku” imbagħad jitqabbel ma’ stima tat-telf attwali probabbli tal-volum tal-bejgħ li jirriżulta mill-SSNIP. Jekk it-telf kritiku jkun akbar mit-telf attwali probabbli, SSNIP tkun profittabbli, u dan jindika li l-prodotti fis-suq kandidat jifformaw suq tal-prodotti rilevanti. Fix-xenarju oppost, is-suq kandidat jista’ jkollu jitwessa’. L-ispeċifiċitajiet tal-analiżi mwettqa jiddependu miċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ. Meta tivvaluta l-analiżi tat-telf kritiku, il-Kummissjoni tqis ukoll li fejn tosserva marġni ta’ profitt għoli mhux biss jimplika telf kritiku baxx, iżda jista’ jindika wkoll li l-elastiċità attwali tad-domanda – u għalhekk it-telf reali – x’aktarx li tkun baxxa, u viċi versa (87).

3.2.2.   Evidenza rilevanti għas-sostituzzjoni tal-provvista

3.2.2.1.   Evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat.

60.

Meta tivvaluta s-sostituzzjoni tal-provvista, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra evidenza mill-impriżi dwar l-eżistenza ta’ kapaċità żejda u l-kapaċità u l-inċentiv tagħhom li jirriallokaw il-produzzjoni u l-provvista fuq perjodu ta’ żmien qasir. L-evidenza ta’ riallokazzjoni fil-passat tal-produzzjoni jew tal-provvista għall-prodotti kkonċernati b’reazzjoni għal bidliet eżoġeni fil-kundizzjonijiet tal-provvista jew tad-domanda hija partikolarment rilevanti (pereżempju bidla fil-produzzjoni bejn kwalitajiet jew gradi differenti fil-kors ordinarju tan-negozju). B’kuntrast, fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostituzzjoni tal-provvista fil-passat, il-Kummissjoni tista’ tqis li huwa anqas probabbli li l-effett ta’ dik is-sostituzzjoni jkun ekwivalenti għal dak tas-sostituzzjoni tad-domanda f’termini ta’ effettività u immedjatezza.

3.2.2.2.   L-ostakli u l-ispejjeż assoċjati mal-bdil tal-provvista.

61.

Il-Kummissjoni tqis diversi ostakli u spejjeż meta tivvaluta l-possibbiltà li twessa’ s-suq fuq il-bażi tas-sostituzzjoni tal-provvista. Pereżempju, hija tqis jekk, biex jaqilbu l-produzzjoni jew il-provvista tagħhom, l-impriżi jeħtiġux li jġarrbu investimenti kapitali speċifiċi jew investimenti speċifiċi fil-proċessi tal-produzzjoni, fit-tagħlim u fil-kapital uman, fl-istabbiliment tar-rikonoxximent tad-ditta jew tal-isem, fl-aċċess għad-data, fl-ispejjeż għal għodod ġodda jew f’investimenti oħra. Tista’ tkun utli wkoll l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ostakli legali jew amministrattivi, bħall-ħtieġa li wieħed ikollu liċenzja partikolari, jew ostakli ta’ natura strateġika li jistgħu jaffettwaw il-produzzjoni jew il-provvista, bħal rabtiet kuntrattwali jew ftehimiet ta’ esklużività. Il-Kummissjoni tanalizza wkoll l-inċentivi tal-impriżi biex jibdlu l-produzzjoni jew il-provvista tagħhom, inkluż jekk dik il-bidla twassalx għal telf fil-bejgħ ta’ prodotti oħrajn, u r-rieda tagħhom li jibdlu. Kif spjegat fil-paragrafu 37, meta dawk l-ostakli jew spejjeż ma jkunux insinifikanti, il-Kummissjoni tqis ir-restrizzjonijiet kompetittivi (jekk ikun hemm) eżerċitati minn l-impriżi kkonċernati bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva aktar milli billi tespandi s-suq rilevanti.

3.3.   Evidenza għad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi

62.

Il-Kummissjoni normalment tkun tista’ tifforma opinjoni preliminari dwar jekk is-suq ġeografiku kandidat huwiex lokali, nazzjonali, reġjonali, mifrux maż-ŻEE (88), usa’ miż-ŻEE jew globali, fuq il-bażi ta’ informazzjoni preliminari dwar l-imġiba tax-xiri u l-preferenzi tal-klijenti tal-prodotti rilevanti. Sussegwentement, il-Kummissjoni tinvestiga jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni madwar is-suq kandidat humiex omoġenji biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-effetti tal-imġieba jew tal-konċentrazzjoni u jekk is-suq kandidat jistax jiġi distint minn żoni oħra, peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ikunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni.

3.3.1.   Kategoriji ta’ evidenza rilevanti għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti

63.

Il-kategoriji ta’ evidenza deskritti f’din it-Taqsima jistgħu jkunu rilevanti għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti.

3.3.1.1.   L-identità tal-fornituri disponibbli, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet.

64.

Meta l-klijenti f’żoni ġeografiċi differenti jkollhom aċċess għall-istess fornituri attwali u potenzjali u meta dawk il-fornituri jkollhom ishma mis-suq simili fiż-żoni differenti, dak normalment jkun l-ewwel indikazzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġenji biżżejjed sabiex jinkludu dawn iż-żoni fl-istess suq ġeografiku rilevanti. Min-naħa l-oħra, meta l-ishma mis-suq ta’ dawk il-fornituri jvarjaw sostanzjalment f’żoni ġeografiċi differenti, dak normalment jindika li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni f’dawk iż-żoni ma jkunux omoġenji biżżejjed.

65.

L-analiżi preliminari tad-differenzi fl-ipprezzar u fil-prezzijiet tista’ tipprovdi wkoll evidenza utli. Kundizzjonijiet omoġenji ta’ kompetizzjoni f’żoni differenti ġeneralment jistgħu jkunu mistennija li jwasslu għal livelli simili ta’ prezzijiet għall-istess prodotti. Dik is-similarità tista’ tkun ukoll ir-riżultat ta’ arbitraġġ tal-funzjonament bejn żoni differenti, jiġifieri l-proċess li bih prezzijiet ogħla f’żona waħda jistgħu jwasslu lill-investituri ta’ arbitraġġ biex jixtru fiż-żona bi prezz baxx u jbigħu mill-ġdid fiż-żona bi prezz għoli sakemm il-prezzijiet ikunu kkonverġew biżżejjed sabiex dak l-arbitraġġ isir mhux profittabbli. Il-Kummissjoni tista’ tivvaluta wkoll jekk il-fornituri joffrux lill-klijenti kundizzjonijiet differenti ta’ provvista fuq il-bażi tal-post fejn jinsab il-klijent, peress li dan jista’ jkollu effett fuq jekk is-suq jistax jiġi definit madwar il-postijiet fejn jinsabu l-fornituri (89).

66.

Madankollu, l-analiżijiet tal-ishma mis-suq u l-prezzijiet jistgħu ma jkunu deċiżivi, fihom infushom, għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku (90). Għalhekk, il-Kummissjoni normalment tesplora r-raġunijiet għal kwalunkwe konfigurazzjoni partikolari tal-ishma jew tal-prezzijiet tas-suq, u tivvaluta wkoll indikaturi oħrajn.

3.3.1.2.   Preferenzi tal-klijenti u mġiba tax-xiri.

67.

Id-differenzi fil-kultura, il-lingwa, l-istil tal-ħajja, id-demografija jew l-isfond soċjoekonomiku jistgħu jwasslu għal preferenzi lokali, nazzjonali jew reġjonali għal prodotti jew marki speċifiċi (91). Dan jista’ jaffettwa l-pożizzjonijiet kompetittivi ta’ impriżi differenti f’żoni differenti. Id-differenzi fil-preferenzi tal-klijenti f’żoni differenti x’aktarx li jirriżultaw f’differenzi fl-imġiba tax-xiri u għalhekk għandhom potenzjal qawwi li jillimitaw l-ambitu ġeografiku tas-suq.

68.

B’mod partikolari, meta s-sett ta’ prodotti li l-klijenti jqisu bħala sostituti għall-prodotti tal-impriża/i involuta/i jkun differenti bejn iż-żoni ġeografiċi, dan ġeneralment jkun indikazzjoni qawwija li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ma humiex omoġenji biżżejjed sabiex dawk iż-żoni jkunu fl-istess suq ġeografiku.

69.

Eżami tax-xejra ġeografika attwali tax-xiri tal-klijenti jista’ jipprovdi indikaturi utli dwar is-similaritajiet jew id-differenzi fil-preferenzi tal-klijenti u l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni. Pereżempju, meta klijenti madwar iż-ŻEE jkollhom aċċess għall-istess fornituri fuq termini simili, irrispettivament minn fejn jinsab il-klijent, pereżempju jekk jixtru minn impriżi li jinsabu fi kwalunkwe post fiż-ŻEE fuq termini simili, jew jakkwistaw il-provvisti tagħhom permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti li fihom l-istess sett ta’ impriżi jiġu mistiedna u jissottomettu offerti, is-suq ġeografiku x’aktarx li jitqies li jkun mifrux maż-ŻEE kollha, sakemm ma jkunx hemm fatturi kontradittorji oħra (92). Bl-istess mod, meta l-klijenti madwar id-dinja jkollhom aċċess għall-istess fornituri fuq termini simili irrispettivament minn fejn jinsabu l-klijenti, pereżempju jekk huma jixtru minn impriżi, ikunu fejn ikunu fid-dinja, b’kundizzjonijiet simili, is-suq ġeografiku rilevanti x’aktarx li jkun dinji (93) . Suq jista’ jiġi definit ukoll bħala dinji li minn jkunu esklużi biss ċerti żoni speċifiċi minħabba ostakoli kbar kontra d-dħul, jew ostakoli oħra kontra l-provvista dinjija mill-klijenti (94). F’tali każijiet, u meta s-swieq ġeografiċi jiġu definiti abbażi ta’ fejn ikunu l-klijenti, kull importazzjoni miż-żoni esklużi lejn is-suq ġeografiku definit tingħadd mal-kalkolu tal-ishma tas-suq (95) u l-possibbiltà li tali importazzjonijiet ikunu jistgħu jirrestrinġu l-impriża/i involuta/i fis-suq relevanti għandha tiġi analizzata fil-valutazzjoni kompetittiva.

3.3.1.3.   Ostakli u spejjeż assoċjati mal-forniment lill-klijenti f’żoni differenti.

70.

Il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-fornituri humiex kapaċi u lesti li joffru l-prodotti tagħhom b’termini kompetittivi fis-suq kandidat kollu jew jekk hemmx ostakli jew spejjeż li minħabba fihom ikun impossibbli jew mhux attraenti għal fornitur li jservi lill-klijenti b’termini kompetittivi f’oqsma li bħalissa ma jservix. Din il-valutazzjoni tinkludi eżami dwar jekk il-preferenzi tal-klijenti jeħtiġux li l-fornituri jkollhom preżenza lokali jew aċċess għal netwerk ta’ distribuzzjoni jew kanali ta’ distribuzzjoni rilevanti biex ibigħu fis-suq kandidat kollu. Dan jinkludi wkoll eżami tal-qafas regolatorju, jiġifieri kwalunkwe tip ta’ ostaklu jew ostaklu maħluq minn azzjoni mill-Istat li jista’ jaffettwa fornituri minn oqsma oħra. Dawk l-osktali jistgħu jinkludu regoli dwar l-akkwist pubbliku, sussidji pubbliċi, regolamentazzjoni tal-prezzijiet, kwoti u tariffi li jillimitaw il-kummerċ jew il-produzzjoni, standards tekniċi, rekwiżiti lingwistiċi, monopolji legali, limiti għal-libertà ta’ stabbiliment, rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva (pereżempju liċenzji u permessi), jew regolamentazzjoni oħra speċifika għas-settur. Dawk l-ostakli jistgħu jillimitaw b’mod effettiv il-grad sa fejn il-fornituri f’ċerta żona jkunu soġġetti għal pressjoni kompetittiva minn fornituri bbażati barra minn dik iż-żona u b’hekk iwasslu għal differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni. L-istess ostakli jistgħu jxekklu wkoll lill-klijenti milli jixtru mingħand fornituri f’żoni differenti.

71.

Min-naħa l-oħra, il-qafas regolatorju, b’mod partikolari l-armonizzazzjoni regolatorja, pereżempju fil-livell tal-Unjoni jew globalment, jista’ jnaqqas l-ostakli għall-kummerċ u jindika li s-swieq ġeografiċi huma usa’ jew x’aktarx li jitwessgħu fil-futur. Il-Kummissjoni tqis il-proċess tal-integrazzjoni tas-suq meta tiddefinixxi s-swieq ġeografiċi. Fejn jitneħħew l-ostakli regolatorji, il-Kummissjoni tivvaluta l-evidenza rilevanti li tindika tranżizzjoni strutturali, pereżempju fir-rigward tal-prezzijiet, l-ishma mis-suq jew ix-xejriet kummerċjali.

3.3.1.4.   Fatturi relatati mad-distanza, spejjeż tat-trasport u żoni ta’ klijentela.

72.

F’xi swieq, il-pożizzjonijiet kompetittivi tal-fornituri jistgħu jiddependu fuq id-distanza bejn kull fornitur u l-klijent. Pereżempju, l-ispejjeż tat-trasport jistgħu jirrappreżentaw frazzjoni importanti tal-ispejjeż għal ċerti prodotti, li jistgħu jqiegħdu fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti lill-fornituri li jinsabu f’distanza akbar mill-klijent meta mqabbla mal-fornituri li jinsabu eqreb tal-klijent. Fatturi oħrajn, bħas-sigurtà tal-kunsiderazzjonijiet tal-provvista, il-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà (96), il-fatt li l-prodott jitħassar malajr jew l-aċċessibbiltà jista’ jkollhom effett simili. Barra minn hekk, fis-swieq tal-konsumatur, id-distanza jew il-ħin tal-ivvjaġġar għall-fornitur jistgħu jkunu kunsiderazzjoni importanti. Dak huwa tipikament il-każ, pereżempju, għall-ajruporti, is-supermarkets jew il-pompi tal-petrol.

73.

F’dawk is-sitwazzjonijiet, is-swieq x’aktarx li jkunu ġeografikament differenzjati fis-sens li l-kundizzjonijiet kompetittivi jinbidlu bħala funzjoni tad-distanza bejn kull fornitur u l-klijent (97). F’każijiet bħal dawk, il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi s-suq ġeografiku fuq il-bażi ta’ żoni ta’ klijentela. Iż-żoni ta’ klijentela jistgħu jitfasslu madwar il-klijenti jew madwar il-fornituri, skont l-ispeċifiċitajiet tal-każ u skont jekk il-fornituri joffrux il-prodotti tagħhom f’kundizzjonijiet differenti fuq il-bażi tal-post jew taż-żona ġeografika tal-post fejn jinsab il-klijent. Fin-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bħal dik, il-Kummissjoni spiss tikkunsidra żoni ta’ klijentela madwar il-postijiet tal-fornituri. B’kuntrast ma’ dan, fi swieq bi prezzijiet speċifiċi għall-klijent, normalment ikun preferibbli li jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet kompetittivi f’postijiet differenti ta’ klijenti u li jiġu mfassla żoni ta’ klijentela madwar il-postijiet tal-klijenti (98). Fejn dak ma jkunx possibbli, pereżempju minħabba li l-klijenti huma ħafna u mxerrda jew minħabba li ma hemm l-ebda informazzjoni dwar fejn jinsabu l-klijenti tal-kompetituri, il-Kummissjoni tista’ tfassal żoni ta’ klijentela madwar il-postijiet tal-fornituri.

74.

Iż-żoni ta’ klijentela ġeneralment jitkejlu f’termini tad-distanza jew tal-ħin tal-ivvjaġġar tal-klijenti (li f’dak il-każ jissejħu iżokroni) jew f’termini tad-distanza jew tal-ħin tal-konsenja madwar post li fih iseħħ proporzjon partikolari ta’ bejgħ. Il-Kummissjoni normalment isserraħ fuq żoni ta’ klijentela li jkunu rappreżentattivi tax-xejriet tax-xiri tal-biċċa l-kbira tal-klijenti (99). Dawk jistgħu jiġu ddeterminat mid-distribuzzjoni attwali tad-distanzi jew tal-ħin tal-konsenja jew tal-ivvjaġġar, u/jew jistgħu jkunu bbażati fuq il-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tipikament tqis iż-żoni ta’ klijentela li jkopru 80 % tal-bejgħ jew tal-klijenti (100). Skont kunsiderazzjonijiet speċifiċi għas-suq, il-Kummissjoni tista’ tistrieħ ukoll fuq settijiet alternattivi ta’ meded. Il-Kummissjoni, pereżempju, iddefinixxiet ukoll swieq ġeografiċi fuq il-bażi ta’ żoni ta’ klijentela li jkopru 70 % u/jew 90 % tal-bejgħ (101).

3.3.1.5.   Flussi kummerċjali u x-xejra tal-vjeġġi.

75.

Analiżi tax-xejra u tal-evoluzzjoni tal-vjeġġi u tal-flussi kummerċjali u tal-fatturi li jwasslu għal dawk il-flussi tista’ tindika n-nuqqas jew l-eżistenza ta’ ostakli. Ir-rispons ta’ dawk il-flussi għal bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista jista’ jindika wkoll il-grad ta’ pressjoni kompetittiva eżerċitata fuq l-impriża/i involuta/i mill-fornituri li jinsabu barra mis-suq ġeografiku kandidat. F’xi każijiet, jista’ jkun possibbli li dik ir-restrizzjoni tiġi kkwantifikata, pereżempju billi jiġu stmati b’mod ekonometriku l-elastiċitajiet tal-importazzjoni jew permezz ta’ studji tal-avvenimenti li juru r-rispons tal-importazzjonijiet għall-bidliet fil-prezzijiet (102). Madankollu, is-sempliċi eżistenza ta’ flussi kummerċjali jew ir-rispons tagħhom għal bidliet fil-kundizzjonijiet relattivi tal-provvista mhux neċessarjament jimplikaw li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fiż-żona li minnha joriġinaw il-flussi kummerċjali huma omoġenji biżżejjed ma’ dawk fis-suq ġeografiku kandidat sabiex jiġġustifikaw espansjoni tas-suq ġeografiku rilevanti. Meta dak ma jkunx il-każ, u kif spjegat fil-paragrafu 43, il-Kummissjoni tqis ir-restrizzjonijiet kompetittivi (jekk ikun hemm) mill-importaturi fuq l-impriża/i involuta/i fil-valutazzjoni kompetittiva, (inkluż fir-rigward tal-ishma mis-suq u l-espansjoni futura potenzjali), aktar milli tespandi s-suq ġeografiku rilevanti.

3.4.   Ġbir u evalwazzjoni tal-evidenza

76.

Il-Kummissjoni tuża sorsi varji ta’ informazzjoni u tipi ta’ evidenza sabiex tiddefinixxi s-suq rilevanti u tista’ tibbaża kemm fuq informazzjoni kwalitattiva kif ukoll fuq informazzjoni kwantitattiva. Ċerti tipi ta’ evidenza jistgħu jkunu deċiżivi f’każ wieħed, iżda ta’ importanza limitata jew ta’ ebda importanza f’każijiet oħrajn li jinvolvu industrija differenti, prodott differenti jew ċirkostanzi differenti. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet u b’mod partikolari fejn tkun meħtieġa valutazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq il-kunsiderazzjoni ta’ għadd ta’ fatturi, kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.2 u 3.3, u sorsi differenti. Il-Kummissjoni tadotta approċċ miftuħ għall-evidenza empirika, bil-għan li jsir użu effettiv mill-informazzjoni kollha disponibbli li tista’ tkun rilevanti f’każijiet individwali, u tagħmel valutazzjoni ġenerali bbażata fuq dik l-evidenza (103). Il-Kummissjoni ma tapplikax xi ġerarkika riġida tad-diversi sorsi ta’ informazzjoni jew tad-diversi tipi ta’ elementi ta’ prova (104).

77.

L-evidenza użata mill-Kummissjoni biex tiddefinixxi s-swieq għandha tkun affidabbli (105). Dan x’aktarx ikun il-każ pereżempju meta l-evidenza tiġi minn awtoritajiet pubbliċi jew tkun appoġġata minn diversi sorsi, inkluż minn parteċipanti fis-suq b’interessi kunfliġġenti, bħall-fornituri u l-klijenti diretti tagħhom. Barra minn hekk, sa fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni tuża evidenza reċenti fir-rigward tal-perjodu li qed jiġi investigat, b’mod partikolari meta tivvaluta l-prodotti f’industrija li għaddejja minn tibdil. Fejn il-każ jitlob valutazzjoni li tħares’ il quddiem u meta d-definizzjoni tas-suq tkun imsejsa fuq bidliet fid-dinamika kompetittiva fil-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat, dawk il-bidliet iridu jiġu appoġġati minn evidenza affidabbli li turi b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza li l-bidliet mistennija fil-fatt se jimmaterjalizzaw. Meta jitwettqu tali valutazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem, xi kategoriji jew sorsi ta’ evidenza jistgħu jkunu inqas affidabbli jew saħansitra mhux disponibbli. Pereżempju, l-evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat tista’ ma tkunx disponibbli meta jiġu vvalutati prodotti ġodda li jkunu qed jiġu żviluppati. B’kuntrast, id-dokumenti interni tal-parteċipanti fis-suq prodotti fil-perkors normali tan-negozju jew rapporti indipendenti tal-industrija inklużi projezzjonijiet robusti jistgħu jkunu partikolarment rilevanti għall-finijiet tat-twettiq ta’ valutazzjoni li tħares ’il quddiem.

78.

L-evidenza fiha valur probattiv ogħla jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li l-evidenza ma setgħetx tiġi influwenzata mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni, bħal evidenza li datata qabel diskussjoniijiet ta’ konċentrazzjoni jew ta’ mġiba u qabel l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Meta jkollha quddiemha evidenza kontradittorja, il-Kummissjoni tittestja d-dikjarazzjonijiet jew id-data rilevanti meta jkun meħtieġ, pereżempju billi tivverifika jekk humiex disponibbli sorsi indipendenti u affidabbli. Jekk ma jkunux disponibbli sorsi indipendenti u affidabbli, il-Kummissjoni tivvaluta liema evidenza għandha valur probatorju ogħla, filwaqt li tqis is-sorsi tal-informazzjoni, kif ukoll il-kuntest ta’ kif u meta l-informazzjoni tkun ġiet iġġenerata jew ipprovduta lill-Kummissjoni.

79.

Fejn xieraq, kif ukoll fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet mill-impriża/i involuta/i, il-Kummissjoni tiġbor evidenza billi tindirizza talbiet bil-miktub għal informazzjoni lill-parteċipanti fis-suq, inklużi l-impriżi involuti, jew billi tintervistahom. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tfittex li tikseb, primarjament mingħand il-kompetituri u l-klijenti ewlenin fl-industrija, evidenza fattwali u l-fehmiet tagħhom dwar il-konfini tas-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi. It-talbiet għal informazzjoni jistgħu jwasslu għal multi jekk it-tweġibiet ipprovduti jkunu qarrieqa jew skorretti, u dan jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkuntattja assoċjazzjonijiet rilevanti tal-kummerċ jew tal-klijenti, impriżi attivi fi swieq upstream jew fi swieq relatati, u partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn inklużi l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-gvern lokali, nazzjonali jew internazzjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi.

80.

Sabiex tiddefinixxi s-suq rilevanti, il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll dokumenti interni minn entitajiet rilevanti, inkluż b’mod partikolari l-impriża/i involuta/i. Id-dokumenti interni huma partikolarment rilevanti meta jkunu tħejjew fl-andament normali tan-negozju, għall-kuntrarju ta’ dokumenti mħejjija fid-dawl ta’ jew matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, peress li jistgħu jirriflettu aħjar kif dawk l-impriżi jħarsu lejn is-suq/swieq. Dak jista’ jinkludi studji tal-kummerċjalizzazzjoni li l-impriżi kkummissjonaw fil-passat sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar, pereżempju, l-ipprezzar tal-prodotti jew l-azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Sabiex jiġi stabbilit jekk proporzjon ekonomikament sinifikanti tal-klijenti jqisx żewġ prodotti bħala sostitwibbli, jista’ jitqies stħarriġ tal-klijenti dwar ix-xejriet u l-attitudnijiet tal-użu kif ukoll jistgħu jitqiesu d-data dwar ix-xejriet tax-xiri tal-klijenti, il-fehmiet espressi mill-fornituri u l-istudji dwar ir-riċerka tas-suq sottomessi mill-impriża/i involuta/i u l-kompetituri tagħhom. Evidenza li turi li impriża timmonitorja l-imġiba ta’ ċerti kompetituri, jew dokumenti strateġiċi li l-impriża tibbaża fuqhom biex tieħu deċiżjonijiet infurmati fin-negozju tagħha, bħal pjanijiet ta’ negozju jew valutazzjonijiet tal-punti b’saħħithom, tad-dgħufijiet, tal-opportunitajiet jew tat-theddid, tista’ tindika wkoll is-saħħa tar-restrizzjonijiet kompetittivi eżerċitati minn impriżi rivali differenti (106). Għandhom jitqiesu fatturi relatati mal-kuntest ta’ dokumenti individwali biex tiġi vvalutata r-rilevanza tagħhom. Dawk jinkludu d-data tad-dokumenti, l-identità tal-awturi u d-destinatarji potenzjali (bħall-funzjoni, l-għarfien espert u/jew l-anzjanità tagħhom), u l-iskop tad-dokumenti.

81.

F’xi każijiet, stħarriġ ad hoc li jkunu saru bl-iskop ta’ investigazzjopni u li jkopru kampjun rappreżentattiv ta’ klijenti jew fornituri jistgħu jipprovdu informazzjoni utli dwar is-suq rilevanti (107). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq jew tikkummissjona stħarriġ f’każ partikolari skont il-kwistjoni kkonċernata u l-evidenza disponibbli minn sorsi oħrajn, u filwaqt li tqis ir-restrizzjonijiet amministrattivi, bħall-perjodu ta’ żmien tal-investigazzjoni. L-istħarriġ irid jitfassal bir-reqqa sabiex jinkisbu tweġibiet sinifikanti mill-popolazzjoni ta’ interess (108).

82.

Il-Kummissjoni tista’ tistrieħ wkoll fuq informazzjoni pubblika, rapporti tas-suq jew tal-industrija, rapporti ta’ analisti finanzjarji, kif ukoll fuq statistika tas-suq jew studji ekonomiċi, inkluż minn konsulenti esterni (109). F’każijiet li jinvolvu swieq regolati, inkluż, pereżempju, is-setturi tat-telekomunikazzjoni, tal-enerġija jew tal-kura tas-saħħa, il-Kummissjoni tista’ tfittex ukoll data minn regolaturi speċifiċi għas-settur u l-fehmiet tagħhom.

83.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ twettaq ukoll żjarat informali jew spezzjonijiet formali fil-bini tal-impriża/i involuta/i, tal-klijenti tagħhom jew tal-kompetituri tagħhom, sabiex tifhem aħjar kif jiġu manifatturati jew ipprovduti l-prodotti.

4.   ID-DEFINIZZJONI TAS-SUQ F’ĊIRKOSTANZI SPEĊIFIĊI

84.

Din it-Taqsima tindirizza ċerti aspetti tad-definizzjoni tas-suq li huma speċifiċi għal industriji, setturi jew tipi ta’ swieq partikolari. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’din it-Taqsima, il-prinċipji ġenerali tad-definizzjoni tas-suq tal-prodott u dak ġeografiku stabbiliti f’din in-Notifika japplikaw ukoll għall-industriji, is-setturi jew it-tipi ta’ swieq partikolari msemmija f’din it-Taqsima.

4.1.   Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ divrenzjar sinifikanti

85.

Il-prodotti jistgħu jiġu differenzjati b’mod sinifikanti b’tali mod li xi prodotti jkunu sostituti aktar mill-qrib minn oħrajn. Id-differenzjar jista’ jseħħ fil-livell tal-prodott jew fil-livell ġeografiku. Id-differenzjar tal-prodott isseħħ meta l-attributi tal-prodotti jkunu rilevanti fl-għażla tal-klijent (110), inklużi d-disinn, l-immaġni tal-marka, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-durabbiltà, il-livell ta’ servizz jew kwalunkwe karatteristika speċifika oħra (111). Id-differenzjari ġeografiku jseħħ fejn il-post fejn ikunu jinsabu l-klijent individwali u l-fornitur ikun fattur importanti fl-għażla tal-klijent (112).

86.

L-analiżi tas-sostituti disponibbli b’mod effettiv għall-klijenti sabiex jiġi ddefinit is-suq rilevanti tista’ twassal lill-Kummissjoni sabiex tidentifika swieq rilevanti separati fi ħdan continuum ta’ prodotti differenzjati. F’każijiet oħra, huwa possibbli għall-Kummissjoni li tiddefinixxi suq rilevanti relattivament wiesa’ li jinkludi prodotti differenzjati (113).

87.

F’ċerti każijiet, l-eżistenza ta’ katini ta’ sostituzzjoni (114) tista’ twassal lill-Kummissjoni biex tikkunsira li tiddefinixxi swieq rilevanti fejn il-prodotti jew iż-żoni fl-estremitajiet tas-suq ma jkunux direttament sostitwibbli (115). Madankollu, f’każijiet preċedenti l-analiżi tal-fatti mill-Kummissjoni ġeneralment wasslitha biex tirrifjuta definizzjonijiet usa’ tas-suq bħal dawn (116).

4.2.   Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ diskriminazzjoni bejn klijenti jew gruppi ta’ klijenti

88.

Id-diskriminazzjoni bejn il-klijenti jew il-gruppi ta’ klijenti sseħħ meta jiġu offruti kundizzjonijiet differenti ta’ provvista (bħal prezzijiet jew livelli ta’ kwalità differenti) għall-istess prodott, għal raġunijiet mhux relatati mal-ispejjeż (117). Dan jista’ jwassal għal grupp distint ta’ klijenti għall-prodott rilevanti li jikkostitwixxi suq aktar strett u distint. Tipikament, dan ikun il-każ meta jkunu ssodisfati tliet kundizzjonijiet kumulattivi (118):

(a)

ikun possibbli li jiġi identifikat b’mod ċar f’liema grupp jappartjeni klijent individwali fil-mument tal-bejgħ tal-prodott rilevanti lill-klijent;

(b)

il-kummerċ fost il-klijenti jew l-arbitraġġ minn partijiet terzi ma jkunx probabbli;

(c)

d-diskriminazzjoni bejn klijenti jew gruppi ta’ klijenti tkun ta’ natura mhux tranżitorja.

89.

F’sitwazzjonijiet fejn issir diskriminazzjoni bejn il-klijenti jew gruppi ta’ klijenti, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fost il-gruppi ta’ klijenti differenti jistgħu jvarjaw b’tali mod li l-imġiba jew il-konċentrazzjoni kkonċernata jista’ jkollha effetti differenti fuq gruppi differenti ta’ klijenti. Dan jista’ jiġġustifika d-definizzjoni ta’ swieq rilevanti separati għal kull klijent jew grupp ta’ klijenti (119). Id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-post fejn jinsabu l-klijenti tista’ tkun ukoll raġuni biex jiġi definit is-suq ġeografiku rilevanti skont dawk il-postijiet (120).

4.3.   Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ R&Ż sinifikanti

90.

L-innovazzjoni ħafna drabi hija parametru ewlieni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ industriji b’element qawwi ta’ innovazzjoni, ikkaratterizzati minn riċerka u żvilupp frekwenti u sinifikanti (“R&Ż”). Dawk l-ispeċifiċitajiet, li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe settur tal-industrija, normalment jitqiesu fl-istadju tal-valutazzjoni kompetittiva iżda jistgħu jkunu rilevanti wkoll għad-definizzjoni tas-suq. Minħabba li l-eżitu tal-isforzi ta’ innovazzjoni f’termini ta’ prodotti finali jista’ jkun inċert, il-Kummissjoni tista’ tqis diversi eżiti potenzjali tal-proċessi ta’ R&Ż fil-valutazzjoni tagħha.

91.

Eżempju prominenti ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni tista’ tqis dawk l-ispeċifiċitajiet għall-iskopijiet tad-definizzjoni tas-suq huma l-hekk imsejħa prodotti ppjanati. Filwaqt li dawk il-prodotti ma jkunux għadhom disponibbli għall-klijenti, jista’ jkun hemm biżżejjed viżibbiltà fuq il-proċess tar-R&Ż tagħhom sabiex jiġi stabbilit ma’ liema prodott jew prodotti ieħor jew oħra jkun probabbli li l-prodott ippjanat ikun sostitwibbli, jekk l-iżvilupp tal-prodott ippjanat jintemm b’suċċess u l-prodott jinġieb fuq is-suq. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li dak il-prodott ippjanat ikun jagħmel parti minn suq tal-prodott rilevanti eżistenti (121) jew minn suq ġdid tal-prodott, li huwa limitat għall-prodott ippjanat u s-sostituti tiegħu (122). L-użu maħsub tal-prodott ippjanat u s-sostitwibbiltà prevista tiegħu ma’ prodotti oħrajn għandhom rwol partikolari fid-determinazzjoni tas-suq rilevanti. Id-dimensjoni ġeografika ta’ suq rilevanti li jkun fih prodotti ppjanati jista’ jkollha bżonn tirrifletti d-dimensjoni ġeografika tal-isforz sottostanti tar-R&Ż. Għalhekk jista’ jkun usa’ mis-suq ġeografiku rilevanti ta’ prodotti kummerċjalizzati (123).

92.

B’kuntrast, f’xi każijiet, jista’ jkun li proċess ta’ R&Ż ma jkunx (għadu) marbut mill-qrib ma’ xi prodott speċifiku (124)iżda jkun relatat ma’ stadji aktar bikrin tar-riċerka, li jista’ jservi diversi skopijiet multipli u fuq perjodu itwal ta’ żmien jista’ jkun ta’ kontribut għal diversi prodotti. Minkejja l-fatt li dawn it-tip ta’ sforzi bikrija ta’ innovazzjoni ma jissarrfux immedjatament fi prodotti li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u għalhekk jista’ jkun diffiċli li jiġi identifikat suq ta’ prodotti rilevanti f’sens strett, xorta waħda jista’ jkun rilevanti li jiġu identifikati l-limiti li fihom l-impriżi jikkompetu f’dawk l-isforzi aktar bikrija ta’ innovazzjoni, sabiex jiġi vvalutat jekk jistax ikun hemm telf ta’ kompetizzjoni fl-innovazzjoni minħabba konċentrazzjoni jew imġieba (125). F’dan it-tip ta’ valutazzjoni, fatturi bħan-natura u l-ambitu tal-isforzi ta’ innovazzjoni, l-objettivi tal-linji differenti tar-riċerka, l-ispeċjalizzazzjoni tat-timijiet differenti involuti jew ir-riżultati tal-isforzi ta’ innovazzjoni tal-passat tal-impriża jistgħu jkunu rilevanti għall-finijiet tad-definizzjoni tal-limiti li fihom isseħħ il-kompetizzjoni għall-innovazzjoni. Fid-definizzjoni ta’ dawn il-limiti, ikun xieraq li jitqiesu ż-żoni ġeografiċi li fihom isseħħ ir-R&Ż flimkien ma’ kwalunkwe speċifiċità ġeografika oħra (126).

93.

Il-fatturi ġenerali għad-definizzjoni tas-suq tal-prodott u tas-suq ġeografiku rilevanti kif stabbilit fit-Taqsima 3 jistgħu jkunu rilevanti għad-definizzjoni tas-swieq fil-preżenza ta’ R&Ż sinifikanti, skont il-grad ta’ viżibbiltà li jeżisti fir-rigward ta’ dawk il-fatturi. B’rabta ma’ dan, jista’ jkun hemm linja kontinwa bejn proċessi ta’ R&Ż li huma relatati mill-qrib ma’ prodott speċifiku jew prodott ippjanati u ma’ sforzi ta’ innovazzjoni preċedenti li mhumiex. Dak jista’ jkun il-każ b’mod partikolari fl-istadju meta l-proċessi ta’ R&Ż isiru aktar immirati iżda jkunu xorta kapaċi jwasslu għal riżultati potenzjali multipli u alternattivi, li jkunu mhumiex raffinati biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala prodotti speċifiċi ppjanati b’użu definit u karatteristiċi ffinalizzati. F’dak il-każ, l-approċċ tal-Kummissjoni lejn id-definizzjoni tas-suq tista’ tkun aktar qrib lejn l-approċċ użat għal prodotti ppjanati jew għal sforzi ta’ innovazzjoni aktar bikrija, u dak skont fejn il-proċess rilevanti ta’ R&Ż ikun wasal fuq dik il-linja kontinwa.

4.4.   Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ pjattaformi b’diversi naħat

94.

Il-pjattaformi b’diversi naħat jappoġġaw l-interazzjonijiet bejn gruppi differenti ta’ utenti, u joħolqu sitwazzjoni fejn id-domanda minn grupp wieħed ta’ utenti jkollha influwenza fuq id-domanda mill-gruppi l-oħra (127). F’dik is-sitwazzjoni, ir-reazzjoni ta’ grupp wieħed għal bidla fil-kundizzjonijiet tal-provvista tista’ taffettwa wkoll gruppi oħra, li jwassal għal ċirkwiti ta’ feedback bejn in-naħat differenti tal-pjattaforma, jiġifieri effetti indiretti tan-netwerk (128). Il-pjattaformi tipikament jinternalizzaw dawk l-effetti indiretti tan-network bejn gruppi differenti meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-provvista tagħhom.

95.

Fil-preżenza ta’ pjattaformi b’diversi naħat, il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi suq ta’ prodotti rilevanti għall-prodotti offruti minn pjattaforma sħiħa, b’mod li jinkludi l-gruppi ta’ utenti kollha (jew gruppi multipli) (129), jew tista’ tiddefinixxi swieq tal-prodotti rilevanti separati (anki jekk ikunu interrelatati) għall-prodotti offruti fuq kull naħa tal-pjattaforma (130). Skont il-fatti tal-każ, jista’ jkun aktar xieraq li jiġu definiti swieq separati fejn ikun hemm differenzi sinifikanti fil-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni fuq in-naħat differenti tal-pjattaforma. Biex tivvaluta jekk jeżistux differenzi bħal dawk, il-Kummissjoni tista’ tqis fatturi bħal pereżempju jekk l-impriżi li joffru prodotti sostitwibbli għal kull grupp ta’ utenti jkunux differenti, il-grad ta’ differenzjazzjoni tal-prodott fuq kull naħa (jew il-perċezzjoni ta’ kull grupp ta’ utenti), fatturi ta’ mġiba bħad-deċiżjonijiet ta’ homing (131) ta’ kull grupp ta’ utenti u n-natura tal-pjattaforma (pereżempju jekk hijiex tranżazzjoni jew pjattaforma li taqbel). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis, fejn rilevanti, l-effetti indiretti tan-network bejn il-gruppi ta’ utenti fuq naħat differenti tal-pjattaforma meta tiddefinixxi s-swieq rilevanti jew fil-valutazzjoni kompetittiva.

96.

Fil-prattika, il-valutazzjoni tas-sostituzzjoni tad-domanda u, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tat-test tal-SSNIP tista’ tkun aktar diffiċli fil-preżenza ta’ effetti indiretti tan-network milli f’sitwazzjonijiet fejn ma teżisti l-ebda interdipendenza tad-domanda bħal dik bejn il-gruppi ta’ utenti.

97.

Pjattaformi b’diversi naħat jistgħu jipprovdu prodott lil xi grupp ta’ utenti bi prezz monetarju żero, jew anki bi prezz negattiv, sabiex jattiraw lill-utenti lejn prodotti offruti fuq in-naħat l-oħrajn tal-pjattaforma u jimmonetizzaw il-prodotti tagħhom fuq dawk in-naħat. Il-prezzijiet monetarji żero jistgħu jkunu parti integrali mill-istrateġija kummerċjali tal-pjattaformi b’diversi naħat. Il-fatt li prodott jiġi fornut bi prezz monetarju żero ma jimplikax li ma hemm l-ebda suq rilevanti għal dak il-prodott.

98.

F’dwak il-każijiet, il-parametri mhux tal-prezz huma partikolarment rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostituzzjoni. Il-Kummissjoni tiffoka fuq fatturi bħall-funzjonalitajiet tal-prodott (132), l-użu intenzjonat (133), l-evidenza dwar sostituzzjoni fil-passat jew sostituzzjoni ipotetika, (134) ostakli għall-bidla jew l-ispejjeż tal-bidla, bħall-interoperabbiltà ma’ prodotti oħra, il-portabilità tad-data u l-karatteristiċi tal-liċenzjar (135). Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra wkoll alternattivi għall-SSNIP, bħall-valutazzjoni tal-imġiba tal-klijenti tal-prodott bi prezz żero f’termini ta’ bdil b’reazzjoni għal tnaqqis żgħir iżda sinifikanti mhux tranżitorju fil-kwalità (“SSNDQ”) (136).

4.5.   Definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ suq sekondarju, pakketti u ekosistemi (diġitali)

99.

F’ċerti ċirkostanzi, il-konsum ta’ prodott durabbli (prodott primarju) iwassal għall-konsum ta’ prodott konness ieħor (prodott sekondarju). Dak spiss jissejjaħ “suq sekondarju”. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis ukoll ir-restrizzjonijiet kompetittivi imposti mill-kundizzjonijiet tas-suq fis-swieq konnessi meta tiddefinixxi s-swieq rilevanti għall-prodotti primarji u sekondarji u/jew fil-valutazzjoni kompetittiva.

100.

Ġeneralment hemm tliet modi possibbli kif jiġu definiti s-swieq tal-prodotti rilevanti fil-każ ta’ prodotti primarji u sekondarji, kif ġej:

(a)

bħala suq tas-sistema li jinkludi kemm il-prodott primarju kif ukoll dak sekondarju (137);

(b)

bħala swieq multipli, jiġifieri suq għall-prodott primarju u swieq separati għall-prodotti sekondarji assoċjati ma’ kull marka tal-prodott primarju (138);

(c)

bħala swieq doppji, jiġifieri s-suq għall-prodott primarju minn naħa waħda u s-suq għall-prodott sekondarju min-naħa l-oħra (139).

101.

Id-definizzjoni ta’ suq tas-sistema tista’ tkun aktar xierqa:

(a)

aktar ma jkun hemm il-probabilità li l-klijenti jqisu l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta jixtru l-prodott primarju;

(b)

aktar ma tkun għolja n-nefqa fuq il-prodott(i) sekondarju/i (jew il-valur tiegħu/tagħhom) meta mqabbla man-nefqa fuq il-prodott primarju (jew il-valur tiegħu);

(c)

aktar ma jkun għoli l-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-prodotti primarji u aktar ma jkunu baxxi l-ispejjeż tal-bdil bejn il-prodotti primarji;

(d)

meta ma jkunx hemm fornituri speċjalizzati jew ikun hemm biss ftit fornituri speċjalizzati fil-prodott(i) sekondarju/i (140).

102.

Altrimenti, jista’ jkun aktar xieraq li jiġu definiti swieq doppji jew swieq multipli, skont primarjament il-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-prodotti sekondarji tad-diversi fornituri. Pereżempju, jekk prodotti sekondarji minn fornituri differenti jkunu kompatibbli mal-prodotti primarji kollha jew mal-biċċa l-kbira tagħhom, id-definizzjoni ta’ swieq doppji tista’ tkun aktar xierqa, filwaqt li jekk il-klijenti tal-prodott primarju jkunu marbutin sabiex jużaw biss sett ristrett ta’ prodotti sekondarji, id-definizzjoni ta’ swieq multipli tista’ tkun aktar xierqa.

103.

F’ċirkostanzi oħra, għalkemm il-konsum ta’ prodott wieħed jew aktar ma jkunx jiddependi fuq prodott primarju, il-klijenti xorta jistgħu jippreferu jikkonsmaw diversi prodotti flimkien bħala pakkett. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk il-pakkett jikkostitwixxix suq ta’ prodotti rilevanti distint mill-prodotti individwali, billi tevalwa s-sostitwibbiltà bejn il-pakkett u l-prodotti individwali (pereżempju, billi tevalwa jekk il-klijenti jiksbux il-prodotti individwali separatament fil-każ ta’ degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista tal-pakkett) (141).

104.

F’ċerti cirkostanzi jista’ jitqies li l-ekosistemi (diġitali) jikkonsistu fi prodott ewlieni primarju u diversi prodotti (diġitali) sekondarji li l-konsum tagħhom huwa konness mal-prodott ewlieni, pereżempju, permezz ta’ rabtiet teknoloġiċi jew interoperabbiltà (142). Meta tqis l-ekosistemi (diġitali), il-Kummissjoni tista’ għalhekk tapplika prinċipji simili għal dawk applikati għas-swieq sekondarji biex tiddefinixxi s-suq (swieq) tal-prodotti rilevanti (143). Meta l-prodotti (diġitali) sekondarji jiġu offruti bħala pakkett, il-Kummissjoni tista’ wkoll tivvaluta l-possibbiltà li dak il-pakkett jikkostitwixxi suq rilevanti waħdu. Għalkemm mhux l-ekosistemi (diġitali) kollha jaqblu ma’ approċċ ta’ suq sekondarju jew ma’ approċċ ta’ suq ta’ pakkett, fejn rilevanti, il-Kummissjoni tqis fatturi bħal ma huma l-effetti tan-netwerk, l-ispejjeż tal-bdil (inkluż fatturi li jistgħu jwasslu li klijent jintrabat) u deċiżjonijiet (uniċi u/jew multipli) domestiċi għall-iskopijiet tad-definizzjoni tas-suq (swieq) tal-prodott rilevanti.

5.   ISHMA MIS-SUQ

105.

Id-definizzjoni tas-suq tippermetti lill-Kummissjoni li tidentifika l-fornituri u l-klijenti attivi f’suq rilevanti. Imbagħad tista’ tikkalkula d-daqs totali tas-suq u s-sehem mis-suq ta’ kull fornitur, ġeneralment fuq il-bażi tal-bejgħ (u, fir-rigward tal-klijenti, fuq il-bażi tax-xiri) tal-prodotti rilevanti fiż-żona ġeografika rilevanti.

106.

L-ishma mis-suq jirriflettu l-pożizzjoni relattiva tal-fornituri fis-suq u, għalhekk, jistgħu jkunu utli ħafna fil-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq. Madankollu, l-ishma tas-suq mhumiex l-uniku indikatur tas-saħħa ta’ impriża fis-suq (144). Fatturi oħra, bħall-ostakli għad-dħul jew l-espansjoni, inkluż dawk ġejjin minn effetti ta’ skala jew ta’ netwerk, l-aċċess għal assi u inputs speċifiċi, kif ukoll id-differenzjazzjoni tal-prodott u l-grad tas-sostituzzjoni, jistgħu jkunu rilevanti wkoll, skont il-fatti speċifiċi tal-każ. Dak huwa spjegat ulterjormet fil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjonijiet sostantivi fil-każijiet ta’ kompetizzjoni (145).

107.

Il-Kummissjoni normalment tistrieħ fuq l-ishma mis-suq fuq il-bażi tal-bejgħ kummerċjali (146). Min-naħa l-oħra, fis-swieq tax-xiri, il-Kummissjoni normalment tistrieħ fuq l-ishma mis-suq fuq il-bażi tax-xirji (kummerċjali). Ġeneralment, kemm il-valur tal-bejgħ jew tax-xiri u l-volum tal-bejgħ jew tax-xiri jipprovdu informazzjoni utli.

108.

Minbarra l-bejgħ jew ix-xiri kummerċjali, skont il-prodotti speċifiċi jew l-industrija speċifika kkonċernati, tista’ tiġi provduta informazzjoni komplementari jew aktar utli minn parametri oħra biex jiġu determinati l-ishma mis-suq. Dawk jistgħu jinkludu: il-kapaċità jew il-produzzjoni (147) (b’mod partikolari għal swieq ikkaratterizzati mill-importanza strateġika tal-kapaċità) (148); l-għadd ta’ fornituri (b’mod partikolari fi swieq b’offerti formali jew f’sitwazzjonijiet fejn prodotti innovattivi jkunu fl-istadju tal-iżvilupp); l-għadd ta’ kuntratti mogħtija (149); il-parametri tal-użu bħall-għadd ta’ utenti (attivi) (150), l-għadd ta’ żjarat tas-siti web (151) jew streams, il-ħin imqatta’ jew l-għadd tal-udjenza (152), l-għadd ta’ tniżżil (153) u aġġornamenti, l-għadd ta’ interazzjonijiet (154) jew il-volum jew il-valur tat-tranżazzjonijiet konklużi fuq pjattaforma (b’mod partikolari fejn l-aċċess għall-prodotti jkun pprovdut prinċipalment bi prezz monetarju żero, kif jista’ jkun il-każ pereżempju fis-swieq diġitali, jew b’mod aktar ġenerali fil-każ ta’ pjattaformi b’diversi naħat); l-unitajiet tal-flotta, il-kapaċità tas-siġġijiet, l-għadd ta’ vjaġġi jew id-drittijiet ta’ aċċess bħal slots f’ajruporti speċifiċi (pereżempju fis-swieq tat-trasport) (155); jew riżervi miżmuma (pereżempju fis-settur tal-minjieri) (156). Fi swieq fejn isiru investimenti frekwenti u sinifikanti fir-R&Ż, il-livell tan-nefqa fuq ir-R&Ż jew l-għadd ta’ privattivi jew ċitazzjonijiet tal-privattivi jistgħu jintużaw bħala parametri rilevanti biex tiġi vvalutata l-pożizzjoni kompetittiva relattiva tal-impriżi (157). Il-parametri użati internament mill-parteċipanti fis-suq fil-kors ġenerali tan-negozju tagħhom ġeneralment ikunu partikolarment rilevanti.

109.

Meta s-swieq jiġu definiti madwar il-postijiet fejn ikun jinsabu l-klijenti, il-bejgħ kollu lill-klijenti fis-suq ġeografiku rilevanti jiġi inkluż fil-kalkolu tal-ishma tas-suq. Għaldaqstant, il-bejgħ minn fornituri minn żoni oħra lil klijenti fis-suq ġeografiku rilevanti (jiġifieri importazzjonijiet fis-suq rilevanti) huwa inkluż meta jiġu kkalkolati l-ishma mis-suq, filwaqt li l-bejgħ minn fornituri li jinsabu fis-suq rilevanti lil klijenti li jinsabu f’żoni oħra (jiġifieri esportazzjonijiet mis-suq rilevanti) huwa eskluż (158). B’kuntrast, meta s-swieq jiġu definiti madwar il-postijiet fejn ikunu jinsabu l-fornituri, il-bejgħ kollu mill-fornituri li jinsabu fis-suq rilevanti jiġi inkluż fil-kalkolu tal-ishma tas-suq, irrispettivament mill-post fejn ikun jinsab il-klijent (159). Il-bejgħ minn fornituri li jinsabu barra mis-suq ġeografiku rilevanti huwa eskluż mill-kalkolu tal-ishma tas-suq f’dak il-każ.

110.

Meta l-prodotti jkunu differenzjati b’mod sinifikanti (kif spjegat f’4.1), l-ishma mis-suq jistgħu jipprovdu indikatur inqas affidabbli tas-saħħa fis-suq, u, bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva tagħha, il-Kummissjoni ġeneralment tanalizza wkoll jekk l-impriża/i involuta/i u fornituri oħra jikkompetux mill-qrib. Għalhekk, għalkemm id-definizzjoni tas-suq tibqa’ pass importanti, l-analiżi ta’ kemm il-fornituri jikkompetu mill-qrib tista’ tkun aktar rilevanti mill-valutazzjoni tal-ishma mis-suq fil-valutazzjoni kompetittiva tas-swieq differenzjati (160). Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, tistrieħ fuq ishma għal segmenti tas-suq rilevanti u tikkunsidrahom meta tivvaluta kemm l-impriżi involuti jikkompetu mill-qrib ma’ xulxin u mal-kompetituri tagħhom (161).

111.

Barra minn hekk, meta l-prodotti jkunu karatterizzati minn grad sinifikanti ta’ differenzjazzjoni, l-ishma mis-suq imkejla skont il-valur tal-bejgħ u l-volum tal-bejgħ jistgħu jkunu differenti b’mod sinifikanti. Il-Kummissjoni normalment tqis il-valuri tal-bejgħ bħala punt tat-tluq (162). Madankollu, il-volumi tal-bejgħ jistgħu jikkomplementaw il-valur tal-bejgħ u f’xi każijiet jistgħu jkunu aktar adattati biex jiġu vvalutati l-effetti tal-imġiba jew il-konċentrazzjoni li jkunu qed jiġu investigati. Pereżempju, fil-każ ta’ konċentrazzjoni li tinvolvi żewġ impriżi li joffru prodott bi prezz ħafna aktar baxx minn impriżi oħrajn, iżda li jaqbdu sehem sinifikanti ta’ klijenti, il-valur tal-bejgħ meħud waħdu jista’ jissottovaluta l-importanza kompetittiva u l-interazzjonijiet ta’ dawk l-impriżi (163).

112.

L-informazzjoni dwar is-sehem mis-suq tista’ tiġi pprovduta fil-forma ta’ stimi mill-impriża/i involuta/i, jekk ma jkunx hemm disponibbli ishma mis-suq preċiżi ma jkunux disponibbli fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni tuża wkoll jew tuża alternattivament sorsi oħra ta’ informazzjoni dwar id-daqs tas-suq u l-ishma mis-suq meta jkun meħtieġ għall-iskopijet tal-valutazzjoni tagħha. Dawk is-sorsi jistgħu jinkludu studji jew rapporti minn awtoritajiet pubbliċi, konsulenti tal-industrija jew assoċjazzjonijiet kummerċjali, dokumenti interni tal-impriża/i involuta/i jew stimi pprovduti mill-parteċipanti fis-suq. B’mod partikolari meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda stima affidabbli mill-impriża/i involuta/i jew l-ebda informazzjoni minn sorsi oħrajn, il-Kummissjoni tista’ twettaq rikostruzzjoni sħiħa jew parzjali tas-suq, permezz ta’ talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-parteċipanti rilevanti fis-suq, billi titlob lill-fornituri jew lill-klijenti fis-suq rilevanti biex jipprovdu data dwar il-volumi jew il-valuri tal-bejgħ jew tax-xiri tagħhom stess jew parametri rilevanti oħrajn. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, dawk ir-rikostruzzjonijiet tas-suq huma ġeneralment aktar adattati għal swieq li jinvolvu għadd limitat ta’ fornituri.

113.

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni tistrieħ fuq l-ishma tas-suq ikkalkulati fuq perjodi ta’ referenza ta’ sena. Il-Kummissjoni normalment tiġbor dik id-data għal mill-inqas 3 snin, jew, fil-kuntest tal-infurzar tar-regoli tal-antitrust, ġeneralment għal perjodi li jikkorrispondu għat-tul ta’ żmien tal-imġiba investigata. Madankollu, il-perjodu ta’ referenza li matulu jiġu kkalkulati l-ishma tas-suq jista’ jvarja mill-perjodu standard ta’ sena skont il-karatteristiċi tas-suq rilevanti. B’mod partikolari, fi swieq ikkaratterizzati minn domanda f’daqqa jew irregolari, jew mill-istaġjonalità tal-provvista u/jew tad-domanda, jew fi swieq li jkun għaddejjin minn tibdil strutturali, jista’ jkun xieraq li jiġu kkalkulati l-ishma mis-suq fuq perjodi ta’ referenza itwal jew iqsar (164). Fi swieq li jkunu għaddejjin minn tranżizzjonijiet strutturali, bħal bidliet regolatorji jew teknoloġiċi, jew fejn jista’ jkun xieraq li titwettaq valutazzjoni li tħares ‘il quddiem biex taqbad id-dinamika tas-suq, l-ishma mis-suq jistgħu jiġu stmati għall-futur biex jirriflettu dawk il-bidliet mistennija (165).

6.   KONKLUŻJONIJIET

114.

Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa l-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ suq tal-prodotti rilevanti u ta’ suq ġeografiku rilevanti fil-prattika tal-każijiet tagħha, billi tqis l-iżviluppi fis-swieq u fid-dinamiċi tal-kompetizzjoni, l-evoluzzjoni tal-aħjar prattiċi fid-definizzjoni tas-suq u dak f’konformità mal-ġuriżprudenza tal-Qrati tal-Unjoni.

115.

L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kunċett ta’ “suq rilevanti” f’dan l-Avviż hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni mogħtija lill-kunċett mill-Qrati tal-Unjoni f’każijiet individwali.

116.

Dan l-Avviz jieħu post l-Avviż tal-Kummissjoni tal-1997 dwar d-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità (166).

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p 1).

(3)  F’dan l-Avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u għar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti rispettivi fil-Ftehim ŻEE, ara l-Artikoli 53 u 54 u l-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE.

(4)  B’mod ġenerali, id-definizzjoni tas-suq għandha rwol iżgħar fil-prattika tal-infurzar tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 106 u 107 tat-TFUE. F’dawk il-każijiet, il-valutazzjoni tiffoka fuq l-industrija/is-settur ikkonċernat aktar milli fuq l-identifikazzjoni ta’ limitazzjonijiet kompetttivi li jkollhom quddiemhom l-impriżi. Madankollu, meta l-kunsiderazzjonijijet tas-saħħa tas-suq u għaldaqstant tas-suq rilevanti jitqajmu f’każijiet partikolari skont l-Artikolu 106 jew l-Artikolu 107 tat-TFUE, l-approċċ imfisser f’dan l-Avviż jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni. Fid-dawl tal-applikazzjoni aktar limitata tad-definizzjoni tas-suq f’dawn iż-żewġ tipi ta’ valutazzjonijiet, dan l-avviż ma huwiex se jiddiskuti ulterjorment l-aspetti speċifiċi tagħhom.

(5)  Fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, jiġifieri attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti jew servizzi f’suq partikolari, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata. Ara s-sentenza tat-23 ta’ April 1991, Höfner u Elser vs Macrotron, C-41/90, EU:C:1991:161, il-paragrafu 21, u s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, IT-155/04, EU:T :2006:387, il-paragrafu 50.

(6)  Ara “Politika ta’ kompetizzjoni lesta għal sfidi ġodda”, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM (2021) 713 finali, it-18 ta’ Novembru 2021, paġna 6.

(7)  Ibid, paġna 16.

(8)  Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, “impriża involuta” hija impriża li s-saħħa kompetittiva tagħha tkun qed tiġi vvalutata. Dawn huma ġeneralment il-partijiet tal-ftehim f’investigazzjonijiet skont l-Artikolu 101 tat-TFUE; l-impriża/i li qiegħda/qegħdin tiġi/jiġu investigata/i fil-proċedimenti tal-Artikolu 102 tat-TFUE; u l-partijiet fil-konċentrazzjoni fl-investigazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Jista’ jkun ukoll ir-rikorrent f’każ ta’ kompetizzjoni, impriża f’suq upstream jew downstream jew kwalunkwe impriża oħra rilevanti għall-każ ta’ kompetizzjoni, skont il-fatti tal-każ ikkonċernat.

(9)  Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, it-terminu “prodott” jintuża bħala taqsira u biex jinkludi wkoll servizzi jew teknoloġiji, fejn xieraq. It-terminu “produzzjoni” jkopri wkoll bl-istess mod il-provvista jew il-forniment ta’ servizzi bħal dawk jew il-liċenzjar jew l-iżvilupp ta’ teknoloġiji.

(10)  Ara, pereżempju, il-każijiet M.10201 Ahold Delhaise/Deen Assets, il-paragrafi 20–25; M.9847 Aldi / FPLPH Assets, il-paragrafi 19 sa 22 u M.9409 Aurubis / Metallo, it-Taqsima 7.1. Il-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet ikkwotati f’dan l-Avviż ma tippreġudikax l-eżitu tal-valutazzjonijiet tagħha tad-definizzjoni tas-suq f’każijiet futuri, kif spjegat fil-paragrafu 14.

(11)  Jekk il-Kummissjoni tanalizzax is-saħħa kompetittiva relattiva tal-impriża/i li tixtri/jixtru prodotti partikolari f’qasam partikolari jiddependi mill-każ u mit-teoriji possibbli tal-ħsara. Hemm iktar dettalji dwar teoriji ta’ ħsara fil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar valutazzjonijiet sostantivi f’każijiet ta’ kompetizzjoni — ara, pereżempju, il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali (ĠU C 259, 21.7.2023, p. 1; “Linji gwida għall-valutazzjoni tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali”), il-paragrafi 273-309 u l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ta’ amalgamazzjonijiet orizzontali skont ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5; “Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali”), il-paragrafi 61-63. Ara, pereżempju, il-każ M.9409 Aurubis/Metallo, il-paragrafi 376 u 397-398.

(12)  Pereżempju, fis-swieq tax-xiri, il-valutazzjoni tas-sostituzzjoni tiffoka fuq alternattivi disponibbli għall-fornituri, aktar milli fuq alternattivi disponibbli għall-klijenti.

(13)  Għall-iskopjiet ta’ dan l-Avviż, it-terminu “valutazzjoni kompetittiva” ifisser dawk il-partijiet tal-valutazzjoni sostantiva tal-Kummissjoni li jirrigwardaw kwistjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li mhumiex relatati mad-definizzjoni tas-suq. Dak jinkludi b’mod partikolari l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti, fejn applikabbli, u l-evalwazzjoni tal-effetti probabbli fuq il-kompetizzjoni tal-aġir tal-impriża/i involuta/i jew ta’ konċentrazzjoni.

(14)  Skont il-Linji Gwida għall-valutazzjoni tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali, in-nota 40 f’qiegħ il-paġna, “ il-qawwa ġenerali hija l-kapaċità li l-prezzijiet jinżammu bi profitt ogħla mil-livelli kompetittivi għal perjodu ta’ żmien jew li l-produzzjoni tinżamm bi profitt f’termini ta’ kwantitajiet ta’ prodotti, kwalità u varjetà tal-prodotti jew innovazzjoni taħt il-livelli kompetittivi għal perjodu ta’ żmien.

(15)  Għal spjegazzjonijiet aktar fit-tul fil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar evalwazzjonijiet sustantivi f’każijiet ta’ kompetizzjoni, ara pereżempju il-Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzonatli, it-taqsimiet III u IV. Ara wkoll il-Linji Gwida għall-evalwazzjoni ta’ ftehimiet orizzontali ta’ kooperazzjoni, ez. Il-paragrafu 236.

(16)  Is-Sentenza tal-21 ta’ Frar 1973, Europemballage u Continental Can vs Il-Kummissjoni, C-6/72, EU:C:1973:22, il-punt 32.

(17)  Is-Sentenza tal-21 ta’ Frar 1973, Europemballage u Continental Can vs Il-Kummissjoni, C-6/72, EU:C:1973:22, il-punt 32; is-Sentenza tal-31 ta’ Marzu 1998, France et al vs Il-Kummissjoni (“Kali & Salz”), il-Kawżi Magħquda C-68/94 u C-30/95, EU:C:1998:148, il-punt 143; is-Sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2002, Airtours vs Il-Kummissjoni, T-342/99, EU:T:2002:146, il-punt 19; sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, NVV u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, T-151/05, EU:T:2018:144, paragrafu 51. Fejn rilevanti, il-valutazzjoni tal-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ konċentrazzjoni tista’ tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenzi potenzjali, bħal dawk derivati mill-iffrankar tal-ispejjeż minħabba żieda fl-iskala, u b’mod partikolari jekk l-effiċjenzi jkunux ta’ benefiċċju għall-konsumaturi f’dawk is-swieq rilevanti fejn altrimenti jkun probabbli li jkun hemm tħassib dwar il-kompetizzjoni, il-Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali, il-paragrafu 79; imsemmija fil-paragrafi 53 u 115 tal-Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Mhux Orizzontali.

(18)  Il-Qrati tal-Unjoni ddeċidew f’dan il-kuntest li jeżisti obbigu fuq il-Kummissjoni li tiddefinixxi s-suq f’deċiżjoni ta’dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fejn mingħajr dik id-definizzjoni, ikun impossibli li jiġi determinat jekk l-imġiba ikkonċernata għandhiex bħala l-għan jew l-effett tagħha l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, sentenza tas-6 ta’ Lulju 2000, Volkswagen AG vs Il-Kummissjoni, T-62/98, EU:T:2000:180, il-paragrafu 230; is-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2004, Mannesmannröhren-Werke vs Il-Kummissjoni, T-44/00, EU:T:2004:218, il-punt 132. Ara wkoll il-paragrafu 10 għal aktar eżempji fejn id-definizzjoni tas-suq skont l-Artikolu 101 TFUE tkun rilevanti.

(19)  Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, ir-referenzi f’dan l-Avviż għal ftehimiet fil-kuntest tal-Artikolu 101 TFUE jinkludu prattiki miftiehma u deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi.

(20)  Is-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2004, Mannesmannröhren-Werke vs Il-Kummissjoni, T-44/00, EU:T:2004:218, il-punt 132; is-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2016, Telefónica v il-Kummissjoni, T-216/13, EU:T:2016:369, il-paragrafu 214.

(21)  Il-limiti tas-sehem mis-suq jillimitaw l-applikabbiltà tal-isfera ta’ sikurezza pprovduta mill-eżenzjoni ta’ kategorija għal ftehimiet bejn l-impriżi li għandhom sehem fis-suq (swieq) rilevanti li ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fir-regolamenti. Ara, pereżempju, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/720 tal-10 ta’ Mejju 2022 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma, C/2022/3015 (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 4), l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1066 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 9), l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1067 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 20).

(22)  L-Avviż tal-Kummissjoni: Linji gwida dwar l-effett fuq il-kunċett kummerċjali li jinsabu fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (“Linji Gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ”) (ĠU C 101, 27.4.2004, p 81), it-Taqsima 2.4. Il-Kummissjoni tista’ tuża l-ishma mis-suq biex tivvaluta jekk jistax ikun hemm effett fuq il-kummerċ, iżda dik il-valutazzjoni mhux neċessarjament tirrikjedi li jiġu definiti s-swieq rilevanti u li jiġu kkalkolati l-ishma mis-suq (ara l-paragrafu 48 tal-Linji Gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ), u l-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu fir-rigward.

(23)  Ara f’dan ir-rigward id-definizzjoni ta’ “swieq affettwati” u ta’ swieq “li fihom il-konċentrazzjoni notifikata jista’ jkollha impatt sinifikanti” fil-paragrafu 25 (g) u t-Taqsima 6.3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal-20 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Amalgamazzjonijiet”) (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 22), u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1), il-paragrafi 5 u 8.

(24)  Is-Sentenza tal-14 ta’ Frar 1978, United Brands vs Il-Kummissjoni, C-27/76, EU:C:1978:22, il-punti 10 u 11.

(25)  Is-Sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Generics (UK) et al, C-307/18, EU:C:2020:52, punt 129. u s-sentenza tat-13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche v il-Kummissjoni, C-85/76, EU:C:1979:36, paragrafu 51. Ara wkoll il-paragrafu 25(b) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(26)  Is-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Cableuropa u Oħrajn v il-Kummissjoni, T-346/02 u T-347/02, EU:T:2003:256, paragrafu 115; is-Sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, NVV et vs Il-Kummissjoni, T-151/05, EU:T:2009:144, il-punt 52; u s-sentenza tal-14 ta’ Frar 1978, United Brands v il-Kummissjoni, C-27/76, EU:C:1978:22, paragrafu 11. Ara wkoll l-Artikolu 9(7) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u l-paragrafu 25(c) tal-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(27)  Kienu rilevanti kunsiderazzjonijiet temporali għad-definizzjoni tas-suq pereżempju fil-każ M.5467 RWE/Essent, il-punt 32, fejn il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn is-sigħat l-aktar intensivi u dawk kwieti għall-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku, u fil-każ M.8869 Ryanair/Laudamotion, il-punti 96 u 96, fejn għamlet distinzjoni bejn l-istaġun tas-sajf u tax-xitwa fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru.

(28)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, Telenor u Telenor Norge vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-paragrafu 173: “ id-definizzjoni tas-suq trid issir fuq bażi ta’ każ b’każ ”.

(29)  Il-Qorti Ġenerali kkjarifikat f’dan ir-rigward, fis-sentenza tagħha tas-7 ta’ Mejju 2009, NVV u Oħrajn v il-Kummissjoni, T-151/05, EU:T:2018:144, paragrafu 136. “ B’mod partikolari, ir-rikorrenti ma jistgħux ikollhom dawn l-aspettattivi leġittimi mill-fatt li l-Kummissjoni ddefinixxiet is-swieq b’mod partikolari f’deċiżjoni preċedenti, peress li hija stess u, a fortiori, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma kinux marbutin mill-konstatazzjonijiet magħmula fit-tali deċiżjoni ”; ara wkoll is-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2005, General Electric v il-Kummissjoni, T-210/01, EU:T:2009:456, il-punt 120; is-Sentenza tat-18 ta’ Mejju 2022, Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni, T-251/19, EU:T:2022:296, il-punt 79; is-Sentenza tat-13 ta’ Mejju 2015, Niki Luftfahrt vs Il-Kummisjsoni, T-162/10, EU:T:2015:283, il-punt 144; is-Sentenza tal-25 ta’ Marzu 2015, Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni, T-556/08, EU:T:2015:189, il-punt 197; is-sentenza tat-23 ta’ Mejju 2019, KPN vs Il-Kummissjoni, T-370/17, EU:T:2019:354, paragrafu 79. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, E-12/20, Telenor u Telenor Norge vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-punt 97:

(30)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 13.

(31)  Pereżempju, fis-settur tat-trasport bl-ajru, is-suq tal-prodotti rilevanti għas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri ġie definit fuq il-bażi tal-approċċ tal-par tal-punt ta’ oriġini/punt ta’ destinazzjoni (O &D). Dak l-approċċ intuża fil-każijiet matul iż-żmien. Ara pereżempju, il-każijiet dwar l-amalgamazzjonijiet M.3280 Air France/KLM, il-punti 9 u 16; M.3770 Lufthansa/Swiss, il-punti 12 et seq.; M.6447 IAG/bmi, il-punt 31; M.7333 Alitalia/Etihad, il-punt 63; M.7541 IAG/Aer Lingus, il-punt 14; il-każijiet tal-antitrust AT.36201 PO/Lufthansa+SAS+United (l-Artikolu 85); AT.39596 British Airways/American Airlines/Iberia; u s-sentenza tal-11 ta’ April 1989, Ahmed Saeed Flugreisen et al vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs, C-66/86, EU:C:1989:140, il-punt 40; is-sentenza tad-19 ta’ Mejju 1994, Air France v il-Kummissjoni, T-2/93, EU:T:1995:55, il-punt 84. is-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2006, easyJet v il-Kummissjoni, T-177/04, EU:T:2006:187, il-punt 56. Eżempju ieħor huma s-servizzi ta’ reklamar online, fejn is-suq tal-prodott rilevanti ġie definit f’każijiet differenti bħala suq għall-forniment ta’ spazju ta’ reklamar online, separat mill-ispazju ta’ reklamar offline, u s-suq ġeografiku rilevanti ġie definit f’każijiet differenti bħala nazzjonali jew li jikkorrispondi ma’ fruntieri lingwistiċi fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) – ara, pereżempju, il-kawżi M.4731 Google/Double Click, il-punti 56 u 83-84; M.5727 Microsoft/Yahoo! Search Business, il-punti 61 u 91-93; M.7217 Facebook/Whatsapp, il-punti 79 u 81-83.

(32)  Ara, pereżempju, il-kawżi M.6497 Hutchison 3G Austria/Orange Austria u M.8808 T-Mobile Austria/UPC Austria. Fl-ewwel każ, il-Kummissjoni bdiet minn suq kandidat li jikkonsisti f’servizzi ta’ data mobbli u sabet li kien hemm sostitwibbiltà limitata ta’ servizzi ta’ data mobbli minn servizzi fissi ta’ aċċess għall-internet, il-punt 57. Fit-tieni każ, il-Kummissjoni vvalutat jekk is-servizzi tal-aċċess għall-internet mobbli jistgħux jintużaw għall-aċċess tal-internet mid-dar bl-istess mod kif jintużaw il-konnessjonijiet fissi u kkonkludiet li s-suq tal-prodotti rilevanti kien jinkludi kemm teknoloġiji fissi kif ukoll dawk mobbli sa fejn kienu kkonċernati l-klijenti residenzjali, il-punt 39. Ara wkoll is-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2007, France Télécom v il-Kummissjoni, T-340/03, EU:T:2007:22, il-punti 88-89; is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, AstraZeneca vs Il-Kummissjoni, IT-321/05, EU:T:2010:266, il-punt 97, u s-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, Telenor u Telenor Norge vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, E-12/20, il-punt 117.

(33)  Ara, pereżempju, il-każ M.2033 Metso/Svedala tal-2001, il-punt 114, fejn il-Kummissjoni ddefiniet is-suq ġeografiku għall-magni tat-tgħaffiġ, biċċa tagħmir użat fl-estrazzjoni, bħala ż-ŻEE kollha. Fil-każ sussegwenti M.9585 Outotec/Metso (Negozju tal-Minerali) tal-2020, il-punti 258-261, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq ġeografiku rilevanti għall-provvista ta’ tagħmir tal-estrazzjoni, jiġifieri, it-tħin, il-flotazzjoni, il-filtrazzjoni, it-tagħmir ta’ pelitizzazzjoni tal-minerali tal-ħadid, kellu ambitu globali. B’mod simili, fil-Każ M.580 ABB/Daimler-Benz tal-1995, il-punti 22-41, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm speċifikazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali fis-suq għat-teknoloġija ferrovjarja li aġixxew bħala ostakli għad-dħul għall-esportazzjonijiet barra mir-reġjun ta’ oriġini u li l-klijenti ffavorew lill-fornituri stabbiliti fl-istess reġjun jew fl-istess Stat Membru. Madankollu, aktar tard, fil-Każ M.5754 Alstom Holdings/Areva T&D tal-2010, il-punt 35, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq kien mill-anqas madwar iż-ŻEE kollha.

(34)  Fil-każ M.7932 Dow/DuPont, il-Kummissjoni, l-ewwel nett, iddefinixxiet is-swieq nazzjonali għal prodotti fformulati għall-protezzjoni tal-għelejjel biex tivvaluta l-kompetizzjoni tal-prodotti u tal-prezzijiet (il-punti 319 u 332). F’dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-ishma mis-suq ikkalkulati fil-livell tal-kombinazzjonijiet tal-għelejjel/pesti fil-livell nazzjonali, iżda użat ukoll l-ishma tas-suq għar-raggruppamenti kombinati tal-għelejjel/pesti fil-livell taż-ŻEE bħala informazzjoni dwar is-saħħa tal-atturi fis-suq fil-livell tal-portafoll tagħhom ta’ ingredjenti attivi, kif ukoll l-ishma tas-suq globali tal-fornituri tar-RuŻ, bħala informazzjoni dwar is-saħħa relattiva tal-fornituri li jġibu ingredjenti attivi ġodda fis-suq (il-punt 362). It-tieni, il-Kummissjoni analizzat il-kompetizzjoni fl-innovazzjoni fl-industrija kollha u fl-ispazji tal-innovazzjoni li jikkonsistu minn raggruppamenti ta’ kombinazzjonijiet ta’ għelejjel/pesti fil-livell globali jew tal-anqas fiż-ŻEE kollha biex tivvaluta kif il-kumpaniji agrokimiċi jikkompetu biex jiskopru u jiżviluppaw ingredjenti attivi ġodda (il-punti 352 u 361).

(35)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 54, li tispjega r-raġunament sottostanti fil-kuntest tan- “cellophane fallacy” f’aktar dettall.

(36)  Ara b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2245 tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (notifikata bid-dokument C(2020) 8750) (ĠU L 439, 29.12.2020, p. 23).

(37)  Fil-kuntest tas-swieq tal-prodotti differenzjati, id-definizzjoni ta’ suq rilevanti ġenerali ma teskludix il-possibbiltà li jiġu identifikati dinamiċi kompetittivi differenti f’xi segmenti tas-suq filwaqt li id-delineazzjoni preċiża tas-segment tinżamm miftuħa. B’mod partikolari, l-analiżi ta’ kompetizzjoni tal-konċentrazzjoni notifikata tista’ twassal għal sejba li l-konċentrazzjoni ma tfixkilx il-kompetizzjoni bl-istess mod fil-partijiet kollha tas-suq rilevanti, mingħajr ma taffettwa jew tqajjem dubji dwar id-definizzjoni ta’ dak is-suq – ara s-Sentenza tat-18 ta’ Mejju 2022, Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni, T-251/19, EU:T:2022:296, il-punti 40 sa 41, 64 et seq.

(38)  Ara, pereżempju, il-każ M.10078 Cargotec/Konecranes, il-punti 126 u 376 fejn, fir-rigward ta’ trasportaturi straddle u shuttle, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa kemm id-definizzjonijiet tas-suq tal-prodott rilevanti (li setgħu jiġu definiti b’mod ġenerali jew segmentati bejn trasportaturi straddle u shuttle) kif ukoll tas-suq ġeografiku rilevanti (mifruxa maż-ŻEE jew globali fil-kamp ta’ applikazzjoni) peress li t-tranżazzjoni qajmet tħassib skont dawk id-definizzjonijiet plawżibbli tas-suq kollha.

Barra minn hekk, fil-valutazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tħalli d-definizzjoni tas-suq miftuħa f’każi fejn, wara investigazzjoni inizjali, jirriżultaw dubji serji biss f’wieħed minn diversi swieq rilevanti plawżibbli iżda l-impriżi involuti joffru impenji xierqa sabiex il-konċentrazzjoni ssir kompatibbli mas-suq intern. Ara, pereżempju, il-Każ M.8785 The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox, il-punt 85.

F’deċiżjonijiet ta’ impenn skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista’ wkoll tħalli d-definizzjoni tas-suq miftuħa fejn, wara investigazzjoni inizjali, l-impriżi involuti joffru impenji li huma biżżejjed sabiex jiġi indirizzat it-tħassib inizjali. Ara pereżempju l-Każ AT.37966 Distrigaz, il-punt 11, u l-Każ AT.40153 E-book MFNs u kwistjonijiet relatati (Amazon), il-punt 48.

(39)  Ara, pereż., is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2017, KPN v il-Kummissjoni, T-394/15, EU:T:2017:756, il-punt 60; u s-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2003, Verband der freien Rohrwerke et vs Il-Kummissjoni, T-374/00, EU:T:2003:188, il-punti 107 u 110. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.9695 LVMH/Tiffany, il-punti 25, 31, 46, 52, 57, 58 u 72, fejn il-Kummissjoni ħalliet miftuħa d-definizzjoni preċiża tal-prodott u tas-suq ġeografiku fir-rigward ta’ diversi kategoriji ta’ oġġetti ta’ lussu, peress li ma tqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni irrispettivament mill-ambitu eżatt tad-definizzjoni tal-prodott u tas-suq ġeografiku.

(40)  Pereżempju, il-Kummissjoni tista’ tiffoka l-valutazzjoni kompetittiva tagħha f’konċentrazzjonijiet li jinvolvu trikkib orizzontali fuq dawk is-swieq rilevanti fejn it-trikkib bejn l-impriżi involuti huma l-aktar sostanzjali u fejn hemm inqas restrizzjonijiet kompetittivi effettivi u immedjati minn ġewwa s-suq. Il-Kummissjoni tista’ mbagħad tikkonkludi li, jekk it-trikkib ma jqajjimx tħassib dwar il-kompetizzjoni f’dawk is-swieq rilevanti, dak it-trikkib lanqas ma jqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-swieq alternattivi. Ara pereżempju l-Każ M.10339 KKR/Landal, il-punt 23ff, fejn il-Kummissjoni ffokat fuq l-aktar suq tal-prodotti alternattiv strett, definit bħala parks tal-vaganzi, fejn it-trikkib bejn l-attivitajiet tal-partijiet kien l-aktar sostanzjali.

(41)  Ara l-paragrafu 23.

(42)  Pereżempju, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-prodotti mediċinali, is-suq tal-prodott rilevanti jista’ jitwessa’ biex jinkludi prodotti ppjanati li bħalissa għaddejjin minn provi kliniċi, kif spjegat aktar fil-paragrafu 91; jew jista’ jiġi ristrett għal molekula speċifika biss fid-dawl tad-dħul imminenti b’verżjoni ġenerika ta’ prodott oriġinatur, ara s-Sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Generics (UK) et al, C-307/18, EU:C:2020:52, il-punt 131.

(43)  Ara, pereżempju, il-kawża M.2478 IBM/Italia/Business Solutions/JV, il-punt 25, fejn il-Kummissjoni nnutat li fil-passat kienet ikkunsidrat li s-servizzi tal-IT kienu pprovduti fil-livell nazzjonali, bħal fil-kawża M.2195 Cap Gemini/Vodafone. Madankollu, din osservat li s-servizzi tal-IT urew xejra lejn l-internazzjonalizzazzjoni tad-domanda u tal-provvista, parzjalment motivata mill-użu tal-internet li jippermetti t-tħaddim fuq bażi remota. Din ix-xejra lejn l-internazzjonalizzazzjoni ġiet ikkonfermata fil-kawża, aktar tard, M.6237 Computer Sciences Corporation/iSOFT Group, il-punti 17 u 18, fejn il-Kummissjoni nnotat li l-fornituri ewlenin ta’ servizzi tal-IT kienu joperaw fuq bażi globali u l-klijenti spiss ħarġu offerti dinjija/taż-ŻEE. F’dawn il-każijiet, id-definizzjoni tas-suq ġeografiku tħalliet miftuħa.

(44)  Ara s-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Generics (UK) et al, C-307/18, EU:C:2020:52, punti 134-135, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li s-suq jista’ jiġi limitat biss għal molekula speċifika fid-dawl tad-dħul imminenti minn verżjoni ġenerika ta’ prodott ta’ oriġinarju minħabba li l-“ manifatturi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi jkunu f’pożizzjoni li jidħlu fis-suq immedjatament jew fi żmien qasir, b’mod partikolari meta dawn ikunu segwew strateġija minn qabel u effettiva ta’ dħul fis-suq, ikunu wettqu l-passi neċessarji għaliha, jiġifieri, pereżempju, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal ATS jew saħansitra l-kisba ta’ tali ATS, jew ukoll ikkonkludew kuntratti ta’ provvista mingħand distributuri terzi ” u fejn kien hemm “ elementi li juru l-perċezzjoni, mill-manifattur ta’ prodotti mediċinali ta’ verżjonijiet tal-bidu, tal-immedjatezza tat-theddida ta’ dħul fis-suq tal-manifatturi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi”

(45)  Ara t-taqsima 3.4 għal aktar dettalji dwar kif il-Kummissjoni tiġbor u tevalwa evidenza għall-iskopijiet tad-definizzjoni tas-suq.

(46)  Is-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2006, easyJet v il-Kummissjoni, T-177/04, EU:T:2006:187, il-punt 99.

(47)  F’ċerti swieq, id-domanda tista’ ma tkunx xprunata – jew mhux xprunata biss – mill-konsumatur aħħari ta’ prodott, iżda tista’ tiġi ffurmata minn partijiet ikkonċernati oħra, li l-interessi tagħhom mhumiex neċessarjament allinjati ma’ dawk tal-konsumatur aħħari. Pereżempju, fis-swieq farmaċewtiċi, il-pazjenti huma l-konsumaturi finali tal-mediċini; it-tobba jagħżlu l-mediċina bir-riċetta jew jistgħu jagħtu pariri lill-pazjenti dwar liema mediċina li tinxtara mingħajr riċetta għandha tintuża, u l-iskemi tal-assigurazzjoni tipikament ikopru l-ispiża kollha, jew parti minnha, għall-mediċina mogħtija. Il-Kummissjoni tqis dawk il-partikolaritajiet meta tiddefinixxi s-suq rilevanti.

(48)  Il-Qorti Ġenerali spjegat: “ Għalkemm il-kompetizzjoni potenzjali u s-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista huma kwistjonijiet kunċettwalment differenti, [...], dawk il-kwistjonijiet jikkoinċidu parzjalment, peress li d-distinzjoni tinsab primarjament f’jekk ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni hijiex immedjata jew le. ”, is-sentenza tal-30 ta’ Settembru 2003, Atlantic Container Line AB et vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-191/98, T-212/98 sa T-214/98, EU:T:2003:245, il-punt 834.

(49)  Ara, pereżempju, il-każ M.7555 Staples/Office Depot, il-punti 372-374, fejn il-Kummissjoni vvalutat jekk Amazon kinitx parteċipant potenzjali fil-kanal tal-kuntratt B2B għall-provvisti tal-uffiċċju u ma inkludietx il-bejgħ minn Amazon fi swieq oħra tal-prodotti, bħall-kanal tal-bejgħ bl-imnut għall-provvisti tal-uffiċċju, fil-kalkoli tas-sehem mis-suq.

(50)  Ara, pereżempju, il-każ M.8677 Siemens/Alstom, il-paragrafi 485–533, fejn il-Kummissjoni vvalutat ir-restrizzjoni minn dħul potenzjali fiż-ŻEE minn fornituri Asjatiċi ta’ ferroviji b’veloċità għolja u b’veloċità għolja ħafna bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva u ma inkludietx il-bejgħ tal-fornituri Asjatiċi ta’ ferroviji b’veloċità għolja u ta’ veloċità għolja ħafna barra mis-suq ġeografiku rilevanti fil-kalkoli tas-sehem mis-suq.

(51)  Ara t-taqsima 4.2 għal aktar dettall dwar kif il-Kummissjoni tindirizza d-definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ diskriminazzjoni fil-prezzijiet.

(52)  F’każijiet li jikkonċernaw is-swieq tax-xiri, il-punt ta’ bidu għall-analiżi tar-reazzjonijiet tal-bdil ikun jkun għalhekk il-fornitur, u t-test ikun iservi sabiex jiddentifika rotot oħra ta' distribuzzjoni jew outlets għal prodotti tal-fornitur.

(53)  L-SSNIP ikkunsidrat huwa normalment żieda fil-prezz fil-medda ta’ 5 % sa 10 % implimentata fuq prodott wieħed jew aktar fis-suq kandidat inkluż mill-inqas prodott wieħed tal-impriża/i involuta/i. Madankollu, id-daqs taż-żieda fil-prezz u kif din tiġi applikata jistgħu jiddependu mill-każ partikolari ikkonċernat. Pereżempju, meta l-impriżi involuti jipprovdu relattivament ftit valur miżjud fil-katina tal-provvista (minħabba li l-materja prima jew il-komponenti mixtrija jirrappreżentaw perċentwal għoli tal-prezz totali) il-kwistjoni ta’ jekk pożizzjoni monopolistika ipotetika tistax teżerċita saħħa fis-suq tista’ tiġi vvalutata aħjar meta mqabbla mal-effett tagħha fuq dan il-valur miżjud. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-SSNIP għall-valur miżjud aktar milli għall-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni applikat dan il-kunċett u ffukat fuq il-valur miżjud (jew il-“primjums reġjonali”) fil-kawża M.6541 Glencore/Xstrata, il-punti 135-140 u 144 meta vvalutat l-evidenza dwar l-importazzjonijiet, u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet u l-marġnijiet taż-żingu fir-reġjuni kollha.

(54)  Fil-każ AT.40099 Google Android, il-punti 284-305, il-Kummissjoni vvalutat jekk il-manifatturi, l-utenti u l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet humiex se jaqilbu mill-ħwienet tal-apps ta’ Android għal ħwienet tal-apps għal sistemi operattivi mobbli intelliġenti liċenzjabbli oħra fil-każ ta’ tnaqqis żgħir iżda sinifikanti fil-kwalità (“SSNDQ”) ta’ dawk tal-ewwel. B’mod ġenerali, SSNDQ jiġi applikat bħala qafas kunċettwali għal valutazzjoni kwalitattiva tas-sostituzzjoni tad-domanda. Il-Kummissjoni normalment ma tivvalutax jekk SSNDQ bħal dan ikunx profittabbli għal monopolista ipotetiku. Barra minn dan, applikazzjoni kwantitattiva tat-test SSNDQ hija soġġetta għal diversi diffikultajiet, inkluż fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-kwalità. Fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni, T-604/18, EU:T:2022:541, il-paragrafi 177 u 180, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li “ t-test SSNDQ [...] kien jikkostitwixxi evidenza rilevanti għall-fini tad-definizzjoni tas-suq rilevanti” filwaqt li fl-istess ħin iddikjarat li “d-definizzjoni ta’ standard kwantitattiv preċiż ta’ degradazzjoni tal-kwalità tal-prodott fil-mira ma tistax tkun prerekwiżit għall-applikazzjoni tat-test SSNDQ. [...] Dak kollu li jgħodd huwa li d-degradazzjoni tal-kwalità tibqa’ żgħira, għalkemm sinifikanti u mhux tranżitorja.”

(55)  B’mod ġenerali, meta s-suq kandidat (essenzjalment) jikkonsisti fil-prodott(i) ta’ impriża waħda, it-test SSNIP applikat bil-prezz tas-suq prevalenti dejjem jissuġġerixxi li s-suq rilevanti għandu jkun usa’ mis-suq kandidat, minħabba li impriża li timmassimizza l-profitt, bħala definizzjoni, tqis li ma jkunx profittabbli li tgħolli l-prezz iktar mill-prezz prevalenti tagħha (massimizzazzjoni tal-profitt).

Dan jista’ jwassal għall-hekk imsejħa “cellophane fallacy”, imsemmija wara d-definizzjoni tas-suq tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti li tinvolvi s-cellophane u prodotti oħrajn ta’ tgeżwir (L-Istati Uniti vs E. I. du Pont de Nemours & Co., 351 U.S. 377 (1956)). Dan jimplika b’mod żbaljat il-konklużjoni, fuq il-bażi ta’ test SSNIP applikat bil-prezz prevalenti, li s-suq rilevanti għandu jkun usa’ mill-prodott/i ta’ impriża dominanti (ara l-ispjegazzjonijiet dwar dan il-kunċett fil-każ AT.39523 Slovak Telekom, il-punti 158 sa 171). Il-fallaċja tas-cellophane tista’ tirriżulta wkoll meta l-prezzijiet ikunu f’livelli kompetittivi ferm minħabba l-massimizzazzjoni konġunta tal-profitt minn grupp ta’ impriżi.

Għalhekk, meta d-definizzjoni tas-suq titwettaq fil-kuntest ta’ każ li jeħtieġ valutazzjoni tal-grad ta’ saħħa eżistenti fis-suq, bħal fil-kuntest ta’ valutazzjoni ta’ dominanza f’każ tal-Artikolu 102 TFUE, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-prezz prevalenti jista’ jkun diġà f’livell suprakompetittiv. F’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni tista’ tapplika t-test tal-SSNIP li jibda minn prezz kontrofattwali li jipprevali f’kompetizzjoni (aktar) effettiva; jew tista’ tistrieħ fuq evidenza oħra għad-definizzjoni tas-suq rilevanti.

B’kuntrast, fil-kuntest ta’ każijiet fejn l-enfasi tkun fuq il-valutazzjoni ta’ bidla fis-saħħa fis-suq, b’mod partikolari l-bidla fis-saħħa fis-suq li tirriżulta mill-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet għal konċentrazzjoni li tinvolvi trikkib orizzontali, is-suq kandidat jinkludi mill-anqas il-prodotti jew tipi ta’ prodotti rilevanti tal-partijiet li qegħdin jingħaqdu u t-test tal-SSNIP tipikament jista’ jiġi applikat bil-prezz prevalenti. Għalhekk, id-definizzjoni tas-suq mhux dejjem tista’ twassal għall-istess riżultati f’każijiet li jinvolvu l-valutazzjoni ta’ bidla fis-saħħa fis-suq bħal f’każijiet li jinvolvu l-valutazzjoni tas-saħħa eżistenti fis-suq.

(56)  Fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Jannar 2017, Topps Europe vs Il-Kummissjoni, T-699/14, EU:T:2017:2, il-punt 82, il-Qorti Ġenerali ddikjarat: “ Il-Kummissjoni ma […] wettqitx żball manifest ta’ valutazzjoni billi bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq is-suq rilevanti fuq il-valutazzjoni tagħha tal-evidenza miġbura mingħajr ma rrikorriet għal test tal-SSNIP ”. Bl-istess mod, fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku, fis-Sentenza tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2020, HeidelbergCement u Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni, T-380/17, EU:T:2020:471, il-punt 331, il-Qorti Ġenerali nnotat li: “ Kif il-Kummissjoni tosserva kif xieraq fil-punt 143 tad-difiża, it-‘test tal-SSNIP’ ma huwiex l-uniku metodu disponibbli għaliha meta tiddefinixxi s-swieq ġeografiċi rilevanti.” Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022, thyssenkrupp v il-Kummissjoni, T-584/19, EU:T:2022:386, paragrafi 76 u 155, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, Telenor and Telenor Norge v l-Awtorità ta’ Sorveljanza, E-12/20, il-punt 95.

(57)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, Telenor u Telenor Norge vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-punt 160.

(58)  Jiġifieri l-produttur irid ikun jista’ jikkummerċjalizza l-prodott lill-klijent f’perjodu ta’ żmien li ma jkunx itwal b’mod sinifikanti mill-iskeda ta’ żmien li l-klijent jeħtieġ biex jaqleb għall-prodott/i ieħor/oħra sostitwibbli fis-suq kandidat. Dik il-valutazzjoni hija speċifika għall-prodotti vvalutati.

(59)  Ara l-każ M.6471 Outokumpu/INOXUM, il-punti 120 u 121.

(60)  Is-sentenza tat-28 ta’ April 2010, Amann & Söhne and Cousin Filterie v il-Kummissjoni, T-446/05, EU:T:2010:165, il-punt 79; u s-Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-5 ta’ Mejju 2022, Telenor u Telenor Norge vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, E-12/20, il-punt 160. Ara wkoll, pereżempju, il-Każ M.5046 Friesland Foods/Campina, il-punt 159.

(61)  Ara l-każ M.8713 Tata Steel/ThyssenKrupp/JV, il-punti 276-278 u 1287-1293 għall-valutazzjoni tal-azzar tal-landa.

(62)  Ara pereżempju, il-każ M.9413 Lactalis/Nuova Castelli, il-punti 47 u 48, fejn l-investigazzjoni tas-suq indikat li l-fornituri li jipproduċu mozzarella ma setgħux jibdew jipproduċu r-ricotta mingħajr ma jġarrbu spejjeż sinifikanti u fi żmien qasir u b’mod simili, il-produtturi ta’ ricotta ma setgħux jibdew jipproduċu u jbigħu mascarpone mingħajr spejjeż u dewmien sinifikanti.

(63)  Il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni rreferiet b’mod konsistenti għal kundizzjonijiet “omoġenji biżżejjed” – għall-kuntrarju ta’ dawk identiċi – ta’ kompetizzjoni bħala l-kriterju għad-definizzjoni ta’ suq ġeografiku rilevanti. Ara s-Sentenza tal-14 ta’ Frar 1978, United Brands vs Il-Kummissjoni, C-27/76, EU:C:1978:22, il-punti 11 u 44; is-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2003, Verband der freien Rohrwerke et vs Il-Kummissjoni, T-374/00, EU:T:2003:188, il-punt 141; is-Sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Cableuropa et vs Il-Kummissjoni, T-346/02 u T-347/02 (Kawżi Magħquda), EU:T:2003:256, il-punt 115; is-Sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, NVV et vs Il-Kummissjoni, T-151/05, EU:T:2009:144, il-punt 52; is-Sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2020, HeidelbergCement u Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni, EU:T:2020:471, il-punt 294.

(64)  Is-suq ġeografiku rilevanti mbagħad jiġi definit bħala ż-żona fejn jinsabu dawk il-fornituri li jfornu prodotti li huma sostitwibbli għall-klijenti. Ara, pereżempju, il-każ M.1628 TotalFina/Elf, il-punti 222ff, fejn il-Kummissjoni ddefiniet is-suq rilevanti bħala s-suq għall-provvista ta’ fjuwil tal-ġettijiet abbord l-ajruplani f’ajruporti speċifiċi, u l-paragrafu 228 b’mod partikolari, li jirreferi għal ostakli biex wieħed jaqleb għal fornituri alternattivi f’ajruport ieħor. Ara wkoll, pereżempju, il-Każ M.9014 Friesland Foods/Campina, il-punti 1045-1052. Bl-istess mod, f’każijiet li jikkonċernaw id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum, il-Kummissjoni ddefiniet is-suq ġeografiku rilevanti bħala żona lokali ddefinita minn ħin massimu ta’ sewqan għall-klijenti fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tad-domanda, ara, pereżempju, il-Każ M.8468 Norgesgruppen/Axfood/Eurocash, il-punti 24ff, u inkludiet f’dak is-suq rilevanti l-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li jinsabu f’dik iż-żona.

(65)  Ara, pereżempju, il-każijiet M.8633 Lufthansa/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punti 59ff; M.8672 Easyjet/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punti 53ff; u M.8869 Ryanair/Laudamotion, il-punti 223ff. Id-definizzjoni tas-suq ikkunsidrat jekk ajruport wieħed jew aktar għandhomx jiġu inklużi fis-suq rilevanti. Is-suq rilevanti għalhekk ġie definit madwar il-post fejn jinsabu l-fornituri aktar milli madwar il-post fejn jinsabu tal-klijenti.

(66)  Dan l-approċċ spiss japplika għal każijiet li jinvolvu prodotti industrijali. Ara, pereżempju, l-approċċ f’diversi każijiet li jinvolvu prodotti tal-azzar, bħall-każ M.6471 Outokumpu/Inoxum, il-punti 244–260, M.8444 ArcelorMittal/Ilva, jew M.8713 Tata Steel/ThyssenKrupp/JV.

(67)  Ara, pereżempju, il-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power – Renewable Power & Grid Business), il-punti 162-191, fejn il-Kummissjoni ddefiniet is-suq għat-turbini tal-gass heavy-duty ta’ 50 Hz bħala dinji bl-esklużjoni taċ-Ċina u l-Iran minħabba li kien hemm ostakli għal xi fornituri dinjija biex ifornu lill-klijenti f’dawk iż-żewġ żoni. Ara wkoll il-każ AT.40099 Google Android, il-punti 406-410, fejn il-Kummissjoni ddefiniet is-suq għal-liċenzjar ta’ sistemi operattivi tat-telefoni ċellulari u tal-ħwienet tal-applikazzjonijiet tal-Android bħala dinjija, għajr iċ-Ċina, minħabba li l-attivitajiet tal-impriża fiċ-Ċina kienu limitati permezz ta’ regolament.

(68)  Ara, pereżempju, il-każ M.9592 Freudenberg/L &B, il-punti 50-53, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li s-swieq għad-drappijiet mhux minsuġa u oħrajn kienu mill-inqas mifruxa maż-ŻEE kollha u eliminaw il-konċentrazzjoni minħabba li r-rivali Asjatiċi jkomplu jeżerċitaw restrizzjoni kompetittiva suffiċjenti fuq l-impriżi involuti, ara l-paragrafi 98-137 għal kisi primarju tat-twapet mhux minsuġ għall-applikazzjonijiet tal-kostruzzjoni u l-paragrafi 152-180 għal backings primarji tat-twapet mhux minsuġa għal applikazzjonijiet awtomotivi.

(69)  Ara l-każ M.8444 ArcelorMittal/Ilva, it-taqsima 7.2.4 (il-punti 320-326) għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku u t-taqsimiet 9.4.5.2-9.4.5.9 (il-punti 637-750) għall-valutazzjoni kompetittiva dwar ir-restrizzjonijiet imposti mill-importazzjonijiet. Fil-valutazzjoni kompetittiva, il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tar-restrizzjonijiet kompetittivi imposti mill-importazzjonijiet, fejn sabet, fost l-oħrajn, li volumi sinifikanti ta’ importazzjoni ma kinux bħala tali indikatur ta’ pressjoni suffiċjenti fuq il-prezzijiet, li l-importazzjonijiet kienu sors ta’ provvista inqas affidabbli għall-klijenti taż-ŻEE meta mqabbla ma’ prodotti domestiċi u li l-evidenza empirika indikat li r-reazzjonijiet tal-importazzjoni għaż-żidiet fil-prezzijiet x’aktarx li ma kinux biżżejjed biex jegħlbu ż-żidiet fil-prezzijiet.

(70)  Fir-rigward tal-evidenza dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet matul iż-żmien, ħafna fatturi differenti mhux relatati mas-sostituzzjoni tad-domanda jistgħu jikkawżaw komovimenti fil-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ movimenti konġunti fil-prezzijiet jew l-eżistenza ta’ prezzijiet diverġenti tipikament tindika li l-prodotti x’aktarx ma jkunux sostituti għad-domanda. Għalhekk, l-analiżi tal-movimenti konġunti fil-prezzijiet, inklużi tekniki kwantitattivi bħall-analiżi tal-korrelazzjoni tal-prezzijiet jew tal-istazzjonarjetà, fil-prinċipju huma aktar informattivi meta jindikaw li żewġ prodotti ma humiex fl-istess suq.

(71)  Pereżempju, il-Kummissjoni fil-passat iddefinixxiet swieq separati għal ċerti oġġetti tal-ikel minkejja li dawn ikollhom l-istess użu intenzjonat għan-nutrizzjoni tal-bniedem. Ara, pereżempju, il-Każ M.7220 Chiquita Brands International/Fyffes, il-punti 29-34, fejn il-Kummissjoni ddefiniet il-banana bħala suq distint tal-prodotti minn frott frisk ieħor.

(72)  Ara, pereżempju, il-każ AT.38477 British Airways/SN Brussels, il-punti 18-21 u 23, fejn minkejja d-differenzi bejn it-trasport bil-ferrovija u s-servizzi tal-ajru għar-rotta bejn Brussell u Londra f’termini ta’ karatteristiċi tal-prodott, l-evidenza disponibbli indikat li teżisti kompetizzjoni intermodali bejniethom, li wasslet lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li s-suq rilevanti huwa usa’ mis-servizzi diretti bl-ajru u jinkludi t-trasport bil-ferrovija.

(73)  Ara, pereżempju, il-każ M.10702 KPS Capital Partners/Real Alloy Europe, il-punti 59-61, fejn il-Kummissjoni vvalutat is-suq għar-riċiklaġġ tal-gagazza tal-melħ billi qieset it-teknoloġija użata għall-produzzjoni, jiġifieri t-teknoloġija tar-riċiklaġġ ta’ skart żero u ta’ skart mhux żero. Ara wkoll il-każ M.10658 Norsk Hydro/Alumetal, il-punti 132-137, fejn il-Kummissjoni vvalutat jekk il-ligi tal-funderiji tal-aluminju avvanzati b’livell baxx ta’ karbonju jikkostitwixxux suq tal-prodott distint mill-bqija tal-ligi avvanzati tal-funderiji tal-aluminju, u fl-aħħar mill-aħħar ħalliet id-definizzjoni tas-suq tal-prodott miftuħa f’dak ir-rigward.

(74)  Biex tistabbilixxi jekk il-kanali tal-bejgħ online u offline jappartjenux fl-istess suq tal-prodotti (jew le), il-Kummissjoni tista’ tivvaluta jekk il-klijenti jikkunsidrawx li dawk il-kanali għandhom karatteristiċi differenti bħal f’termini ta’ livelli tal-prezzijiet, il-kwalità tas-servizz tal-klijenti, il-ħinijiet tal-konsenja u l-ispejjeż tal-loġistika, il-ħinijiet tal-ftuħ, il-ħtieġa li jesperjenzaw il-prodott qabel ix-xiri u d-differenzi fil-firxiet ta’ prodotti offruti bejn iż-żewġ kanali. Ara pereżempju l-każ M.8394 Essilor/Luxottica, il-punti 83-89 u 139, fejn il-Kummissjoni vvalutat jekk is-suq għall-bejgħ bl-imnut ottiku għandux jiġi segmentat bejn kanali online u offline.

(75)  Pereżempju, ir-regolamentazzjoni tista’ tirrikjedi li l-ispiżjara, meta jqassmu l-mediċini, jissostitwixxu awtomatikament il-verżjoni oriġinatriċi tal-mediċina b’verżjoni ġenerika orħos, f’ċerti kundizzjonijiet.

(76)  Bidla jew xokk eżoġeni fil-kundizzjonijiet tal-provvista huma kkawżati minn avvenimenti mhux mistennija li ma għandhom l-ebda effett dirett fuq id-domanda.

(77)  Ara, pereżempju, il-każ M.5335 Lufthansa/SN Airholding, il-punti 96, 100 u 101, fejn il-Kummissjoni vvalutat jekk l-ajruport ta’ Antwerp kienx sostitut għall-ajruport ta’ Brussell. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni qieset l-entrata ta’ VLM Airlines fuq ir-rotta Antwerp - Manchester, f’kompetizzjoni mat-titjiriet ta’ SN fuq ir-rotta ta’ Brussell - Manchester.

(78)  Ara, pereżempju, il-kawża M.6576 Munksjö/Ahlstrom, il-punti 190, fejn, meta vvalutat is-suq tal-prodott rilevanti għall-karta imprenjata minn qabel, il-Kummissjoni qieset li kompetitur kien waqaf jipproduċi karta imprenjata minn qabel u vvalutat l-identità tal-kompetituri li rebħu l-klijenti tiegħu.

(79)  Ara, pereżempju, il-każ M.6576 Munksjö/Ahlstrom, il-punt 248, fejn il-Kummissjoni sabet li bidla osservata lil hinn mill-karta décor standard lejn karta imprenjata minn qabel fl-industrija tal-għamara kienet xprunata l-aktar minn deċiżjonijiet ta’ investiment strateġiċi ta’ klijent kbir aktar ’l isfel fil-katina tal-valur u għalhekk ma kinitx ġiet iddeterminata jew aċċentwata minn bidliet għal żmien qasir fil-prezzijiet relattivi għall-karta imprenjata minn qabel.

(80)  L-elastiċità tal-prezz proprju tad-domanda għall-prodott A hija kejl tar-rispons tad-domanda għal A (jiġifieri, il-bidla perċentwali mistennija fil-kwantità mitluba) għal bidla ta’ wieħed fil-mija fil-prezz tal-prodott A. L-elastiċità bejn il-prezzijiet bejn il-prodotti A u B hija r-rispons tad-domanda għall-prodott A għal bidla ta’ wieħed fil-mija fil-prezz tal-prodott B.

(81)  Ara, pereżempju, il-każ M.5658 Unilever/Sara Lee, fejn il-Kummissjoni użat stimi ekonometriċi tal-elastiċitajiet tad-domanda derivati minn data tal-iskanners biex twettaq test SSNIP dwar jekk id-deodoranti tal-irġiel u mhux irġiel humiex fl-istess suq rilevanti.

Il-Kummissjoni tista’ tuża evidenza ta’ sostituzzjoni fil-passat mhux biss biex tiddefinixxi s-swieq iżda wkoll biex twettaq il-valutazzjoni kompetittiva tagħha, b’mod partikolari biex tiddetermina jekk l-impriża/i involuta/i tikkompetix/jikkompetux mill-qrib jew biex twettaq il-valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti probabbli; Ara pereżempju l-każ M.8792 T-Mobile NL/Tele2 NL, il-punti 704-720 u 798-823).

(82)  L-evidenza dwar il-proporzjonijiet ta’ devjazzjoni jew l-elastiċitajiet (bejn il-prezzijiet) tad-domanda tista’ tkun rilevanti biex jiġu identifikati sostituzzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fis-suq kandidat u għall-applikazzjoni tat-test SSNIP.

(83)  L-effetti tan-netwerk huma preżenti meta l-valur ta’ prodott A ivarja (direttament jew b’mod invers) mal-varjazzjoni tal-għadd ta’ klijenti ta’ dak il-prodott.

(84)  Dak ikun il-każ, pereżempju, fejn subsett ta’ prodotti ma jaħdimx flimkien ma’ prodott ieħor, b’tali mod li l-bdil jinvolvi spiża addizzjonali għall-klijenti.

(85)  Il-Kummissjoni applikat it-test SSNIP, pereżempju fil-każ M.5658 Unilever/Sara Lee, il-punti 92-94 u t-Taqsima 5.3 tal-Anness Tekniku.

(86)  Ara pereżempju l-każ M.9076 Novelis/Aleris, l-Anness I, it-Taqsima 2.1.2. Il-Kummissjoni applikat ukoll analiżi kritika tat-telf fil-kawża M.4734 Ineos/Kerling, il-punti 95-105, iżda finalment sabet li r-riżultati ma kinux konklużivi.

(87)  Meta l-marġnijiet ta’ profitt osservati jkunu għoljin, it-telf tal-volum jirriżulta f’telf relattivament għoli fil-profitt fuq il-volumi mitlufa. Dak jimplika “telf kritiku” baxx fil-volum sabiex żieda fil-prezz mill-monopolista ipotetiku ma tkunx profittabbli. Min-naħa l-oħra, marġni ta’ profitt għoli osservat jista’ jimplika li t-telf reali probabbli huwa wkoll relattivament baxx, għaliex inkella l-impriżi ma kinux jgħollu l-prezzijiet għal-livell osservat u kienu jqisu profittabbli li jbaxxu l-prezz.

(88)  Għal raġunijiet prattiċi, bħala suppożizzjoni ta’ ħidma, il-Kummissjoni tipikament tivvaluta s-swieq fil-livell ta’ madwar iż-ŻEE fejn hemm indikazzjonijiet qawwija li s-swieq huma usa’ minn swieq nazzjonali u aktar stretti minn dawk globali.

(89)  Ara l-paragrafi 40, 41. Ara wkoll il-paragrafu 73.

(90)  Bl-istess mod, tekniki kwantitattivi għall-valutazzjoni tal-komovimenti fil-prezzijiet, bħall-korrelazzjoni tal-prezzijiet jew l-analiżi tal-istazzjonarità normalment ma jkunux deċiżivi, fihom infushom, għad-definizzjoni tas-suq ġeografiku. Kif stabbilit fin-nota 70 f’qiegħ il-paġna, ħafna fatturi differenti għajr l-arbitraġġ li jiffunzjona jistgħu jikkawżaw komovimenti fil-prezzijiet. Għalhekk, dawk il-movimenti konġunti fil-prezzijiet jistgħu jissuġġerixxu b’mod żbaljat li żewġ żoni jappartjenu għall-istess suq ġeografiku rilevanti, għalkemm il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fiż-żoni ma jkunux omoġenji biżżejjed. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ moviment konġunt fil-prezzijiet tipikament jindika li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ma humiex omoġenji biżżejjed. Għalhekk, fil-prinċipju, l-analiżi tal-moviment konġunt fil-prezzijiet hija aktar informattiva jekk tindika li żoni differenti ma humiex fl-istess suq.

(91)  Ara, pereżempju, il-każ AT.39740 Google search (Shopping), il-punti 253-254, fejn il-Kummissjoni ddefiniet is-suq għat-tiftix ġenerali bħala nazzjonali minħabba preferenzi lingwistiċi minkejja li dawk is-servizzi huma aċċessibbli mill-utenti kullimkien fid-dinja. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.7220 Chiquita/Fyffes, il-punti 119-131, fejn il-Kummissjoni, għalkemm irrikonoxxiet li l-provvista tal-banana kienet ġejja l-aktar minn barra ż-ŻEE, iddefiniet is-suq fil-livell nazzjonali abbażi tal-preferenzi nazzjonali. Dan juri wkoll li l-preżenza ta’ fornitur wieħed jew tal-istess fornituri fiż-ŻEE jew madwar id-dinja tista’ tkun konsistenti ma’ swieq ġeografiċi definiti fil-livell nazzjonali.

(92)  Jeżistu eżempji fir-rigward tas-swieq għall-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti bażiċi tal-metall, bħall-aluminju jew l-azzar. Ara, pereżempju, il-Każ M.9076 Novelis/Aleris, fejn l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li l-klijenti kellhom preferenza komuni favur l-akkwist ta’ folji tal-body tal-karozzi tal-aluminju minn fornituri bbażati fiż-ŻEE u s-suq ġeografiku rilevanti għall-folji tal-body tal-karozzi tal-aluminju ġie ddefinit bħala madwar iż-ŻEE. Għal raġunijiet simili, fis-swieq għall-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli, is-suq ġeografiku rilevanti għall-azzar inossidabbli llaminat bil-kesħa u l-azzar abjad sħun ġie ddefinit bħala mhux usa’ miż-ŻEE fil-każ M.6471 Outokumpu/Inoxum, il-punti 241-243 u 244-260. Is-suq ġie definit ukoll bħala mifrux maż-ŻEE kollha għal prodotti refrattarji, minħabba, fost l-oħrajn, il-preferenza komuni qawwija tal-klijenti għal akkwist minn fornituri bbażati fiż-ŻEE – ara M.8286 RHI/Magnesita Refratarios, il-punti 55, 56, 57 u 61.

(93)  Pereżempju, fis-swieq tal-prodotti ajruspazjali ċivili, il-klijenti jakkwistaw tagħmir oriġinali tal-inġenji tal-ajru u sistemi u komponenti ajruspazjali mill-istess fornituri madwar id-dinja, u l-Kummissjoni sabet li s-suq ġeografiku rilevanti għal dawk il-prodotti kien dinji. Ara, pereżempju, il-każijiet M.8658 UTC/Rockwell Collins, il-punti 204,205 u 207; M.8425 Safran/Zodiac Aerospace, il-punt 298; M.8948 Spirit/Asco, il-punti 37 u 38.

(94)  Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi suq globali li jeskludi biss żoni speċifiċi b’kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni bħal pereżempju fil-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power – Renewable Power & Grid Business), il-punti 162-191 – ara n-nota 66 f’qiegħ il-paġna f’dan l-Avviż. Bl-istess mod fil-kawża M.8677 Siemens/Alstom, il-punt 133, il-Kummissjoni sabet li s-suq ġeografiku rilevanti kemm għall-ferroviji b’veloċità għolja kif ukoll għal dawk b’veloċità għolja ħafna jista’ jkun globali bl-esklużjoni taċ-Ċina, tal-Korea ta’ Isfel u tal-Ġappun peress li kien hemm ostakli għad-dħul insormontabbli għall-fornituri barranin f’dawk it-tliet pajjiżi. Ara wkoll pereżempju l-każ M.6541 Glencore/Xstrata, il-punti 43, 44 u 45, li fih il-Kummissjoni vvalutat is-swieq ġeografiċi potenzjali definiti bħala globali bl-esklużjoni taċ-Ċina, minħabba li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu limitati, minħabba li l-analisti tal-industrija rrappurtaw ċifri għaċ-Ċina u għall-bqija tad-dinja separatament u minħabba li għadd ta’ parteċipanti fis-suq appoġġaw dik il-qasma ġeografika

(95)  Ara l-paragrafu 109 aktar ’l isfel.

(96)  Ara, pereżempju, il-każ M.10047 Schwarz Group/Suez Waste management companies, il-punti 56-58, fejn il-Kummissjoni qieset l-ispejjeż ambjentali bħala wieħed mill-fatturi rilevanti meta ddefinixxiet is-suq ġeografiku għas-separazzjoni ta’ imballaġġ ħafif.

(97)  Ara wkoll it-Taqsima 4.1 dwar id-definizzjoni tas-suq fil-preżenza ta’ differenzjazzjoni sinifikanti.

(98)  Ara, pereżempju, il-każ M.7408 Cargill/ADM Chocolate Business, il-punti 99-102 u 113-114, fir-rigward tas-suq għaċ-ċikkulata industrijali fejn il-Kummissjoni analizzat l-ishma tas-suq aggregati fiż-żoni ta’ klijentela mfassla madwar klijenti individwali. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.7567 Ball/Rexam, il-punti 642-644 u 663-670, fir-rigward tas-suq għall-laned tax-xorb fejn il-Kummissjoni vvalutat il-kapaċità u l-ishma tal-bejgħ tal-volum għal kull waħda miż-żoni ta’ klijentela ċċentrati fuq il-klijent.

(99)  Id-dipendenza fuq żoni ta’ klijentela li jirriflettu x-xejriet tax-xiri tal-klijenti kollha spiss tirriżulta f’żoni ta’ klijentela kbar b’mod implawżibbli minħabba osservazzjonijiet anomali.

(100)  Ara pereżempju, il-każi M.7408 Cargill/ADM Chocolate Business, il-punti 63-78, fir-rigward tas-suq taċ-ċikkulata industrijali, jew il-kawża M.7567 Ball/Rexam fir-rigward tas-suq għall-bottijiet tax-xorb.

(101)  Ara, pereżempju, il-każ M.7878 Heidelberg Cement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia, il-punti 182, 189 u 190, fejn il-Kummissjoni sabet li ż-żoni ta’ klijentela ċirkolari li jirrappreżentaw 90 % tal-konsenji madwar l-impjanti tal-partijiet huma aktar xierqa miż-żoni ta’ klijentela li jirrappreżentaw 70 % tal-kunsinni iżda qieset ukoll żoni ta’ klijentela modifikati bbażati fuq id-distanzi tat-toroq u x-xejriet tal-konsenja. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta wkoll is-sensittività tal-ishma tas-suq għall-qtugħ taż-żona ta’ klijentela bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva tagħha.

(102)  Ara pereżempju, il-kawża M.6541 Glencore/Xstrata, fejn il-Kummissjoni vvalutat ir-rispons tal-importazzjonijiet għall-bidliet relattivi fil-prezzijiet għall-metall taż-żingu fiż-ŻEE.

(103)  Fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Lulju 2010, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-342/07, EU:T:2017:280, il-punt 136, il-Qorti Ġenerali ddikjarat: “ Huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tagħmel valutazzjoni ġenerali ta’ x’jintwera mis-sett ta’ fatturi indikattivi użati għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva. Huwa possibbli, f’dak ir-rigward, li ċerti elementi ta’ evidenza jiġu prijoritizzati u li tiġi mwarrba evidenza oħra ”. Dan l-istess raġunament japplika mutatis mutandis għad-definizzjoni tas-suq.

(104)  Fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Jannar 2017, Topps Europe vs Il-Kummissjoni, T-699/14, EU:T:2017:2, punt 82, il-Qorti Ġenerali ddikjarat: “ id-definizzjoni tas-suq rilevanti ma teħtieġx li l-Kummissjoni ssegwi ġerarkija riġida ta’ sorsi differenti ta’ informazzjoni jew tipi ta’ evidenza ”. Dan ġie kkonfermat fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022, thyssenkrupp vs Il-Kummissjoni, T-584/19, EU:T:2022:386, il-punti 78 u 156.

(105)  Fir-rigward tal-valur probatorju tad-diversi provi, l-uniku kriterju għall-evalwazzjoni tal-provi prodotti huwa l-affidabbiltà tagħhom (ara, pereżempju, is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2013, Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni, IT-566/08, EU:T:2013:423, il-punt 43). In-natura tal-proċedura inkwistjoni għandha rwol f’dan ir-rigward. B’mod partikolari fil-kontroll tal-fużjonijiet, il-ġuriżprudenza tal-qrati tal-UE tistabbilixxi li fid-dawl tal-ħtieġa għall-veloċità u l-iskadenzi stretti ħafna li għalihom hija soġġetta l-Kummissjoni, ma jistax ikun meħtieġ li tiġi vverifikata l-informazzjoni kollha li hija tirċievi, fin-nuqqas ta’ evidenza li tindika li l-informazzjoni pprovduta lilha ma hijiex akkurata. Ara s-sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2021, Polskie Linie Lotnicze “LOT” S.A. vs Il-Kummissjoni, T-240/18, EU:T:2021:723, il-punti 87 u 88 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(106)  Ara, pereżempju il-każ M.7902 Marriott International/Starwood Hotels & Resorts Worldwide, il-punt 28, fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-fatt li l-partijiet li qed jingħaqdu qabblu lilhom infushom kemm mal-katina kif ukoll mal-lukandi indipendenti biex isibu li dawn il-fornituri kienu fl-istess suq. Ara, pereżempju, il-każ M.6663 Ryanair/Aer Lingus III, il-punt 98-103, fejn il-Kummissjoni vvalutat il-monitoraġġ tal-prezzijiet ta’ Ryanair u ta’ Aer Lingus fuq ir-rotot tal-passiġġieri tal-ajru bħala evidenza biex tiddetermina jekk ajruporti differenti fl-istess bliet kinux sostituti.

(107)  Ara, pereżempju, il-każ M.4439 Ryanair/Aer Lingus, il-punti 36, 94, 99(9) u l-Anness I, fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq stħarriġ tal-klijenti fl-ajruport ta’ Dublin li kienet ikkummissjonat minn konsulent indipendenti. Il-Kummissjoni użat ir-riżultati ta’ dak l-istħarriġ bħala evidenza indiretta biex tivvaluta jekk ċerti ajruporti humiex sostitwibbli għall-klijenti.

(108)  Pereżempju, fil-prinċipju huwa preferibbli li wieħed jistaqsi dwar deċiżjonijiet tal-passat riċenti aktar milli dwar deċiżjonijiet ipotetiċi; il-mistoqsijiet jenħtieġ li jkunu ċari u ma għandhomx iwasslu għal tweġibiet f’direzzjoni partikolari, u l-firxa ta’ għażliet ipprovduti għat-tweġiba għandha tkun komprensiva biżżejjed.

(109)  Is-sors u l-kuntest li fih jitħejjew dawn l-istudji huma wkoll rilevanti. B’mod partikolari, l-istudji mħejjija fil-kuntest ta’ każ speċifiku se jkunu soġġetti għal skrutinju partikolari, peress li l-evidenza għandha valur probattiv aktar baxx jekk tkun ġiet influwenzata mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

(110)  Ara, pereżempju, is-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2022, Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni, IT-251/19, EU:T:2022:296, fis-suq għal prodotti llaminati magħmula minn ram u ligi tar-ram, fejn il-Qorti Ġenerali nnotat fil-punt 39 li: “[..] l-applikant ma jikkontestax li l-prodotti rrumblati mhumiex prodotti omoġenji iżda li huma prodotti li huma differenzjati skont għadd kbir ta’ kriterji (kompożizzjoni, livell ta’ tlestija, applikazzjonijiet finali, eċċ.). Kull wieħed minn dawk il-kriterji jippermetti li s-suq ġenerali għall-prodotti rrumblati jiġi ssegmentat, mingħajr ma jkun, a priori, ta’ importanza kbira jew jippermetti li jiġu identifikati swieq separati tal-prodotti.”

(111)  Pereżempju, fl-industrija tat-telekomunikazzjoni fejn tipi differenti ta’ klijenti jista’ jkollhom drawwiet ta’ konsum differenti li jinfluwenzaw l-għażla tagħhom ta’ fornitur. Ara, pereżempju, il-każ M.8792 T-Mobile NL/Tele2 NL, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet fuq definizzjoni wiesgħa tas-suq b’differenzjar tal-prodott fost il-gruppi ta’ klijenti minħabba differenzi fin-nefqa ta’ kull xahar, il-formazzjoni u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt, il-prestazzjoni tal-kuntratt, u d-differenzi fil-ħtieġa tal-klijent. F’dan il-każ partikolari, għalkemm ikkonkludiet dwar suq ġenerali tal-bejgħ bl-imnut għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli lill-klijenti finali kollha, il-Kummissjoni xorta sabet li kienu identifikabbli żewġ gruppi ta’ klijenti separati fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut: il-klijenti privati u l-klijenti kummerċjali.

(112)  Ara, pereżempju il-każ M.7155 SSAB/Rautaruukki, il-punt 102, fejn il-Kummissjoni qieset li d-differenzjazzjoni ġeografika qawwija fuq il-prodotti ċatti tal-azzar, kif muri mill-analiżi tal-prezzijiet diverġenti bejn il-pajjiżi Nordiċi, l-Ewropa kontinentali u r-Renju Unit, kienet tiġġustifika valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjoni ffukata fil-pajjiżi Nordiċi. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.7878 Heidelberg Cement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia, il-punti 174-176 u 229-239, fejn il-Kummissjoni spjegat li anki fi ħdan suq ġeografiku rilevanti definit bħala żona fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma omoġenji biżżejjed, il-kundizzjonijiet kompetittivi jistgħu jinbidlu gradwalment minn post għal ieħor, u li dawk il-varjazzjonijiet jista’ jkollhom bżonn jitqiesu fil-valutazzjoni kompetittiva. Dan l-approċċ kien ġie kkonfermat bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020, HeidelbergCement u Schwenk Zement vs il-Kummissjoni, T-380/17, EU:T:2020:471, il-punt 325. Ara wkoll, pereżempju, il-każijiet M.8444 ArcelorMittal/Ilva u M.8713 Tata Steel/ThyssenKrupp/JV, fejn is-suq ġeografiku rilevanti għal prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju lesti tqies li huwa mifrux maż-ŻEE, b’differenzjar ġeografiku fi ħdan iż-ŻEE (kif ikkonfermat f’dan l-aħħar każ mis-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2022 thyssenkrupp vs Il-Kummissjoni, T-584/19, EU:T:2022:386, il-punti 145-258).

(113)  F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tqis id-dinamika kompetittiva f’segmenti speċifiċi tas-suq fil-valutazzjoni tagħha. Ara s-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2022, Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni, IT-251/19, EU:T:2022:296, dwar is-suq għal prodotti llaminati magħmula minn ram u ligi tar-ram, fejn il-Qorti Ġenerali spjegati fil-punt 40 li: “Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, fil-kuntest ta’ swieq ta’ prodotti differenzjati, l-eżistenza ta’ suq globali ma taffettwax il-possibbiltà li jiġu identifikati dinamiċi kompetittivi differenti f’xi segmenti tas-suq.”

(114)  Pereżempju, anki jekk il-klijenti tal-prodott A jistgħu ma jqisux il-prodott C bħala alternattiva, jista’ jkun hemm katina ta’ sostituzzjoni fejn il-klijenti ta’ prodott A jqisu l-prodott B bħala sostitut u l-klijenti ta’ prodott B iqisu l-prodott C bħala sostitut. Il-prodott A jista’ mbagħad jiġi ristrett indirettament mill-kompetizzjoni mill-prodott C permezz ta’ katina ta’ sostituzzjoni bħal din.

(115)  Ara, pereżempju, il-każ M.9413 Lactalis/Nuova Castelli, il-punt 89, fejn il-Kummissjoni sabet li kien hemm evidenza li kien hemm katina ta’ sostituzzjoni għal ġobnijiet tad-ditta u tat-tikketta privata u li dawn kienu jikkompetu ma’ xulxin, għalkemm ma setgħetx teskludi li l-prodotti tad-ditta primarjament jistgħu jikkompetu f’suq differenti u ħalliet id-definizzjoni tas-suq miftuħa.

(116)  Ara, pereżempju, il-każ M.5335 Lufthansa/SN Airholding, il-punt 33, fejn il-Kummissjoni ċaħdet l-eżistenza ta’ katina ta’ sostituzzjoni bejn tipi differenti ta’ biljetti minħabba li dan ma kienx ikkorroborat minn evidenza. L-analiżi tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni wriet li l-prezzijiet fl-estremitajiet tal-allegata katina ta’ sostituzzjoni kellhom livelli differenti ħafna u ma kinux interdipendenti. Ara wkoll , pereżempju, il-każ M.6905 Ineos/Solvay/JV, il-puinti 260, 261, 262 u 338, fejn il-Kummissjoni rrifjutat l-eżistenza ta’ trikkib bejn iż-żoni tal-vjeġġ tal-fornituri prinċipali tal-S-PVC li jifformaw katina ta’ sostituzzjoni madwar iż-ŻEE fuq il-bażi ta’ analiżi kwantitattiva li turi nuqqas ta’ arbitraġġ u xejriet differenti fl-ipprezzar bejn iż-żoni ta’ klijentela differenti u dawk imrikkba.

(117)  Din it-taqsima tikkonċerna sitwazzjonijiet fejn id-ditti jistgħu jiddiskriminaw bejn klijenti jew gruppi ta’ klijenti fuq il-bażi ta’ kriterji tal-konsumatur osservabbli (bħall-identità tal-klijent, il-post, l-età, is-sess, eċċ.). Meta d-ditti joffru l-istess menu ta’ għażliet lill-klijenti kollha u dawn tal-aħħar jagħżlu huma stess fi gruppi differenti fuq il-bażi tal-preferenzi sottostanti tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi swieq tal-prodotti rilevanti separati (jew segmenti differenti tas-suq) għal prodotti differenti fil-menu (pereżempju biljetti tal-ajru business kontra dawk ekonomiċi, jew tariffi tal-mowbajl imħallsa minn qabel u wara).

(118)  Dan jista’ japplika wkoll meta kundizzjonijiet bħal dawk jiġu ssodisfati biss fil-futur, pereżempju minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet kompetittivi kkawżati mill-konċentrazzjoni li tkun qed tiġi eżaminata.

(119)  Meta l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti probabbli jkunu simili fost tali klijenti jew gruppi ta’ klijenti, pereżempju minħabba s-sostituzzjoni tal-provvista, il-Kummissjoni tista’ madankollu tinkludi dawk il-klijenti jew gruppi ta’ klijenti fl-istess suq rilevanti, kif spjegat fit-Taqsima 2.1.2.

(120)  Eżempji ta’ definizzjonijiet tas-suq tal-prodott u tas-suq ġeografiku affettwati mid-diskriminazzjoni fil-prezz jinstabu f’każijiet bħal M.5830 – Olympic/Aegean Airlines, il-punt 58, u M.7155 SSAB/Rautaruukki, il-punti 101 u 102.

(121)  B’mod partikolari flimkien ma’ prodotti bl-istess użu/i maħsub(a). Jista’ jkun hemm eżempji rilevanti ta’ tali valutazzjonijiet fl-industrija farmaċewtika. Ara, pereżempju, il-każ M.7275 Novartis/GlaxoSmithKline Oncology Business, il-punti 23-31, fejn il-Kummissjoni vvalutat l-inibituri B-Raf u l-inibituri MEK li kienu qegħdin jiġu żviluppati mill-partijiet bħala parti mis-suq għal terapiji mmirati għat-trattament tal-melanoma avvanzata, li fih diġà kienu qegħdin jiġu kkumerċjalizzati l-prodotti eżistenti. Eżempji oħra jikkonċernaw prodotti ta’ teknoloġija għolja, bħal turbini tal-gass heavy-duty ivvalutati fil-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power Renewable Power &Grid Business), il-punti 985-991, fejn il-Kummissjoni vvalutat it-turbina tal-gass heavy-duty tal-pipeline ta’ Alstom bħala parti mis-suq tal-prodott eżistenti għat-turbini tal-gass heavy-duty.

(122)  B’mod partikolari f’każijiet fejn diversi impriżi jiżviluppaw l-istess prodotti tal-pipeline jew prodotti komparabbli jew fejn dawk il-prodotti jkunu mistennija li jbiddlu b’mod konsiderevoli d-dinamika tal-industrija minħabba l-karatteristiċi tagħhom. Ara, pereżempju, il-każ M.9461 AbbVie/Allergan, il-punti 48-54 u 56-60, fejn il-Kummissjoni identifikat suq rilevanti plawżibbli limitat għall-inibituri ta’ IL-23, għat-trattament ta’ kolite ulċerattiva u l-marda ta’ Crohn, anki fejn l-ebda inibitur ta’ IL-23 ma ġie imbagħad kkumerċjalizzat fis-suq, minn ebda fornitur, bil-prodotti kienu għadhom qegħdin jiġu żviluppati dak iż-żmien, b’mod partikolari minħabba n-natura promettenti ta’ dawk il-prodotti sabiex jittrattaw dak il-mard.

(123)  B’mod partikolari fl-industrija farmaċewtika, il-Kummissjoni kkunsidrat f’każijiet preċedenti li l-ambitu ġeografiku tas-suq kien globali jew mill-inqas fiż-ŻEE kollha, sal-punt li r-R&Ż għall-prodotti tal-pajpijiet rilevanti jkunu mill-inqas mifruxa maż-ŻEE kollha. Ara, pereżempju, il-każijiet M.7275 Novartis/GSK Oncology Business, il-punt 32 u M.7480 Actavis/Allergan, il-punt 17.

(124)  Kif imsemmi fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, it-terminu “prodott” ikopri wkoll it-teknoloġiji. Din it-taqsima hija wkoll partikolarment rilevanti għad-definizzjoni tas-swieq fil-preżenza ta’ dawk it-teknoloġiji. It-teknoloġiji jistgħu jiġu liċenzjati jew mibjugħa indipendentement minn oġġett jew servizz tanġibbli bħala drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u bħala tali jistgħu jitqiesu bħala prodott għall-finijiet ta’ dan l-Avviż.

(125)  Fil-każ M.7932 Dow/DuPont hemm eżempju ta’ sitwazzjoni bħal dik , fejn il-Kummissjoni applikat il-kunċett ta’ spazji ta’ innovazzjoni biex tiddefinixxi tali konfini, ara b’mod partikolari t-taqsima 4.4 tad-deċiżjoni f’dak il-każ. M.7932 Dow/DuPont kienet tikkonċerna fużjoni bejn żewġ kumpaniji attivi fil-protezzjoni tal-għelejjel u li, fil-livell tal-industrija, kellhom l-assi u l-kapaċitajiet biex jiskopru u jiżviluppaw prodotti ġodda li, bħala riżultat tal-isforz ta’ R&Ż, jistgħu jiddaħħlu fis-suq. Għaldaqstant, dawk il-kumpaniji kienu involuti fil-kompetizzjoni tal-innovazzjoni.

(126)  Ara l-każ M.7932 Dow/DuPont, il-punti 353ff. L-isforzi tal-innovazzjoni għandhom it-tendenza li jkunu ta’ natura globali u, fin-nuqqas ta’ speċifiċitajiet nazzjonali evidenti jew speċifiċitajiet ġeografiċi oħra, is-swieq ġeografiċi rilevanti ta’ spiss ikunu globali fl-ambitu, jew fi kwalunkwe każ mhux idjaq miż-ŻEE kollha.

(127)  Eżempji tipiċi ta’ pjattaformi b’diversi naħat jinkludu sistemi ta’ kards ta’ pagament (ara l-każ AT.34579 Mastercard) u pjattaformi sponsorjati mir-reklamar (ara l-każ M.8124 Microsoft/LinkedIn).

(128)  Pereżempju, żieda fil-prezz fuq in-naħa A tal-pjattaforma tnaqqas id-domanda mill-utenti fuq dik in-naħa. It-tnaqqis fid-domanda fin-naħa A jista’ mbagħad jaffettwa d-domanda mill-utenti fin-naħa B, li min-naħa tagħha tista’ taffettwa d-domanda mill-utenti fin-naħa A (jew fuq it-tielet naħa C). Ara l-eżempji fil-każ AT.39740 Google search (Shopping), il-punt 159 u l-każ AT.40099 Google Android, il-punt 464, 469 u 638.

(129)  Fil-każ M.8124 Microsoft/LinkedIn, it-taqsima 3.7, il-Kummissjoni ddefiniet suq uniku għas-servizzi ta’ reklutaġġ online, li jinkludi kemm dawk li qed ifittxu impjieg kif ukoll dawk li jirreklutaw.

(130)  Fil-każ AT.34579 Mastercard, it-taqsimiet 6.2.3 u 6.2.4, dwar sistemi ta’ kards ta’ pagament, il-Kummissjoni ddefiniet in-naħat tal-ħruġ u tal-akkwist tas-suq bħala swieq tal-prodotti rilevanti distinti.

(131)  Dan jirreferi għad-deċiżjoni mill-utenti li jużaw pjattaforma waħda għal prodott partikolari (single homing) jew jużaw pjattaformi multipli b’mod parallel għall-istess prodott (multi-homing). F’xi każijiet, id-deċiżjonijiet ta’ homing li jieħdu l-utenti fuq naħa waħda tal-pjattaforma jaffettwaw l-alternattivi disponibbli biex utenti fuq naħat oħra tal-pjattaforma jinteraġixxu ma’ dawk l-utenti, u b’hekk jaffettwaw il-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni fuq l-aħħar naħat tal-pjattaforma.

(132)  Ara pereżempju d-definizzjoni tas-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni tal-konsumatur u servizzi ta’ netwerking soċjali fil-każ M.7217 Facebook/WhatsApp, il-punti 24-33 u 51-61.

(133)  Ara pereżempju d-definizzjoni tas-suq ta’ servizzi ta’ tiftix ġenerali fil-każ AT.39740 – Google Search (Shopping), il-punti 163-183.

(134)  Ara pereżempju d-definizzjoni tas-suq ta’ servizzi ta’ netwerking soċjali fil-każ M.8124 Microsoft/LinkedIn, il-punti 108-110.

(135)  Ara pereżempju l-każ AT.40099 – Google Android u b’mod partikolari d-definizzjoni tas-suq tal-app stores tal-Android, il-punti 284-305 u ta’ sistemi operattivi mobbli intelliġenti liċenzjabbli, il-punt 239.

(136)  Ara n-nota 53 f’qiegħ il-paġna għal eżempju ta’ valutazzjoni ta’ SSNDQ bħal dik.

(137)  Fil-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power - Renewable Power & Grid Business), it-taqsima 7.2.3.3., il-Kummissjoni ddefiniet suq għall-bejgħ ta’ turbini tal-gass u s-servizzjar sussegwenti.

(138)  Fil-każ AT.39097 Watch Repair, il-punti 86-91, il-Kummissjoni ddefiniet diversi swieq separati għall-ispare parts, kull wieħed assoċjat ma’ marka ta’ arloġġ partikolari.

(139)  Fil-każ M.9408 Assa Abloy/Agta Record, il-punt 127, il-Kummissjoni ddefiniet suq għas-servizzi ta’ wara l-bejgħ mingħajr ma għamlet distinzjoni bejn il-fornitur tas-servizz.

(140)  Ara, f’dak is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2010, CEAHR vs Il-Kummissjoni, T-427/08, EU:T:2010:517, il-punti 78-109, u b’mod partikolari l-punti 79, 95 u 108 kif ukoll il-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power - Renewable Power & Grid Business), il-punt 95.

(141)  Ara, pereżempju, il-każ M.5462 Thomas Cook Group/Gold Metal International, il-punti 9-16, fejn il-Kummissjoni vvalutat u ħalliet miftuħa l-possibilità li l-vaganzi kollox kompriż jinsabu f’suq separat mill-vaganzi fejn il-konsumatur jixtri d-diversi elementi individwalment. Bl-istess mod, fil-każ M.7555 Staples/Office Depot, il-punt 91, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-probabbiltà kbira kienet li kien hemm suq tal-prodott separat għall-provvista ta’ punt uniku ta’ servizz skont kuntratti tal-kategoriji tradizzjonali ta’ oġġetti għall-provvista tal-uffiċċju, bħal karta, inka u inka għall-printers.

(142)  Fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni, IT-604/18, EU:T:2022:541, il-Qorti Ġenerali ddikjarat fil-punt 116: “ f’‘ekosistema’ diġitali [...] il-prodotti jew is-servizzi li jiffurmaw parti mis-swieq rilevanti li jiffurmaw dik l-ekosistema jistgħu jikkoinċidu jew ikunu konnessi ma’ xulxin abbażi tal-komplementarjetà orizzontali jew vertikali tagħhom. Meħuda flimkien, is-swieq rilevanti jista’ jkollhom ukoll dimensjoni globali fid-dawl tas-sistema li tiġbor il-komponenti tagħha flimkien u ta’ kwalunkwe restrizzjoni kompetittiva fi ħdan dik is-sistema jew minn sistemi oħra.” Eżempju ta’ ekosistema diġitali tkun ekosistema ta’ prodotti mibnija madwar sistema operattiva mobbli, inkluż ħardwer, ħanut tal-applikazzjonijiet u applikazzjonijiet tas-softwer.

(143)  Ara l-każ AT.40099 – Google Android, il-punt 299, dwar id-definizzjoni tas-suq għall-ħwienet tal-apps fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex jiġi definit suq tas-sistema li jinkludi ħwienet tal-applikazzjonijiet u sistemi operattivi mobbli intelliġenti ma kinux preżenti.

(144)  Ara, pereżempju, is-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2007, Sun Chemical Group et vs Il-Kummissjoni, IT-282/06, EU:T:2007:203, il-punt 140 u s-sentenza tas-6 ta’ Lulju 2010, Ryanair vs Il-Kummissjoni, IT-342/07, EU:T:2010:280, il-punt 42.

(145)  Ara pereżempju l-Linji Gwida dwar Amalgamazzjonijiet Orizzontali, it-Taqsimiet III u IV. Ara wkoll il-Linji Gwida għall-valutazzjoni tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali, perezempju l-punt 236.

(146)  Il-bejgħ kummċjali jirreferi għal bejgħ lil partijiet terzi, kuntrarjament għall- bejgħ bjen il-grupp.

(147)  Il-kapaċità jew l-ishma tal-produzzjoni normalment jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-fornituri li jinsabu fiż-żona koperta mis-suq ġeografiku.

(148)  Ara, pereżempju, il-każ M.8674 BASF/Solvay’s Polyamide Business, il-punt 455(b), relatat mal-katina tal-valur tal-polimeri tan-najlon, il-każ M.7744 HeidelbergCement/Italcementi, il-punt 61, f’konċentrazzjoni li tinvolvi s-suq għas-siment griż (il-paragrafu 61) u l-każ M.4000 Inco/Falconbridge, il-punt 315ff, f’konċentrazzjoni li tinvolvi s-suq għan-nikil. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.8713 Tata Steel/ThyssenKrupp/JV, il-punti 474-481, kif ukoll is-sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2022, Thyssenkrupp vs Il-Kummissjoni, T-584/19, EU:T:2022:386, il-punt 591.

(149)  Ara pereżempju l-każ M.8134 Siemens/Gamesa, il-punti 75-80, li jispjegaw li l-għadd ta’ kuntratti għat-turbini eoliċi li saru kien parametru aktar rilevanti f’dak il-każ mill-bażi installata tat-turbini eoliċi minħabba intervall ta’ żmien bejn l-għoti u l-installazzjoni.

(150)  Ara pereżempju l-każ M.7217 Facebook/WhatsApp, il-punti 95-98.

(151)  Ara pereżempju l-każ AT.39740 – Google Search (Shopping), il-punti 273-284.

(152)  Ara pereżempju l-każ M.9064 Telia Company/Bonnier Broadcasting Holding fir-rigward tas-suq għall-provvista bl-ingrossa ta’ stazzjonijiet televiżivi Free To Air u bi ħlas bażiku, noti ta’ qiegħ il-paġna 315, 316, 324, 327, 333 u 339.

(153)  Ara pereżempju l-każ AT.40099 Google Android, il-punti 591-593.

(154)  Ara pereżempju l-każ M.10262 Facebook/Kustomer, il-punti 176-179, fir-rigward tas-suq għas-servizzi ta’ komunikazzjoni B2C.

(155)  Ara pereżempju l-każ M.4439 Ryanair/Aer Lingus, il-punti 340-347; il-każ M.8869 Ryanair/LaudaMotion, il-punti 303-306, u l-każ M.9287 Connect Airways/Flybe, il-piunti 447-453.

(156)  Ara pereżempju l-każ M.4000 Inco/Falconbridge, il-punti 490-494, u l-każ M.8713 Tata Steel/ThyssenKrupp/JV, il-punti 472-481.

(157)  Ara pereżempju l-każ M.7932 Dow/DuPont, Anness 1 tad-deċiżjoni u l-każ M.8084 Bayer/Monsanto, il-punti 1153 et seq.).

(158)  Ara wkoll il-paragrafu 43.

(159)  Pereżempju, f’każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum, il-bejgħ kollu mill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut rilevanti li jinsabu fis-swieq rilevanti jiġi inkluż fil-kalkolu tal-ishma tas-suq. Ara, pereżempju, il-każ M.8468 Norgesgruppen/Axfood/Eurocash, il-punt 32 et seq.

(160)  Pereżempju, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta l-intensità tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi billi tiffoka l-analiżi tagħha fuq l-ishma tas-segmenti tal-impriżi, dwar is-similarità tal-prezzijiet u fatturi oħra rilevanti għall-kompetizzjoni, jew fuq miżuri ta’ sostitwibbiltà bejn prodotti differenti, bħal bdil osservat u miżuri relatati, bħal proporzjonijiet ta’ devjazzjoni jew elastiċitajiet tad-domanda stmati. Ara, pereżempju l-każ M.5658 Unilever/Sara Lee, fejn il-Kummissjoni sabet differenzjazzjoni sinifikanti fis-suq għad-deodorants u wettqet valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti probabbli fuq il-prezzijiet fuq il-bażi tal-istima tal-elastiċitajiet tad-domanda bħala parti mill-valutazzjoni kompetittiva tagħha.

(161)  Ara, pereżempju, il-każ M.9409 Aurubis/Metallo Group Holding, il-punti 227 u 468, fejn il-Kummissjoni sabet li s-suq rilevanti għar-ruttam tar-ram għat-tidwib u għar-raffinar kien differenzjat ħafna, b’mod partikolari f’termini tal-kompożizzjoni u l-oriġini tal-materjal, u kien jikkonsisti f’diversi segmenti. Il-Kummissjoni rrevediet l-ishma mis-suq għal dawk is-segmenti speċifiċi biex tivvaluta kemm il-partijiet li kienu qed jamalgamaw ikkompetew ma’ xulxin u mal-kompetituri tagħhom.

(162)  Ara, pereżempju, il-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power – Renewable Power & Grid Business), il-punt 426.

(163)  Pereżempju, il-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ prodotti b’tikketta privata, li ma humiex differenzjati, tista’ tiġi identifikata aħjar b’referenza għall-ishma f’volum. Ara, pereżempju, il-każ M.9413 Lactalis/Nuova Castelli, il-punt 137.

(164)  Fis-swieq tal-offerti hemm eżempji ta’ perjodi ta’ referenza itwal minħabba domanda f’daqqa . Ara, pereżempju, il-każ M.7278 General Electric/Alstom (Thermal Power – Renewable Power & Grid Business), il-punti 420-422, fejn l-ishma mis-suq ġew ikkalkulati għal perjodu ta’ ħames u għaxar snin. Fil-każ M.8677 Siemens/Alstom, il-punt 141, intuża perjodu ta’ referenza ta’ għaxar snin, filwaqt li fil-każijiet M.9343 Hyundai Heavy Industries Holdings/Daewoo Shipbuilding &Marine Engineering, il-punti 362ff, u M.10078 Cargotec/Konecranes, il-punti 533, intuża perjodu ta’ referenza ta’ ħdax-il sena, maqsum f’diversi subperjodi. Diversi snin ta’ data għal perjodi ta’ referenza iqsar (jiġifieri staġuni) intużaw, pereżempju, fejn jidħlu każijiet dwar linji tal-ajru; ara, pereżempju, il-każ M.8869 Ryanair/Laudamotion, il-punt 304.

(165)  Ara, pereżempju, il-każ M.9674 Vodafone Italia/TIM/INWIT JV, il-punti 81 u 147, fejn l-ishma tas-suq għas-suq għall-provvista ta’ servizzi ta’ ospitalità fuq makrositi lil operaturi ta’ networks mobbli ġew ikkalkulati u stmati għas-snin 2017-2027, jiġifieri ġew inklużi diversi snin fil-futur. Ara wkoll, pereżempju, il-każ M.10534 Traton/Aktiebolaget Volvo/Daimler Truck/JV, il-punti 106-109 u 118-120, fejn il-Kummissjoni vvalutat il-ħolqien ta’ impriża konġunta fis-suq emerġenti ġdid għal soluzzjonijiet ta’ ċċarġjar pubbliku għal trakkijiet u kowċis elettriċi tqal bil-batterija u vvalutat l-ishma tas-suq ipproġettati għal diversi snin fil-futur.

(166)   ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1645/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)