|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1549 |
26.2.2024 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2023 – Fincantieri NexTech vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1191/23)
(C/2024/1549)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fincantieri NexTech SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Di Gianni, A. Scalini u I. Salvatore, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata fl-20 ta’ Ottubru 2023 (Ref. Ares(2023)7165725) li tiċħad il-proposta Nru 101121451 – “NESSOS” (Networked Sonars System Of Systems) dwar is-sejħa EDF-2022-RA u li tikkonferma l-konklużjonijiet fir-Rapport ta’ Sinteżi tal-Evalwazzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2023; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-proġetti NESSOS u SWAT-SHOAL, sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn huma interdipendenti, filwaqt li huma awtonomi u indipendenti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-proposta tar-rikorrenti taħt il-Kriterju 5 (Ħolqien ta’ kooperazzjoni transkonfinali), sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija illoġika u kontradittorja. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 12(f) tar-Regolament (UE) 2021/697 (1) fl-evalwazzjoni tal-proposta abbażi tal-Kriterju 6 (Kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni), sa fejn il-Kummissjoni tat rilevanza lil-livell ta’ parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proġett taħt dan il-kriterju, filwaqt li dan ma kellu jkollu l-ebda rwol f’din l-evalwazzjoni. |
(1) Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU 2021, L 170, p. 149, rettifika fil-ĠU 2022, L 161, p. 129).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1549/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)