|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1510 |
26.2.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta Jannar 2024 – Eurobolt BV, Fabory Nederland BV, ASF Fischer BV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Stafa Group BV
(Kawża C-517/22 P) (1)
(Appell - Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinnjati mill-Malasja - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-3 ta’ Lulju 2019, Eurobolt (C-644/17, EU:C:2019:555) - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/611 - Validità)
(C/2024/1510)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Eurobolt BV, Fabory Nederland BV, ASF Fischer BV (rappreżentanti: B. Natens u A. Willems, advocaten)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bruti Liberati, G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti), Stafa Group BV
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Eurobolt BV, Fabory Nederland BV u ASF Fischer BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1510/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)