|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1444 |
15.2.2024 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/302/S
DIRETTUR (grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika — Direttorat għall-Bini u l-Infrastrutturi Sostenibbli fi Brussell
(C/2024/1444)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika – Direttorat għall-Bini u l-Infrastrutturi Sostenibbli fi Brussell, skont l-Artikolu 29, il-paragrafu 2, tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 16 735,00 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u juri l-akbar interess għall-applikazzjonijiet kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttur Ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ kompetenza tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimola, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u tal-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tagħhom, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tagħhom, |
|
— |
tmexxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibilità
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Rekwiżiti ġenerali |
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
|
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi
|
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista tal-kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/302/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (8), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/302/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (9) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aktar reċentement mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(3) Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-valutazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31.12.2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat li bħalissa huwa membru tal-UE.
(7) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(8) https://europa.eu/europass/
(9) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabilità tal-kandidati li jiżguraw li jkollna l-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika — Direttorat għall-Bini u l-Infrastrutturi Sostenibbli fi Brussell
Dmirijiet prinċipali
(Entità magħmula minn 105 aġenti)
30.1.2024
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni integrata tal-infrastrutturi tal-bini tal-Parlament u l-attivitajiet ta’ manutenzjoni u ta’ sistemazzjoni fi Brussell. Jimplimenta l-Istrateġija tal-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi, adottata mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021; |
|
— |
Jgħin lil kull tip ta’ klijenti, fil-qasam tal-ġestjoni tal-infrastrutturi, biex jiksbu l-objettivi speċifiċi tagħhom fi spirtu ta’ kooperazzjoni tajba; jippromwovi kooperazzjoni intra-DĠ, inter-DĠ u interistituzzjonali fl-oqsma kollha relatati mal-ġestjoni tal-bini u tal-infrastrutturi; |
|
— |
Ikompli jimplimenta l-politika ta’ adattament tal-bini biex jagħmilhom aċċessibbli għal kulħadd, billi jsegwi r-rekwiżiti ta’ politika ambjentali tal-Parlament. Jimplimenta miżuri biex inaqqas aktar il-konsum tal-enerġija tal-Parlament u jagħmel lill-Parlament newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
|
— |
Jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-portafoll tal-bini fi Brussell biex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Parlament u jiżgura l-integrazzjoni professjonali ta’ kwalunkwe bini ġdid fil-portafoll; |
|
— |
Jiżgura li l-persunal kollu tad-Direttorat isegwi kontinwament perkorsi ta’ taħriġ kemm f’termini ta’ żvilupp tal-ħiliet ġenerali kif ukoll fil-qasam partikolari tal-għarfien espert tagħhom; |
|
— |
Jiżgura li l-baġit tad-Direttorat jiġi implimentat kif xieraq u b’mod korrett mill-unitajiet kollha sabiex jinkiseb użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji f’konformità mar-regoli kollha fis-seħħ għat-tipi varji ta’ proċeduri u kuntratti; |
|
— |
Jiggarantixxi l-kontinwità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni billi jimmodernizza l-portafoll tal-bini, jimmodernizza l-installazzjonijiet tekniċi u tas-sikurezza u jwettaq rinnovazzjoni tal-bini tal-Parlament fi Brussell biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tiegħu; |
|
— |
Jeżegwixxi x-xogħlijiet u l-adattamenti tekniċi meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-permessi u mal-awditi ambjentali, kif ukoll miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija u tal-ilma, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Masterplan u mat-Task Force għall-Iffrankar tal-Enerġija; |
|
— |
Jiżgura segwitu tal-awditi ta’ valutazzjoni ta’ kemm qed jiqdiem il-bini fi Brussell (EPIQR) u jikkoordina maż-żewġ siti l-oħra għal approċċ komuni għall-modernizzazzjoni pluriennali tal-bini tal-Parlament. |
UNITÀ TAL-ĠESTJONI TAL-INFRASTRUTTURI FI BRUSSELL
|
— |
Tiżgura l-ġestjoni integrata tal-infrastrutturi tal-bini tal-Parlament fi Brussell permezz tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Ġestjoni Integrata tal-Infrastrutturi adottata mill-Bureau fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021; |
|
— |
Tkompli tiżviluppa u timplimenta b’mod konġunt miżuri speċifiċi fil-qasam tal-ġestjoni tal-bini sabiex jiżdiedu l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika (fil-qafas tal-hekk imsejħa ċikli PLAGE). Tikkontribwixxi għall-masterplan ambjentali ta’ DĠ INLO għar-rinnovazzjonijiet tas-sit tal-Parlament fi Brussell; |
|
— |
Tħejji speċifikazzjonijiet tekniċi u timplimenta kuntratti ġodda filwaqt li tadotta approċċi innovattivi u aktar flessibbli, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lir-responsabilitajiet soċjali tal-kuntratturi lejn l-impjegati tagħhom; |
|
— |
Tiżviluppa u timplimenta għodod biex tiżgura li kwalunkwe bini ġdid (jew rinnovat ġdid) jissodisfa r-rekwiżiti u jimmassimizza l-effiċjenza. Tkabbar l-ambitu tal-manutenzjoni kondizzjonali u tittestja l-apprendiment awtomatiku u l-għodod ibbażati fuq l-IA; |
|
— |
Tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn it-terminu leġiżlattiv ġdid billi tipprovdi appoġġ addizzjonali matul il-perjodu tal-elezzjonijiet u l-wasla ta’ Membri ġodda; |
|
— |
Tiżviluppa u timplimenta kwalunkwe miżura li ttejjeb kemm ikunu jaqblu l-ħtiġijiet tal-klijenti mas-servizzi offruti u/jew iżżid l-effettività tal-fornituri tas-servizzi (eż. reviżjoni tal-KPIs, tisħiħ ulterjuri tat-team CliQC). Tkompli tittrasforma l-Help Desk tal-Bini f’servizz aktar proattiv u tistabbilixxi ticketing dirett; |
|
— |
Tkompli tiżviluppa u tkabbar l-użu ta’ għodda tal-ippjanar għall-iskedar ta’ xogħlijiet u eventi bl-għan li ttejjeb l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni inter-DĠ. Telabora proposta konkreta għat-tidwil tal-faċċati tal-bini għall-eventi; |
|
— |
Ittejjeb l-organizzazzjoni u l-proċeduri tax-xogħol tal-unità, u tiżgura li tkompli twettaq il-funzjoni ċentrali tagħha bħala l-maniġer deżinjat għall-bini; |
|
— |
Tipprovdi għarfien espert tekniku u tipproponi soluzzjonijiet kosteffiċjenti u prammatiċi lill-awtoritajiet amministrattivi u politiċi; taħdem ma’ Direttorati Ġenerali oħra biex tissodisfa l-ħtiġijiet relatati mal-infrastruttura. |
UNITÀ TAS-SISTEMAZZJONI FI BRUSSELL
|
— |
Tiggarantixxi l-kontinwità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni billi timmodernizza l-portafoll tal-bini, timmodernizza l-installazzjonijiet tekniċi u tas-sikurezza u twettaq rinnovazzjoni tal-bini tal-Parlament fi Brussell biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tiegħu; |
|
— |
Tistudja u teżegwixxi x-xogħlijiet meħtieġa inklużi fil-pjan lokali ta’ ġestjoni tal-enerġija (PLAGE) għal Brussell kif ukoll dawk relatati mal-miri tal-EMAS, b’kooperazzjoni mill-qrib maż-żewġ unitajiet l-oħra fid-Direttorat; |
|
— |
Teżegwixxi x-xogħlijiet u l-adattamenti tekniċi meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-permessi u mal-awditi ambjentali, kif ukoll ma’ miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija u tal-ilma, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Masterplan u mat-Task Force għall-Iffrankar tal-Enerġija; |
|
— |
Timplimenta proġetti identifikati fil-kuntest tal-Grupp għas-Sikurezza tal-Ilma sabiex jiġu ggarantiti standards għoljin tal-kwalità tal-ilma u r-riskju tal-legionella jiġi kontenut; |
|
— |
Timplimenta soluzzjonijiet fil-bini kollu fil-qasam tal-aċċessibilità għal kulħadd (“tfassil favur id-dinjità”), abbażi ta’ pjan pluriennali u billi ssegwi l-awditi tal-aċċessibilità; |
|
— |
Tkompli timmodernizza s-sistema ċentralizzata tal-ġestjoni tal-bini (BMS) billi ssegwi l-pjan pluriennali mniedi fl-2018 b’mod partikolari għall-bini BRANDT, ANTALL, MARTENS u Dar l-Istorja Ewropea, u tibda bil-modernizzazzjoni tal-uffiċċji tal-Membri fil-bini SPINELLI; |
|
— |
Tkompli timmodernizza s-sistemi tad-detezzjoni tan-nar u ta’ protezzjoni min-nirien billi ssegwi l-pjan pluriennali mniedi fl-2018, b’mod partikolari fil-bini TREVES I u ARENDT; |
|
— |
Timplimenta l-ewwel fażi ta’ sistema ġdida ta’ orjentazzjoni fil-bini SPINELLI, inkluża s-senjaletika tas-sikurezza kontra n-nirien u tal-parkeġġ; |
|
— |
Twettaq rinnovazzjoni tal-uffiċċji u tgħaddihom lill-Membri l-ġodda fil-bini SPINELLI; Tikkontribwixxi għax-xogħlijiet meħtieġa għall-Welcome Village wara l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024, kif ukoll teżegwixxi dawn ix-xogħlijiet; |
|
— |
Tiżgura segwitu tal-awditi ta’ valutazzjoni ta’ kemm qed jiqdiem il-bini fi Brussell (EPIQR) u tikkoordina maż-żewġ siti l-oħra għal approċċ komuni għall-modernizzazzjoni pluriennali tal-bini tagħna. |
UNITÀ TAL-MODERNIZZAZZJONI AMBJENTALI U SOSTENIBBLI FI BRUSSELL
|
— |
Tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u tal-effiċjenza enerġetika tal-Parlament billi tippjana, tipprogramma u twettaq modernizzazzjoni ambjentali u ta’ sostenibilità fil-portafoll tal-bini fi Brussell, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (fi Brussell, l-hekk imsejjaħ regolament PLAGE) tul id-deċennji li ġejjin (“lesti għall-mira ta’ 55 %); |
|
— |
Tottimizza t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni, billi tiffoka fuq l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibilità ambjentali, filwaqt li tippjana li ssaħħaħ l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ttejjeb il-funzjonijiet li huma neċessarji għal ħidma amministrattiva u parlamentari effiċjenti, billi ssegwi d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet politiċi; |
|
— |
Tkompli l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti ambjentali deskritti fil-pjan ta’ azzjoni tal-EMAS fl-ambitu tal-mandat tad-Direttorat, filwaqt li b’mod diliġenti tiżgura konformità mal-istandards u mar-rekwiżiti tal-politika ambjentali tal-Parlament; |
|
— |
Toħloq u teżegwixxi proġetti tal-bini effiċjenti, ambizzjużi mil-lat ambjentali u aċċessibbli li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tippermetti lill-utenti kollha jikkontribwixxu b’mod attiv għar-rwol tal-Parlament Ewropew; |
|
— |
Teżegwixxi x-xogħlijiet u l-adattamenti tekniċi neċessarji billi ssegwi awditi ambjentali futuri (diliġenza dovuta) u f’konformità mal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Unitajiet tal-Ġestjoni tal-Infrastrutturi u tas-Sistemazzjoni fi Brussell; |
|
— |
Tħejji speċifikazzjonijiet tekniċi u timplimenta kuntratti ġodda. Tieħu approċċi ġodda u innovattivi f’dawn il-proċeduri; |
|
— |
Tottimizza l-metodi ta’ ħidma fl-unità l-ġdida, billi tuża b’mod intelliġenti l-għodod u n-networks tal-IT, sabiex tkun tista’ tilħaq l-objettivi tagħha. Tikkoopera mas-siti l-oħra dwar tali żviluppi biex tiżgura approċċ armonizzat u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; |
|
— |
Twettaq azzjonijiet biex tibda l-proġett tar-rinnovazzjoni tal-bini SPAAK bħala mudell għar-rinnovazzjonijiet ambjentali u sostenibbli l-oħra kollha tal-bini tal-Parlament fi Brussell; |
|
— |
Twettaq ir-rinnovazzjoni tal-bini SPAAK bħala l-ewwel proġett ta’ rinnovazzjoni ambjentali tal-Parlament fi Brussell, skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau fil-laqgħat tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2023 u tal-11 ta’ Diċembru 2023, filwaqt li żżomm mal-baġit u mal-iskeda tax-xogħlijiet miftiehma. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1444/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)