European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1415

19.2.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – SB vs SEAE

(Kawża T-621/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Eżerċizzju ta’ rotazzjoni - Ċaħda ta’ kandidatura - Artikolu 98(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà - Danni materjali u morali”)

(C/2024/1415)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SB (rappreżentanti: L. Burguin, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Falek, A. Ireland u R. Coesme, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni materjali u morali li hija allegatament ġarrbet minħabba, minn naħa, deċiżjonijiet tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (iktar il quddiem l-“ASTK”) tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-10 ta’ Novembru 2021 li permezz tagħhom din ċaħdet il-kandidatura tagħha għall-pożizzjonijiet [kunfidenzjali], kif ikkonfermati u ssupplimentati permezz tal-ittra tal-ASTK tal-1 ta’ Frar 2022 u, min-naħa l-oħra, mill-aġir allegatament żbaljat tas-SEAE relatat ma’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 441, 21.11.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1415/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)