|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1372 |
19.2.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-167/22) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq - Regolament (KE) Nru 1072/2009 - Artikoli 8 u 9 - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Perijodu ta’ mistrieħ - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi tul massimu ta’ parkeġġ ta’ 25 siegħa fiż-żoni ta’ mistrieħ pubbliċi tul in-network tal-awtostradi ta’ Stat Membru - Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport bit-triq - Oneru tal-prova)
(C/2024/1372)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Grønfeldt u P. Messina, sussegwentement L. Grønfeldt, P. Messina u G. Wilms, u finalment P. Messina, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Farver Kronborg, V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, sussegwentement J. Farver Kronborg, C. Maertens u M. Jespersen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Renju tad-Danimarka. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1372/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)