European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1370

19.2.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Papier Mettler Italia Srl vs Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-86/22 (1), Papier Mettler Italia)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 98/34/KE - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi regolamenti tekniċi iktar restrittivi minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea)

(C/2024/1370)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Papier Mettler Italia Srl

Konvenuti: Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico

fil-preżenza ta’: Associazione Italiana delle Bioplastiche e dei Materiali Biodegradabili e Compostabili – Assobioplastiche

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1025/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE tas-7 ta’ Frar 2013 meta din il-leġiżlazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni ftit jiem biss qabel l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha.

2)

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2, moqri flimkien mal-Artikolu 9 u mal-Anness II tad-Direttiva 94/62, kif emendata,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’din id-direttiva. Madankollu, din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-għan li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent, meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 114(5) u (6) TFUE jkunu ssodisfatti.

3)

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2, moqrija flimkien mal-Artikolu 9(1) u mal-Anness II tad-Direttiva 94/62, kif emendata,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu effett dirett, b’tali mod li qorti nazzjonali għandha, f’tilwima bejn individwu u awtoritajiet nazzjonali, tħalli mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra dan l-Artikolu 18.

4)

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’din id-direttiva tista’ tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-Artikolu 18.


(1)   ĠU C 165, 19.4.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1370/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)