European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1363

6.2.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Jannar 2024

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2024/3)

(C/2024/1363)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banque centrale du Luxembourg, Ernst & Young S.A, jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2023. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2024.

(3)

Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil KPMG AUDIT S. á r.l. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2024 sa 2028,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG Audit S. á r.l. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2024 sa 2028.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Jannar 2024.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1363/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)