|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1346 |
6.2.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(C/2024/1346)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Bursa Şeftalisi”
Nru tal-UE: PDO-TR-02887 — 5.1.2023
DOP (x) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet
“Bursa Şeftalisi”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
It-Turkija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-isem “Bursa Şeftalisi” jirreferi għall-frotta friska tal- varjetajiet “J.H. Hale” u “Glohaven” li jappartjenu għall-ispeċi Prunus persica L. Iż-żewġ kultivari għandhom l-għadma laxka, qoxra safra ftit ħamranija, laħamhom isfar ħelu u mmerraq. Il-frott tal-kultivar J.H. Hale huwa ta’ daqs medju, piluż u sod, ħelu u mmerraq. Il-frott tal-kultivar Glohaven huwa ta’ daqs medju, kemxejn piluż u b’sodezza medja.
Meta jitqiegħed fis-suq, il-frott ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
J.H. Hale |
Glohaven |
|
|
Kulur tal-Ġilda |
L |
60,00 –70,00 |
45,00 –65,00 |
|
a |
20,00 –30,00 |
30,00 –40,00 |
|
|
b |
40,00 –50,00 |
25,00 –45,00 |
|
|
Kulur tal-laħam |
L |
70,00 –80,00 |
75,00 –80,00 |
|
a |
10,00 -20,00 |
14,50 –20,50 |
|
|
b |
55,00 –60,00 |
55,00 –65,00 |
|
|
Sodezzza (kg/cm2) |
5,00 –7,00 |
0,80 –2,50 |
|
|
Għadd ta’ frott f’ 1 kg |
3,00 –3,50 |
3,50 –4,50 |
|
|
Miżien Brix (%) |
11,00 –14,00 |
10,00 –13,00 |
|
|
pH |
3,50 –3,65 |
3,50 –3,70 |
|
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Bursa Şeftalisi” jridu jsiru fiż-żona ġeografika iddefinita, mit-tħawwil sal-ħsad.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-“Bursa Şeftalisi” għandu jiġi ppakkjat fi trejs jew kaxxi tal-kartun jew tal-injam, għall-konsumaturi finali. Dan għandu jiġi ppakkjat f'saff wieħed, u kull ħawħa għandha tkun separata mill-oħra permezz ta' materjal protettiv. Kwalunkwe oġġett tal-plastik użat għall-imballaġġ huwa pprojbit.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Fuq il-pakketti jrid ikun hemm tikketti bl-isem “Bursa Şeftalisi” b’tipa li tkun mill-inqas kbira daqs l-akbar ittri li jkun hemm fuq it-tikketta u “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” qrib l-isem flimkien man-numru tal-lott.
Il-produtturi u l-proċessuri kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni għandu jkollhom aċċess għal-logos speċifiċi ta’ hawn taħt li jidentifikaw il-prodott.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika delimitata għall-produzzjoni tal- “Bursa Şeftalisi” tinsab fil-villaġġi tad-distretti tal-provinċja ta’ Bursa li huma elenkati hawn taħt.
Id-distrett ta’ Gürsu: Merkez, Adaköy, Cambazlar, İğdir, Karahıdır, Kazıklı
Id-distrett ta’ İnegöl: Merkez, Akhisar, Akıncılar, Alanyurt, Alibey, Bilalköy, Boğazköy, Cerrah, Çavuşköy, Çeltikçi, Çitli, Deydinler, Dipsizgöl, Edebey, Eymir, Hamamlı, Hamzabey, Hasanpaşa, Hocaköy, İsaören, Karagölet, Karalar, Kınık, Kozluca, Kulaca, Kurşunlu, Küçükyenice, Ortaköy, Özlüce, Sungurpaşa, Süpürtü, Şipali, Tokuş, Yeniceköy, Yiğit
Id-distrett ta’ İznik: Boyalıca
Id-distrett ta’ Kestel: Merkez, Aksu, Barakfaki, Çataltepe, Dudaklı, Erdoğan, Gölbaşı, Gölcük, Gözede, Kozluören, Narlıdere, Serme, Seymen, Soguksu, Turanköy, Yağmurlu
Id-distrett ta’ Nilüfer: Merkez, Çalı, Kayapa, Tahtalı, Yaylacık
Id-distrett ta’ Orhangazi: Akharem, Çakırlı, Dutluca, Gedelek, Gemiç, Gölyaka, Gürle, Heceler, Keramet, Orhangazi, Sölöz, Üreğil, Yenigürle, Yenisölöz
Id-distrett ta’ Osmangazi: Merkez, Çağlayan, Demirtaş, Ovaakça
Id-distrett ta’ Yenişehir: Merkez, ,Afşar, Akdere, Alaylı, Barcın, Burcun, Cihadiye, Çamönü, Çardak, Çayırlı, Çelebi, Demirboğa, Dereköy, Ebeköy, Fethiye, Günece, Hayriye, İncirli, Karabahadır, Karacaahmet, Karacaali, Karaköy, Karasıl, Kavaklı, Koyunhisar, Kozdere, Köprülühisar, Mahmudiye, Marmaracık, Menteşe, Osmaniye, Papatya, Selimiye, Söylemiş, Subaşı, Toprakdere , Toprakocak, Yeniköy, Yolören
Id-distrett ta’ Yıldırım: Merkez
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rata tal-ħamrija alluvjali f’Bursa hija ferm ogħla minn dik fi provinċji oħra fejn jitkabbar il-ħawħ. Il-proporzjon ta’ ħamrija alluvjali f’Bursa huwa ta’ 11,6 %, li joħloq ambjent ideali għall-kultivazzjoni tal-ħawħ. Ir-riħ huwa fattur importanti li jaffettwa l-kwalità tal-ħawħ. L-ambjent tal-kosta, tal-lagi u tal-muntanji joħloq kundizzjonijiet xierqa għall-kultivazzjoni tal-ħawħ. L-irjieħ tal-Grigal , tax-Xlokk u tal-Grieg il-Lvant f’Bursa huma d-direzzjonijiet tar-riħ prevalenti fiż-żoni li għandhom produzzjoni ta’ kwalità għolja. Għall-kultivazzjoni ta' ħawħ b'saħħtu u ta' kwalità għolja, il-veloċità massima rakkomandata tar-riħ fiż-żona tal-produzzjoni hija ta' 10 mph jew inqas. Il-Bursa hija differenti minn provinċji oħra f’termini ta’ struttura tal-ħamrija u kundizzjonijiet klimatiċi ġenerali, u speċjalment il-veloċità tar-riħ. Meta Bursa titqabbel ma’ provinċji oħra, iż-żona ta’ kultivazzjoni tal-ħawħ, jiġifieri Bursa għandha riħ aktar ħafif (inqas minn 10 mph) bl-effett tal-Muntanji Uludağ fil-qrib.
Il-varjetajiet Bursa Şeftalisi (J.H Hale u Glohaven) ivarjaw fid-daqs, fil-kulur, fil-ħlewwa, fil-meraq u fis-separazzjoni taż-żrieragħ mill-laħam meta mqabbla mal-frott tal-istess varjetajiet imkabbra f’reġjuni oħra, minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima tal-provinċja ta’ Bursa. Il-livell tal-pH (bejn 6–7), l-istruttura alluvjali tal-ħamrija (passata, taflija, ramlija, biċ-ċagħaq, fonda u tisħon malajr) u l-kontenut minerali (speċjalment in-nitroġenu) tal-provinċja ta’ Bursa jaffettwaw it-tkabbir tas-siġar li għandu impatt fuq id-daqs u l-kulur tal-ħawħ tal-varjetà J.H Hale u Glohaven. Il-preċipitazzjoni annwali medja f’Bursa hija ta’ 707,5 mm, speċjalment il-preċipitazzjoni ta’ qabel il-ħsad hija importanti f’termini tal-formazzjoni taż-żerriegħa u l-adeżjoni taż-żerriegħa mal-frotta. Il-prattiki tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Bursa għandhom effetti fuq il-kwalità tal-ħawħ. Iż-żbir isir skont il-metodu lokalment imsejjaħ “għadma tal-ħut” u jikkonsisti fit-tneħħija tal-friegħi mnixxfa, imħassra u morda, biex jiżdiedu l-penetrazzjonijiet tad-dawl u l-frott ikun espost b'mod suffiċjenti għad-dawl tax-xemx. Iż-żbir f’forma tal-għadma tal-ħut jaffettwa l-kulur tal-ħawħ flimkien mal-effett tal-ħamrija. Ir-rarefikazzjoni ssir bl-idejn u din tippermetti li jifforma frott ta’ daqs medju. Il-prattiki ta’ fertilizzazzjoni tal-produtturi jwasslu għall-produzzjoni ta’ frott ħelu u mmerraq. L-użu tal-Erekeme (l-isem lokali tas-siġra tal-ħawħ mhux imlaqqma) fid-dakkir jagħmilha aktar faċli li l-ħawħ jiġi sseparat miż-żerriegħa tiegħu. It-tħawwil ta’ 10 “erekeme” għal kull ettaru huwa biżżejjed biex jinkiseb sett aħjar ta’ frott.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
—
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1346/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)