|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1158 |
25.1.2024 |
Avviż maħruġ tal-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(C/2024/1158)
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1), il-Ministeru għall-Ambjent b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal kunsens minn qabel għal proposta biex jiġi stabbilit is-sit ta’ estrazzjoni Darkov I għat-tħaddim tad-depożitu tal-gass naturali assoċjat mas-saff tal-faħam ta’ Důl Darkov, l-impjant 2, sit Darkov (numru ta’ reġistrazzjoni tad-depożitu 3070402). L-applikazzjoni tirrigwarda żona poligonali ta’ madwar 5.08 km2. Iż-żona tinsab fiż-żona katastali tal-muniċipalitajiet ta’ Staré Město u Karviné, Karviná-město, Ráj, Karviná-Doly, Darkov u Stonava fir-Reġjun tas-Silesia Moraviana (il-Grigal tar-Repubblika Ċeka), kif delinjat fuq il-mappa mehmuża.
B’referenza għad-Direttiva msemmija fil-preambolu u t-Taqsima 24 tal-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi minerali (l-Att dwar l-Estrazzjoni), kif emendat, il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Ċeka b’dan jistieden lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li għandhom awtorizzazzjoni biex iwettqu attivitajiet ta’ estrazzjoni (entitajiet kontraenti) biex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għall-għoti ta’ kunsens minn qabel għall-istabbiliment ta’ sit ta’ estrazzjoni fiż-żona definita hawn fuq.
L-awtorità kompetenti biex tieħu d-deċiżjoni hija l-Ministeru għall-Ambjent. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva huma stabbiliti bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni Ċeka fl-Att Nru 44/1988 dwar il-protezzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi minerali (l-Att dwar l-Estrazzjoni), kif emendat.
L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul id-90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lill-Ministeru għall-Ambjent fl-indirizz li ġej:
|
RNDr. Martin Holý |
|
ředitel odboru geologie |
|
Ministerstvo životního prostředí |
|
Vršovická 65 |
|
100 10 Praga 10 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux. Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq talba mid-Dipartiment tal-Ġeoloġija tal-Ministeru permezz tal-indirizz elettroniku martin.holy@mzp.cz.
Darkov I
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/22/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1158/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)