European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1113

5.2.2024

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2023 – Daimler Truck vs EUIPO (TRUCKS YOU CAN TRUST)

(Kawża T-1167/23)

(C/2024/1113)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Daimler Truck AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea TRUCKS YOU CAN TRUST – reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni fil-Każ R 10 840 722

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 485/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna lill-EUIPO jagħti protezzjoni lir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 10 840722;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1113/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)