|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1083 |
5.2.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Bologna (l-Italja) fis-26 ta’ Ottubru 2023 – Hera Comm SpA vs Falconeri Srl
(Kawża C-645/23, Hera Comm)
(C/2024/1083)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Bologna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Hera Comm SpA
Appellat: Falconeri Srl
Domandi preliminari
|
1) |
It-taxxa addizzjonali għal dazju tas-sisa fuq l-elettriku, applikata mill-Istat Membru bħala frazzjoni jew multiplu tad-dazju tas-sisa li għalih il-prodott huwa diġà suġġett, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “taxxi indiretti oħrajn”, liema espressjoni tintuża fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), jew għandha titqies bħala sempliċi żieda fir-rata tad-dazju tas-sisa, bil-konsegwenza li l-Istat Membru huwa liberu li ma jallokahiex għall-“finijiet speċifiċi” meħtieġa mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/118? |
|
2) |
Fil-każ li t-taxxa addizzjonali għal dazju tas-sisa fuq l-elettriku taqa’ taħt il-kunċett ta’ “taxxi indiretti oħrajn”, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/118 għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex ikun jista’ jiġi invokat mill-individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1083/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)