European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1073

5.2.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – I GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt HZA

(Kawża C-655/22 (1), I (Rimbors ta’ imposti))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur taz-zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni - Regolament (UE) Nru 1360/2013 - Dritt għar-rimbors tal-imposti mħallsa indebitament - Termini ta’ dekadenza u ta’ preskrizzjoni - Natura definittiva tad-deċiżjonijiet ta’ likwidazzjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

(C/2024/1073)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt HZA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jeżiġix li t-terminu għat-tressiq ta’ talba, ibbażata fuq dan ir-regolament, intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tas-somom imħallsa indebitament bħala imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor, jiskadi mhux iktar tard mid-data tal-istabbiliment ta’ dawn l-imposti, jiġifieri t-30 ta’ Settembru 2014. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, fid-dritt nazzjonali tagħhom, it-terminu applikabbli, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, filwaqt li huwa mifhum li terminu ta’ sena ma jidhirx fih innifsu irraġonevoli, bil-kundizzjoni madankollu li jibda jiddekorri mhux qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1360/2013.

2)

Ir-Regolament Nru 1360/2013

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi regoli nazzjonali li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiċħdu talba, ibbażata fuq dan ir-regolament, intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tas-somom imħallsa indebitament bħala imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor, billi jinvokaw in-natura definittiva tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ffissaw, qabel l-adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-ammont ta’ dawn l-imposti, skont diversi regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea li ġew issostitwiti, b’effett retroattiv, minn dan l-istess regolament.


(1)   ĠU C 7, 9.1.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1073/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)