|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1030 |
23.1.2024 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Novembru 2023
dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ
(C/2024/1030)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
1. |
Il-ħiliet u l-kompetenzi diġitali saru essenzjali fi kważi kull settur tas-soċjetà u tal-ekonomija, u huma pedament għall-inklużjoni soċjali, il-benesseri, iċ-ċittadinanza attiva, l-impjegabilità, il-produttività, is-sigurtà u t-tkabbir. Iċ-ċittadini kollha jeħtieġu ħiliet u kompetenzi diġitali sabiex jgħixu, jitgħallmu, jaħdmu, jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, ikunu infurmati, jaċċessaw is-servizzi online, jikkomunikaw, jikkunsmaw, u joħolqu u jxerrdu kontenut diġitali. |
|
2. |
B’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023 (1) enfasizzaw il-ħtieġa għal azzjoni aktar kuraġġuża u aktar ambizzjuża biex jiġu żviluppati aktar il-ħiliet li huma meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid. Skont id-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-perjodu mid-9 ta’ Mejju 2023 sat-8 ta’ Mejju 2024 intgħażel bħala s- “Sena Ewropea tal-Ħiliet”, li l-objettiv ġenerali tagħha huwa li tkompli tippromwovi mentalità ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet f’konformità mal-kompetenzi, id-dritt u l-prattika nazzjonali. |
|
3. |
L-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3) jiddikjara li “kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol”. Barra minn hekk, id-Dikjarazzjoni Ewropea tal-2022 dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali (4), li tistabbilixxi kif il-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-Ewropa jenħtieġ li jiġu applikati għad-dinja diġitali, tiddikjara li kulħadd “għandu jkun jista’ jikseb il-ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati kollha”. F’dan il-kuntest, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ġew imsejħa biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali taċ-ċittadini kollha. Il-fornituri mhux formali qed jindirizzaw ukoll din il-ħtieġa billi jappoġġaw offerta edukattiva rikka u varjata għaż-żgħażagħ u għall-adulti. |
|
4. |
L-istrateġiji tal-Unjoni ta’ Ugwaljanza (5) adottati mill-Kummissjoni jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità u inklużivi biex jippermetti l-progress lejn Unjoni ta’ ugwaljanza għal kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru, mill-oriġini razzjali jew etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabilità, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali. Barra minn hekk, f’dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u soċjoekonomikament żvantaġġati, lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni li jgħixu f’żoni rurali u remoti u fir-reġjuni ultraperiferiċi. Aspettattivi sterjotipiċi jillimitaw l-aspirazzjonijiet tal-bniet u tan-nisa milli jagħżlu qasam ta’ studju jew ta’ taħriġ u li jsegwu karriera professjonali fis-settur diġitali. Dan min-naħa tiegħu jinfluwenza d-disinn ta’ prodotti diġitali, fejn il-ħtiġijiet jew l-ispeċifiċitajiet tan-nisa u tal-bniet jistgħu ma jitqisux b’mod adegwat. F’konformità mad-dikjarazzjoni Impenn dwar in-nisa fl-era diġitali, hija meħtieġa azzjoni biex tinkiseb parteċipazzjoni ugwali fis-setturi kollha u b’mod partikolari f’dak diġitali. |
|
5. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 tal-Kummissjoni (6) jistabbilixxi l-approċċ tal-Ewropa għall-edukazzjoni fl-era diġitali u jqis l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali bħala prijorità strateġika. Il-pjan jiddikjara li fehim tajjeb tad-dinja diġitali jenħtieġ li jkun parti mill-edukazzjoni formali u mhux formali. Dan huwa partikolarment importanti fil-kuntest tat-trasformazzjoni diġitali li għaddejja u l-impatt ta’ għodod diġitali emerġenti, ibbażati pereżempju fuq sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali (IA) ġenerattiva u teknoloġiji emerġenti oħra. Dan jimplika l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ iħejju lin-nies għal użu kreattiv, etiku u responsabbli tat-teknoloġija, waqt li jifhmu kif din tiffunzjona. |
|
6. |
Fl-2022 il-Kummissjoni nediet djalogu strutturat mal-Istati Membri dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali. Wara d-dibattitu ministerjali li sar fil-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) f’Novembru 2021, l-Istati Membri nnominaw ir-rappreżentanti tagħhom għall-grupp ta’ livell għoli ta’ koordinaturi nazzjonali għad-djalogu strutturat, bil-mandat li jirrappreżentaw id-dipartimenti rilevanti fil-pajjiżi tagħhom responsabbli għal aspetti differenti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet diġitali (inkluż l-edukazzjoni, ix-xogħol, id-diġitali, il-kultura, l-industrija u l-finanzi). L-eżiti tad-djalogu strutturat enfasizzaw għadd ta’ sfidi komuni u wrew il-ħtieġa li l-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki u jibbenefikaw minn appoġġ u kooperazzjoni biex jissaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u biex jittejjeb il-forniment tal-ħiliet diġitali f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja. |
|
7. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (7) telenka l-użu kunfidenti, kritiku u responsabbli tat-teknoloġiji diġitali, u l-interazzjoni magħhom għat-tagħlim, ix-xogħol, u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà bħala waħda mit-tmien kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini (DigComp) (8) jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-kompetenza diġitali f’ħames oqsma interrelatati b’livelli ta’ profiċjenza differenti. Il-qafas jintuża mill-fornituri tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni bħala referenza għall-iżvilupp u għall-valutazzjoni tal-ħiliet diġitali. |
|
8. |
Ir-rilevanza tal-ħiliet diġitali għas-soċjetà u għall-impjegabilità hija appoġġata minn sensiela ta’ miri dwar il-livelli li jridu jintlaħqu. Bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (9), il-Kunsill impenja ruħu għal mira fil-livell tal-Unjoni dwar il-ħiliet diġitali taż-żgħażagħ, bil-għan li sal-2030 jitnaqqsu dawk b’ħiliet baxxi fil-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni għal anqas minn 15 %. Il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali (10) jinkludi impenn li sal-2030 tinkiseb popolazzjoni b’ħiliet diġitali u professjonisti diġitali b’livell għoli ta’ ħiliet, fejn mill-anqas 80 % ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u l-74 sena jkollhom mill-anqas ħiliet diġitali bażiċi u mill-anqas 20 miljun speċjalist tal-ICT ikunu impjegati fl-Unjoni, filwaqt li jippromwovi l-aċċess tan-nisa għall-qasam u jżid l-għadd ta’ gradwati fl-ICT. |
|
9. |
Madankollu, id-data disponibbli turi li fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Istudju Internazzjonali dwar il-Litteriżmu fil-Kompjuter u fl-Informazzjoni, medja ta’ madwar 34 % tal-istudenti fit-tmien grad ġew ikklassifikati fl-2018 bħala li għadhom lura fil-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni (11) (meta mqabbel ma’ mira ta’ 15 %). Fl-2021, 54 % biss tal-persuni fl-Unjoni ta’ bejn is-16 u l-74 sena kellhom mill-anqas ħiliet diġitali bażiċi (12), aktar minn nofs il-kumpaniji tal-Unjoni rrapportaw diffikultajiet biex jimlew il-postijiet tax-xogħol vakanti għall-ispeċjalisti tal-ICT (13), u 9 miljun persuna biss ħadmu bħala speċjalisti tal-ICT madwar l-Unjoni (14). Fil-professjonijiet relatati mal-ICT, l-irġiel ammontaw għal 81 % taċ-ċifra totali (15). Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw il-ħtieġa li jissokta l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali inkluż billi jiġi indirizzat id-distakk bejn iż-żoni rurali u l-bliet u l-impatt għoli li għandhom l-età, l-isfond soċjoekonomiku u l-edukazzjoni fuq il-livell ta’ ħiliet diġitali. |
|
10. |
Huma meħtieġa sforzi għal ħiliet diġitali bażiċi kif ukoll dawk avvanzati. F’dan il-kuntest, l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Innovazzjoni (16) tenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq l-iżvilupp tat-talent fis-settur tat-teknoloġija profonda. Għal dan il-għan, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ġie fdat bil-koordinazzjoni tal-inizjattiva tat-Talenti fit-Teknoloġija Profonda, li għandha l-għan li tħarreġ miljun talent fl-oqsma tat-teknoloġija profonda sal-2025 fl-Istati Membri. Inizjattivi strateġiċi oħra tal-Kummissjoni jinkludu l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà, li diġà tnediet u li għandha l-għan li tippromwovi l-ħiliet taċ-ċibersigurtà u żżid l-għadd ta’ professjonisti taċ-ċibersigurtà fl-Ewropa (17). |
|
11. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 ippropona l-iżvilupp ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Ħiliet Diġitali biex jittejbu t-trasparenza u r-rikonoxximent taċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet diġitali. Filwaqt li diġà sar xogħol biex jiġu stabbiliti standards għall-professjoni tal-ICT, li jkopri s-setturi kollha tal-ICT b’korp ta’ għarfien stabbilit sew li ġie adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) (18), hija meħtieġa aktar ħidma biex jiġi attirat grupp akbar u aktar diversifikat ta’ talent fis-settur diġitali. Kif iddikjarat fil-pakkett tal-2022 dwar il-ħiliet u t-talent (19), sabiex tibqa’ kompetittiva globalment, jeħtieġ li l-UE ssir aktar attraenti għat-talent minn madwar id-dinja. Id-Direttiva dwar il-Karta Blu, (20) li kienet adottata fl-2021, tagħmilha aktar faċli għall-migranti b’livell għoli ta’ ħiliet biex jingħaqdu mal-forza tax-xogħol tal-UE, inkluż billi tiffaċilita r-rikonoxximent tal-ħiliet professjonali tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tniedi, flimkien mal-Istati Membri interessati, Sħubiji ta’ Talent ma’ pajjiżi sħab ewlenin. Dawn is-sħubiji jiġbru flimkien l-appoġġ dirett għall-iskemi ta’ mobilità mal-bini tal-kapaċitajiet u l-investimenti fil-kapital uman. Is-Sħubijiet tat-Talent huma miftuħa għal-livelli kollha ta’ ħiliet u jistgħu jikkonċernaw diversi setturi tas-suq tax-xogħol, bħall-ICT. |
|
12. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa (21) jappellaw għal edukazzjoni diġitali li tkopri l-litteriżmu tal-media, diġitali u tad-data, il-ħsieb kritiku u l-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u ta’ ħsara, u l-bullying fuq l-internet u l-vizzju. Barra minn hekk, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-benesseri fl-edukazzjoni diġitali (22) jirriflettu fuq il-ħtieġa li jitqies ir-rwol ewlieni li għandhom il-ħiliet diġitali biex jiġi żgurat il-benesseri tal-atturi kollha involuti fil-proċess tat-tagħlim u tal-apprendiment. |
|
13. |
Fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali huwa żgurat permezz ta’ diversi approċċi (23) u kull livell ta’ edukazzjoni u taħriġ jiffaċċa sfidi differenti (24). Barra minn hekk, meta jitqies li t-tfal qed jinteraġixxu ma’ teknoloġiji diġitali minn età dejjem iżgħar u l-aktar mid-dar (25), għalliema diġitalment kompetenti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) għandhom rwol ewlieni fl-appoġġ lill-familji u lit-tfal żgħar biex jifhmu aħjar l-opportunitajiet u r-riskji tad-dinja diġitali b’mod aktar ugwali u inklużiv. F’dan il-kuntest, huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li t-tfal ikunu jistgħu jinnavigaw b’mod sikur l-ambjent diġitali u jisfruttaw l-opportunitajiet tiegħu, kif ukoll li jiġi antiċipat u miġġieled l-użu ħażin mill-istudenti tal-IA u teknoloġiji emerġenti oħra, billi jiġi promoss fehim tajjeb ta’ dawn it-teknoloġiji u jiġi spjegat kif jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur il-potenzjal tagħhom. |
|
14. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva (26) tappella speċifikament għal sforzi biex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali tal-istudenti u tal-għalliema, b’kont meħud tad-distakk diġitali u d-distakk diġitali bejn il-ġeneri. F’dan il-kuntest, id-djalogu strutturat ikkonferma li fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, il-ħiliet diġitali huma żviluppati b’taħlita ta’ approċċi (27) u li ħafna Stati Membri qed jirrieżaminaw il-kurrikuli tagħhom sabiex jippromwovu aħjar il-ħiliet diġitali (jew bħala suġġett dedikat jew inkella integrat fi ħdan jew fost is-suġġetti). Xejra emerġenti oħra f’xi Stati Membri hija l-introduzzjoni tal-informatika (28) jew il-ħsieb komputazzjonali bħala suġġetti separati jew l-inklużjoni tagħhom f’qasam kurrikulari ewlieni eżistenti bħall-matematika jew ix-xjenza. Irrispettivament mill-għażliet tal-kurrikulu, jeħtieġ li tiġi promossa edukazzjoni ta’ kwalità f’dawn l-oqsma, appoġġata minn metodi ta’ tagħlim xierqa għall-età u għall-iżvilupp, riżorsi ta’ kwalità, adozzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri, rappreżentanza, u evalwazzjoni xierqa (29). |
|
15. |
Firxa ta’ atti tal-Kunsill (30) enfasizzaw l-importanza tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fil-livelli kollha u fit-tipi kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ. Huma jinkoraġġixxu sforzi kbar għall-promozzjoni tal-eċċellenza fl-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali għall-istudenti kollha fl-iskejjel, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-edukazzjoni għolja, l-apprendiment għall-adulti u għal-livelli kollha tal-ħiliet diġitali, minn bażiċi sa avvanzati. Barra minn hekk, dawn l-atti jissottolinjaw li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma strumentali biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali fl-Ewropa u li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol importanti fl-integrazzjoni effettiva tal-ħiliet diġitali fl-attivitajiet kollha tagħhom, pereżempju billi jipprovdu offerta ta’ tagħlim li tindirizza lill-professjonisti tal-ICT u tipprovdi ħiliet diġitali fil-kurrikuli speċifiċi għas-settur. |
|
16. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (31) jipproponi miri ċari għall-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ (60 % sal-2030), inkluż fil-qasam tal-ħiliet diġitali. Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-2030 (32) tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq opportunitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali għall-adulti, speċifikament kif jistgħu jiżdiedu u jittejbu l-forniment, il-promozzjoni u l-adozzjoni tal-apprendiment għall-adulti, inkluż fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, filwaqt li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (33)tirrikonoxxi l-ħiliet diġitali bħala waħda mit-tliet ħiliet bażiċi li l-adulti kollha jenħtieġ li jiżviluppaw. Minkejja l-attenzjoni politika, il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ hija waħda baxxa, inkluż fil-qasam tal-ħiliet diġitali, u l-forniment ta’ ħiliet diġitali għall-adulti huwa mifrux u irregolari (34). L-Istati Membri qed jippruvaw jindirizzaw dan permezz ta’ inizjattivi eżistenti u ġodda inklużi fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u billi jinvolvu diversi partijiet ikkonċernati bħal istituzzjonijiet tas-settur soċjali, tal-volontarjat, tas-settur mhux governattiv u dawk tal-edukazzjoni mhux formali. Il-kontijiet individwali tal-apprendiment, kif stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill relatata (35) jaf jgħinu biex jiżdiedu n-numru ta’ nies li jipparteċipaw f’taħriġ kull sena permezz ta’ taħlita ta’ inċentivi, inkluż dawk finanzjarji. |
|
17. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (36) jenfasizzaw li l-għalliema huma forza li tixpruna li jeħtieġ li jkunu involuti fil-ħolqien ta’ politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ iżda li jeħtieġ li jiġu appoġġati wkoll permezz ta’ approċċ komprensiv għall-edukazzjoni inizjali tagħhom, id-dħul tagħhom fid-dinja tax-xogħol u l-iżvilupp professjonali kontinwu. Huwa fil-qasam tal-kompetenza diġitali li l-biċċa l-kbira tal-għalliema jħossu ħtieġa qawwija għall-iżvilupp professjonali (37). Barra minn hekk, id-djalogu strutturat enfasizza l-isfidi li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jiffaċċaw fir-reklutaġġ, fiż-żamma u fit-tħejjija tal-għalliema, speċjalment fl-informatika (għall-edukazzjoni primarja/sekondarja u l-VET) jew f’oqsma diġitali speċifiċi/avvanzati oħrajn (għall-edukazzjoni għolja). |
|
18. |
Diversi inizjattivi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, pereżempju l-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+, għandhom l-għan li jappoġġaw għalliema, ħarrieġa, edukaturi u mexxejja tal-iskejjel kompetenti, motivati u bi kwalifiki għoljin, u li jippromwovu l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom, inkluż fil-qasam tal-ħiliet diġitali. Barra minn hekk, il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar u l-Hackathon tal-Edukazzjoni Diġitali beħsiebhom jippromwovu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-innovazzjoni fil-livell lokali fl-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali. Bl-istess mod, l-Istrateġija Ewropea għal internet aħjar għat-tfal (BIK+) (38) tippromwovi l-ħidma mal-partijiet ikkonċernati inkluż permezz tan-network ta’ Ċentri għal Internet Aktar Sikur, biex jinħoloq internet aktar sikur għat-tfal. Dawn l-inizjattivi jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fis-settur mhux formali u jenħtieġ li jiġu promossi aktar bħala mezz biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali bl-użu ta’ approċċ integrat, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |
|
19. |
Il-kumpaniji għandhom rwol kruċjali fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tagħhom, iżda jeżistu diskrepanzi kbar. Skont id-data tal-Eurostat tal-2022, proporzjon żgħir biss ta’ SMEs (20,9 %) ipprovdew taħriġ lill-persunal kollu tagħhom biex itejbu l-ħiliet tagħhom relatati mal-ICT, meta mqabbel ma’ 69,5 % tal-kumpaniji l-kbar (39). Il-Patt għall-Ħiliet jistieden lin-negozji, lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet pubbliċi biex jingħaqdu flimkien u jieħdu azzjoni konkreta biex itejbu l-ħiliet u jħarrġu mill-ġdid lill-forza tax-xogħol madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali tiġbor flimkien Stati Membri, kumpaniji, sħab soċjali, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u fornituri tal-edukazzjoni biex jaħdmu flimkien biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet diġitali fl-Ewropa. |
|
20. |
Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza juru l-impetu politiku tal-Istati Membri għal aktar żvilupp tal-ħiliet diġitali għall-istudenti, għall-għalliema u għall-forza tax-xogħol u għall-iżgurar ta’ qafas legali adegwat u t-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa għal dak l-għan. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri żviluppaw strateġiji għall-ħiliet diġitali, huwa importanti wkoll li jiġi previst perkors koerenti u progressiv li jgħaddi mil-livelli u t-tipi kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ (40). Rapport reċenti mill-Kummissjoni dwar l-investimenti ta’ kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ (41) jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjoni tal-impatt tad-diversi programmi dwar l-eżiti tal-apprendiment tal-istudenti. Il-kwistjoni hija ta’ natura ġenerali u tapplika bl-istess mod għall-ħiliet diġitali. Is-sejbiet jenfasizzaw ukoll li l-użu tat-teknoloġiji diġitali għat-tagħlim u l-apprendiment jista’, jekk ikun ippjanat u mfassal kif xieraq, joffri opportunitajiet enormi biex tingħata spinta lill-eżiti edukattivi. Fl-istess ħin, huwa vitali li jittaffew ir-riskji tal-esklużjoni diġitali jew l-użu mhux xieraq tat-teknoloġija. |
|
21. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. L-Istati Membri ser jiddeċiedu, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom, kif ser jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni, |
JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
|
1. |
Jaqblu, preferibbilment permezz ta’ approċċ ta’ gvern sħiħ, u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, dwar strateġiji jew approċċi strateġiċi għall-edukazzjoni u l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fuq livell nazzjonali, u fejn xieraq dak reġjonali, li jkunu koerenti u konsistenti, żviluppati, imsaħħa jew aġġornati aktar ispirati mill-prinċipji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, u jimmonitorjaw l-effettività u l-impatt tagħhom. Fit-twettiq tal-istrateġiji jew l-approċċi strateġiċi tagħhom, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
2. |
Jibdew minn kmieni billi jiggwidaw lill-istudenti fid-dinja diġitali u joffru opportunitajiet indaqs għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali li huma xierqa għall-età tal-istudenti. Jippromwovu l-benesseri tagħhom, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli, u jikkunsidraw bilanċ xieraq bejn l-użu ta’ apparat diġitali u forom oħra ta’ apprendiment. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
3. |
Isaħħu aktar il-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, kif ukoll fil-VET. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-forniment tal-ħiliet meħtieġa biex ikun jista’ jsir fehim xieraq tat-teknoloġiji diġitali u interazzjoni sinifikanti, sana, sikura u sostenibbli mat-teknoloġiji diġitali u oħrajn rilevanti u l-funzjonament tagħhom, inkluż sistemi ta’ IA ġenerattiva. Għandhom jiġu mħeġġa wkoll prattiki individwali u kollettivi sikuri li jindirizzaw ir-riskji tal-iperkonnettività u l-bullying ċibernetiku, speċjalment dawk li jiffaċċaw gruppi vulnerabbli. |
|
4. |
Jespandu, fejn xieraq, l-approċċ transkurrikulari (jiġifieri l-ħiliet diġitali mgħallma b’mod trażversali f’suġġetti differenti) u jtejbu l-valutazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
5. |
Ikomplu jtejbu l-miżuri għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għalliema b’għarfien espert fl-oqsma tal-informatika jew il-ħsieb komputazzjonali fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, u t-teknoloġiji diġitali avvanzati fl-edukazzjoni għolja, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa tagħhom għal firxa varjata ta’ ħiliet pedagoġiċi u didattiċi. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
6. |
Jappoġġaw edukazzjoni ta’ kwalità għolja fl-informatika jew fil-ħsieb komputazzjonali fil-livell primarju u sekondarju filwaqt li jqisu kuntesti speċifiċi. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
7. |
Iħeġġu l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati u speċjalizzati fil-VET, inkluż dwar l-IA, it-teknoloġija profonda u f’oqsma ta’ kapaċità ewlenin oħrajn. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
8. |
Irawmu l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni għolja u l-indirizzar ta’ diskrepanzi kontinwi u emerġenti. B’mod partikolari, u b’kunsiderazzjoni xierqa għal-libertà akkademika u l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
9. |
Jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tal-adulti u joffru opportunitajiet indaqs. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
10. |
Jippromwovu l-iżvilupp tar-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet diġitali, b’mod partikolari fi ħdan il-proċessi eżistenti. F’dan ir-rigward, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
11. |
Jiżviluppaw approċċ strateġiku u sistematiku biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ professjonisti tal-ICT. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
12. |
Jipprovdu l-finanzjament meħtieġ għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:
|
|
13. |
Jinkarigaw lill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ bil-kompitu li jipprovdi tmexxija dwar is-suġġetti strateġiċi ewlenin indirizzati f’din ir-Rakkomandazzjoni. Dan ser isir prinċipalment permezz ta’ diskussjonijiet, skambju regolari ta’ informazzjoni u l-forniment ta’ gwida dwar kwistjonijiet strateġiċi (53) relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali u mal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali. Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jirċievi appoġġ u juża l-għarfien espert kif jeħtieġ, inkluż mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni Diġitali: Apprendiment, Tagħlim u Valutazzjoni (DELTA) u gruppi ta’ esperti f’setturi oħra, bħall-Bord tad-Deċennju Diġitali, sabiex jibnu fuq approċċ orizzontali u transdipartimentali. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti jistgħu jitħabbru fl-aġendi politiċi suċċessivi ta’ 18-il xahar.
JILQA' BI PJAĊIR L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI: Tibni fuq inizjattivi eżistenti, inkluż is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, biex tappoġġa u tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha:
|
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ALEGRÍA CONTINENTE
(1) EUCO 1/23.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2023/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2023 dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 1).
(3) ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(5) Fl-2020 u fl-2021 ġew adottati ħames strateġiji ta' ugwaljanza biex isir progress lejn Unjoni ta' Ugwaljanza: l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025 (COM(2020) 152 final); l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 (COM(2020) 698 final); il-Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025 (COM(2020) 565 final); il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni 2020-2030 (COM(2020) 620 final); u l- Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030 (COM(2021) 101 final).
(6) COM(2020)624 final.
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).
(8) Vuorikari, R., Kluzer, S. and Punie, Y., DigComp 2.2: The Digital Competence Framework for Citizens - With new examples of knowledge, skills and attitudes (Il-Qafas tal-Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini - B'eżempji ġodda ta' għarfien, ħiliet u attitudni), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2022.
(10) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).
(11) Fraillon, J., Ainley, J., Schulz, W., Friedman, T. and Duckworth, D., Preparing for Life in a Digital World: IEA International Computer and Information Literacy Study 2018 International Report (Nippreparaw għal Ħajja fid-Dinja Diġitali: Rapport Internazzjonali dwar l-Istudju Internazzjonali tal-2018 tal-IEA rigward il-Litteriżmu fil-Kompjuter u fl-Informazzjoni), Springer Open, IEA, Amsterdam, 2019.
(12) Eurostat (2021). L-użu tal-ICT fl-unitajiet domestiċi.
(13) Eurostat (2021). Speċjalisti tal-ICT - statistika dwar postijiet tax-xogħol vakanti diffiċli biex jimtlew fl-intrapriżi.
(14) Eurostat (2021). L-użu tal-ICT fl-unitajiet domestiċi u mill-individwi.
(15) Eurostat (2021). Speċjalisti tal-ICT fl-impjieg.
(16) COM(2022)332 final.
(17) COM(2023)207 final.
(18) Il-Qafas Ewropew għall-Kompetenza fl-Elettronika (e-CF) bħalissa huwa miżmum minn “CEN/TC 428 - ICT Professionalism and Digital Competences” (CEN/TC 428 - Professjonaliżmu tal-ICT utal-Kompetenzi Diġitali tal-ICT").
(19) COM(2022)657 final.
(20) Id-Direttiva (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE (ĠU L 382, 28.10.2021, p. 1).
(21) ĠU C 415, 1.12.2020, p. 22.
(22) ĠU C 469, 9.12.2022, p. 19.
(23) Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 212I, 26 ta’ Ġunju 2020, p. 9), il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 22) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-benesseri fl-edukazzjoni diġitali (ĠU C 469, 9.12.2022, p. 19).
(24) Ara, fost l-oħrajn, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta' Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14).
(25) Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Chaudron, S., Di Gioia, R., Gemo, M.,Young Children (0–8) and Digital Technology — A quality study across Europe (It-Tfal Żgħar (0-8) u t-Teknoloġija Diġitali - Studju Kwalitattiv madwar l-Ewropa), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2017.
(26) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 2021 dwar approċċi ta' apprendiment imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta' kwalità għolja u inklużiva (ĠU C 504, 14.12.2021, p. 21).
(27) Pereżempju l-approċċ transkurrikulari, l-introduzzjoni ta' suġġett separat, jew l-inklużjoni ta' ħiliet diġitali f'suġġett ieħor. Għal aktar dettalji ara d-dokument ta' ħidma tal-persunal SWD (2023) 205 final.
(28) F'din ir-Rakkomandazzjoni, l-informatika titqies bħala dixxiplina xjentifika distinta, ikkaratterizzata mill-kunċetti, mill-metodi, mill-korp ta' għarfien tagħha stess, u kwistjonijiet miftuħa. Din tkopri l-pedamenti ta' strutturi, proċessi, artefatti u sistemi komputazzjonali, u d-disinji tas-software tagħhom, l-applikazzjonijiet tagħhom, u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. F'ċerti Stati Membri din id-dixxiplina hija magħrufa bħala xjenza tal-kompjuter.
(29) Il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, Informatics education at school in Europe (L-Edukazzjoni Informatika fl-Iskejjel fl-Ewropa), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.
(30) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol (15134/22), il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa (ĠU C 167, 21.4.2022, p. 9), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u l-impjegabbiltà (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 10).
(31) COM(2021)102 final.
(32) ĠU C 504, 14.12.2021, p. 9.
(33) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1).
(34) Beblavý, M., Bačová, B., Literature review on the provision of digital skills for adult (Litteratura eżistenti dwar il-forniment tal-ħiliet diġitali għall-adulti), rapport tan-Network ta' Esperti Ewropew dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni (EENEE), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022. Righi, R., Lopez Cobo, M., Papazoglou, M., Samoili, S., Cardona, M., Vazquez-Prada Baillet, M. u De Prato G., Academic Offer of Advanced Digital Skills in 2020-21. International Comparison (Offerta Akkademika ta' Ħiliet Diġitali Avvanzati fl-2020-21. Paragun Internazzjonali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.
(35) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar kontijiet individwali tal-apprendiment (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 26).
(36) ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11.
(37) OECD, Riżultati tat-TALIS 2018 (Volum I): Teachers and school leaders as lifelong learners (Għalliema u Mexxejja tal-Iskejjel bħala Studenti Tul il-Ħajja), OECD Publishing, Pariġi, 2019.
(38) COM(2022)212 final.
(39) Eurostat (2022). Intrapriżi li pprovdew taħriġ għall-iżvilupp/l-aġġornament tal-ħiliet tal-ICT tal-persunal tagħhom skont il-klassi tad-daqs tal-intrapriża.
(40) Kif indikat fid-dokument ta' ħidma tal-persunal SWD (2023) 205 final u r-rapport Eurydice tal-2022 (Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, Edukazzjoni dwar l-Informatika fl-Iskola fl-Ewropa, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022).
(41) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Investing in our future: Quality investment in education and training (Ninvestu fil-ġejjieni tagħna: Investiment ta' kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.
(42) Pereżempju, dawk li jgħixu f'żoni rurali, gruppi żvantaġġati jew marġinalizzati bħal persuni b'diżabilità, Rom u nazzjonali ta' pajjiżi terzi b'għarfien limitat tal-pajjiż ospitanti, u dawk b'livell baxx jew medju ta' edukazzjoni, jew li mhu qed jirċievu ebda edukazzjoni, m'għandomx impjieg jew li mhu qed isegwu ebda taħriġ.
(43) Eż. reġjuni urbani/rurali, remoti u ultraperiferiċi, territorji transfruntiera.
(44) Pereżempju, attivitajiet edukattivi li jippromwovu l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali mingħajr l-użu ta' apparat diġitali.
(45) Pereżempju, approċċi pedagoġiċi dwar il-ħiliet diġitali fejn it-tfal żgħar jistgħu jesploraw, jesperimentaw, jiskopru, u jsolvu problemi b'modi immaġinattivi u bil-logħob.
(46) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Linji Gwida għall-għalliema u għall-edukaturi dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.
(47) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, il-Linji Gwida etiċi għall-edukaturi dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u d-data fit-tagħlim u fl-apprendiment, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.
(48) Is-settur primarju, sekondarju u terzjarju.
(49) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar kontijiet individwali tal-apprendiment (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 26).
(50) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).
(51) Id-Direttiva (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE (ĠU L 382, 28.10.2021, p. 1).
(52) Għal definizzjoni tal-kunċett ta' “riżorsi komuni diġitali”, jekk jogħġbok ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti ewlenin għas-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali.
(53) Tali kwistjonijiet jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali, ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-għodod u l-kontenut tal-edukazzjoni diġitali jew l-integrazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-informatika u l-ħsieb komputazzjonali.
(54) Il-partijiet ikkonċernati mill-edukazzjoni u t-taħriġ, is-sħab soċjali u l-fornituri taċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet diġitali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1030/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)