European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/997

18.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11143 — CMA CGM / BOLLORE LOGISTICS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/997)

1.   

Fil-5 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza), ikkontrollata biss minn Merit (Franza),

Bolloré Logistics SE (“Bolloré Logistics”, Franza), ikkontrollata biss minn Bolloré SE (“Bolloré”, Franza).

CMA CGM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Bolloré Logistics.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Is-CMA CGM hija l-kumpanija omm ta’ CMA CGM Group, grupp internazzjonali ta’ kumpaniji li huma attivi prinċipalment fil-forniment ta’ trasport tal-kontejners bil-baħar, spedizzjoni tal-merkanzija, loġistika tal-kuntratti, terminal tal-port, u servizzi tal-merkanzija bl-ajru,

Bolloré Logistics tipprovdi servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bl-ajru, bil-baħar u bl-art, kif ukoll servizzi loġistiċi kuntrattwali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11143 — CMA CGM / BOLLORE LOGISTICS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/997/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)