Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/995 |
17.1.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/332 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/329 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(C/2024/995)
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija hawn fuq inklużi fil-lista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/332 (1) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/329 (2) tas-16 ta’ Jannar 2024 għall-informazzjoni li ġejja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4) tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista. Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jinkludi lil Yahia SINOUAR fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/CFSP u r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.
Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif inklużi fil-lista fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni jew iż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union (Attn: COMET designations) |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sas-27 ta' Frar 2024.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deżinjazzjoni tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/332, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/332/oj.
(2) ĠU L, 2024/329, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/329/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/995/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)