|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/973 |
29.1.2024 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2023 – Booking Holdings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1139/23)
(C/2024/973)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Booking Holdings Inc. (Norwalk, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. González Díaz u R. Snelders, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2023) 6376 final tal-25 ta’ Settembru 2023 fil-Każ COMP/M.10615 – Booking Holdings/eTraveli Group (iktar ’il quddiem Id-“Deċiżjoni”); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għall-miżati u l-ispejjeż legali sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni hija żbaljata sa fejn titbiegħed mingħajr ġustifikazzjoni mil-qafas ta’ esklużjoni antikompetittiva stabbilit tal-Linji gwida dwar l-evalwazzjoni ta’ amalgamazzjonijiet mhux orizzontali (iktar ’il quddiem il-“LGAMH”), u billi kklassifikat b’mod żbaljat il-benefiċċji favur il-kompetizzjoni bħala effetti antikompetittivi.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni hija żbaljata għaliex ċaħdet il-kooperazzjoni legalment vinkolanti u kummerċjalment ta’ suċċess li kien hemm fi żmien il-fużjoni bħala l-bażi kontrofattwali sabiex minflok tibbaża ruħha fuq il-bażi kontrofattwali inkonċepibbli ta’ “ebda titjiriet” fejn Booking.com (iktar ’il quddiem “Booking”) ma tkunx għalkollox preżenti fit-titjiriet.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni hija żbaljata meta tikkonstata, anki abbażi tal-qafas żbaljat u tal-kontrofattwali ħażin, li t-tranżazzjoni setgħet tirriżulta f’ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva.
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/973/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)