|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/907 |
22.1.2024 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(C/2024/907)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Il-proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità biex jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Skadenza
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, biex tasal f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju |
Ir-Russja Trinidad u Tobago L-Istati Uniti tal-Amerka |
Dazju Anti-dumping |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 258, 9.10.2019, p. 21) |
10.10.2024 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/907/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)